Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Precincts Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan il-Precincts Office tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħdax-il persuni jaħdmu fil-Precincts Office fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
• Operations Manager
• Executive Officer
• Tradesperson (Mason)
• Tradesperson (Plasterer & Painter)
• Supervisor
• Gardener
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Legal Office - Ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ġewwa l-Legal Office tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm erba’ persuni jaħdmu fil-Legal Office fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma:
· Senior Legal Officer
· Notary
· Junior Legal Officer
· Assistant Clerk
Malta u Għawdex — Pedestrian overpass lifts - Rapporti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15417, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid għal kull wieħed mill-pedestrian overpass lifts li hawn f'Malta u f’Għawdex, kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ħaż-Żabbar — Sqaq Nru 1, Triq ix-Xgħajra - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fi Sqaq Nru 1, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Sqaq Nru 1, Triq ix-Xgħajra huwa fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom u għalhekk ser isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.
Rabat, Malta — Triq Emmanuel Vitale - Żgombru minn scaffolding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex qed jitħalla żgombru minn scaffolding fi Triq Emmanuel Vitale c/w Triq Santa Rita, ir-Rabat, Malta li qed jimblokka l-bankina u l-aċċess għal persuni u anke ta’ periklu mill-karozzi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15576 fejn ġejt referut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15575, u peress li l-mistoqsija parlamentari 15575 titkellem biss dwar il-proċeduri pendenti li qed jiffaċċjaw l-impjegati, nerġa' nistaqsi jekk apparti l-impjegati li tirreferi għalihom dik il-mistoqsija, hux qed issir jew hux beħsiebu li ssir investigazzjoni interna biex jiġu stabbiliti liema huma b'mod preċiż il-liċenzji li ngħataw b'mod irregolari jew preferenzjali u x'beħsiebu jagħmel dwar il-persuni li għandhom dawk il-liċenzji?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi ghal mistoqsija parlamentari numru 15575.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet għal grants ta’ karozzi elettriċi li ġew proċessati u approvati (eż. dawk li applikaw sa Diċembru 2023)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu ipproċessati u approvati l-applikazzjonijiet għal grants ta’ vetturi elettriċi għal dawk li applikaw lejn l-aħħar tas-sena u daqt inkunu up to date.
Il-Mosta – Monument iddedikat lill-Missjunarji Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument iddedikat lill-Missjunarji Maltin u li jinsab fir-roundabout f’salib it-toroq, bejn it-toroq: Triq il-Kostituzzjoni, Vjal Millbrae, Triq id-Difiża Ċivili u Triq il-Missjunarji Maltin, hux ser jibqa’ ewlieni u f’postu u jekk ser jiċċaqlaq, xi proposta hemm floku? Jista’ jgħid ukoll jekk hijiex l-istess proposta li ma ntlagħqetx u ġiet irtirata fl-2021 mill-Ministru predeċessur kif ukoll mis-CEO tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mosta kienx ikkonsultat b’din l-proposta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li sar fid-daħla tal-Mosta, u li sar b’investiment ta’ iżjed minn €1.5m, jinkludi s-segregazzjoni tat-traffiku, belisha crossings, dawl tat-toroq u sinjali tat-toroq ġodda għal iktar sigurta’ fit-toroq. Għaddejjin diskussjonijiet mal-kunsill rispettiv biex dan ix-xogħol jiġi kkumplimentat b’landscaping plan u anke tqegħid ta’ monumenti li jixirqu, dan skont permessi relatati u anke deċiżjonijiet li diġa ttieħdu mill-kunsill lokali rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru massimu ta' passiġġieri li tista' tgħabbi karozza tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru massimu ta’ passiġġiera li karozza tal-linja tista’ tgħabbi jiddependi fuq il-mudell u l-kobor tal-vettura. Dan in-numru jkun indikat fuq id- dokument “Certificate of Conformity” hekk kif maħruġ mill-manifattur. In- numru ta’ passiġġieri li jistgħu jitgħabbew minn vetturi li bħalissa qegħdin jintużaw mis-servizz tat-trasport pubbliku huwa hekk kif isegwi:
· Vetturi ta’ tnax il-metru, medja ta’ tmienja u sittin passiġġier,
· Vetturi ta’ disa’ metri, medja ta’ sitta u ħamsin passiġġier, u
· Minibuses, medja ta’ erba’ u għoxrin passiġġier.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll ir-raġunijiet għal dawn l-approvals?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni maqsuma sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mażżri disponibbli?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma għandha l-ebda mażżri disponibbli biex jiġu allokati. Il-mażżri li kienu disponibbli għall-Awtorità f’kull lokalita’ huma kollha assenjati u allokati.
Inżid li mażżri jiġu disponibbli għand l-Awtorità f’każ ta’ rinunzja, ksur ta’ regolamenti jew minħabba xi illegalità mill-istess individwi li jkunu fil-pussess tal-mażżra.
Inoltre inżid li dawn l-istess mażżri li jiġu hekk disponibbli jerġgħu jiġu allokati skond il-lista ta’ stennija ta’ dik il-lokalita’ u dan dejjem skond il-qisien tad-dgħajsa.
Naxxar — Triq il-Fortizza tal-Mosta - Rotot tal-linja
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14507 dwar rotot tal-linja li jaqdu lir-residenti ta’ Triq il-Fortizza, Naxxar, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi minn fejn tgħaddi kull rotta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mappa li turi minn fejn jgħaddu rotot 49, 103 u 260 hekk kif indikat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14507 u li joperaw fuq rotot kif isegwi:
• Rotta 49 topera bejn l-Għadira u il-Belt Valletta,
• Rotta 260 topera bejn il- Għargħur u il-Belt Valletta via l-Isptar Mater Dei,
• Rotta 103 topera bejn Pembroke u il-Mosta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Avviż Legali 117/2014 - Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, huwiex qed jiġi applikat għat-trasport bil-frejgatina bit-turisti mill-Bajja ta' Marsaxlokk u jekk hux qiegħed jiġi infurzat fir-rigward tad-distanzi rikjesti bil-liġi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Avviż Legali 117/2014- Regolamenti tal-2014 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bastimenti Kummerċjali, qed jiġi applikat fejn għandu x’jaqsam trasport bid-dgħajjes bit-turisti u passiġġieri mill-Port ta' Marsaxlokk. Ir-regolamenti qed jiġu ukoll infurzati fir-rigward tad-distanzi rikjesti bil-liġi, fejn hu possibbli u fejn l-ispazju bejn irmiġġ u ieħor jippermetti il-bejgħ tas-servizz.
Madanakollu, inżid li peress li ma hemmx qbil mill-operaturi kollha għal dak li għandu x’jaqsam mal-post tal-bejgħ, l-imbark u l-iżbark ta’ dan is-servizz, l-Awtorità tat-Trasport għaddejja b’diskussjonijiet mal-partijiet u operaturi kollha konċernati u involuti sabiex tinstab soluzzjoni komuni u dejjiema għal dan l-operat kummerċjali relattivament ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit kemm kien l-ammont ta' liċenzji tas-sewqan li ngħataw b'mod preferenzjali jew irregolari b'rabta mal-każ tal-għoti tal-liċenzji tas-sewqan li dwaru hemm proċeduri l-Qorti? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx identifikati liema kienu l-persuni li ngħataw dawn il-liċenzji b'mod preferenzjali jew irregolari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi ghal mistoqsija parlamentari 15575.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar patching bil-konkos li qed jingħata f'ħafna postijiet fejn jitqattgħu trinek jew isiru xi xogħlijiet u li jitħalla hekk xhur sħaħ, jekk mhux aktar? Jista' jgħid ukoll hemmx xi obbligu legali li dan jiġi asfaltat, u jekk hemm xi obbligi simili, kif u min jinforzahom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta toħroġ permessi bil-kundizzjoni ta’ ‘reinstatement skont it- Trenching Excavation guidelines li jinsabu fuq is-sit uffiċċjali ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali kbar li hemm ippjanati għas-sentejn li ġejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Dak tal-lum huwa l-iktar gvern li qed jalloka fi spiża kapitali u dan biex ikompli jimmodernizza kull settur.
Fil-fatt, fil-ħames snin qabel il-pandemija l-ispiża kapitali tal-Gvern kienet 3.3% tal-ġid nazzjonali. Dan meta l-medja taż-Żona Ewro kienet 2.7%. Mill-2019 ’l hawn nfaqna medja ta’ 4%. Dak kontra medja ta’ 3.1% madwar iż-Żona ewro.
Din hija darba u nofs ir-rata ta’ investiment kapitali li seħħet taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.
Intant, fid-dekasteru li jien responsabbli għalih Infrastructure Malta sew tibqa’ twettaq proġett wara ieħor li jkompli jipprepara lil Malta għal-lum u l-futur. Dan wara li fl-aħħar snin tlestew proġetti li għamlu differenza kbira. Għalhekk se nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet li ħaddieħor evita b’mod konvenjenti.
Fis-sentejn li ġejjin ser nibqgħu ambizzjużi biex inkomplu jew nibdew inwettequ proġetti infrastrutturali fit-toroq, inkluż dawk residenzjali, u proġetti marittimi.
Fost oħrajn għandna pjanat li nkomplu għaddejjin bil-ħidma f’parti oħra minn Triq Sant’Andrija, din id-darba bejn il-junctions ta’ Triq Normandy u Triq Villa Rosa; nwessghu il-proġett Shore-to-Ship (fil-parti tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir), inkomplu naħdmu fuq il-Buġibba Breakwater u l-proġett ta’ riklamazzjoni fil-Port il-Kbir (Ras Ħanżir) li bih ser jiġi ffurmat moll ġdid għall-merkanzija b’tul ta’ madwar 360 metru. Dan ser isaħħaħ l-effiċjenza tal-Port, bl-awtoritajiet marttimi ser jingħataw iktar flessbilita’ biex jużaw mollijiet oħra fl-istess żona u għalhekk ikabbru l-kapaċità operattiva ta’ dan il-port tant essenzjali għal pajjiżna.