Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17148 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ sperm donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17149 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret permezz ta’ egg donor matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess, fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15239 u ċjoè jgħid kemm kienet l-ispare bed capacity ġewwa l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar Mount Carmel u l-Isptar Sir Anthony Mamo kull bidu tax-xahar matul l-2022 u l-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm ġew rikoverati pazjenti xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023 ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-pazjenti rikoverati xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023 ġewwa l-Isptar Mater Dei huma ta’ nazzjonalità Maltija, kemm minnhom huma barranin u minn liema pajjiżi huma dawk ta’ nazzjonalità barranija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15241 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-pazjenti rikoverati l-Isptar Mater Dei matul is-sena 2022 u s-sena 2023 ħallsu għall kura li ngħatatilhom u x’kien l-ammont totali mħallas?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15242 u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew għal kull ċentru tas-saħħa f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15242 u ċjoè jgħid kemm minn dawk il-persuni li rrikorrew għal kull ċentru tas-saħħa f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul l-2022 u l-2023, żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients huwa kif ġej;
2022 - 332,442 persuna
2023 - 376,306 persuna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17288 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienx jirrapporta direttament lill-Eks Ministru li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll jew lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17289 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt talab għal, jew ġabar, jew ingħata dokumenti u materjal ieħor mill-uffiċċji tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), liema materjal ittieħed mill-istess individwu lil hinn mill-uffiċċji msemmija?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għas-Saħħa u FMS – Relazzjoni ma’ kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17290 u jagħti dettalji dwar in-natura tar-relazzjoni bejn is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u uffiċjali oħra fil-Ministeru għas-Saħħa, fosthom is-Segretarji Permanenti, u l-Kapijiet Eżekuttivi tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) bejn Mejju 2014 u Frar 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17291 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intalabx għan-nom tal-Ministru għas-Saħħa, sabiex jitkellem jew jinnegozja ma’ kuntratturi jew negozjanti, jew ‘service providers’ Maltin u barranin, dwar il-proġett tal-Outpatients?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17292 u jagħti dettalji dwar ix-xogħol li s-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kien qed jagħmel għall-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024, u jekk dan ix-xogħol kienx jinkludi wkoll ix-xiri ta’ servizzi ta’ ‘body leasing’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17150 dwar il-PGT testing fil-proċess tal-IVF, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-arranġamenti neċessarji biex jitwaqqaf laboratorju ġdid għal PGT testing f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll kif ġew megħjuna l-koppji li talbu PGT testing minn mindu daħħlet fis-seħħ il-liġi dwar PGT testing f’Lulju 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddej proċess ta’ tendering ta’ procurement sabiex fi ftit xhur oħra jkollna l-apparat kollu tal-ART Clinic ġewwa Mater Dei mibdul għal wieħed modern.
Infurmat ukoll li minn Lulju 2022 sal-lum, dawk il-koppji li talbu PGT testing, ġew megħjuna billi qed jingħataw rifużjoni tal-ispejjeż tat-trattament kollu, flimkien ma' rifużjoni tal-ispejjeż tal-mediċina preskritta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17293 u jgħid jekk il-kuntratti li ngħatat il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament kinux approvati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeru għas-Saħħa bejn l-2014 u 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Floriana Mental Health Clinic — Aċċessibbiltà għall-persunili jużaw siġġu tar-roti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Floriana Mental Health Clinic huwiex aċċessibbli għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li kull persuna li tuża s-siġġu tar-roti tinagħta appuntament fis-sular ta’ isfel fejn ma jkunx hemm diffikultà li l-istess persuna tattendi.