Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser jieħu sabiex dawk l-iskrivani li qed jagħmlu xogħol ta' piżaturi, fil-varji Dipartimenti, liema xogħol ma jistax isir min ħadd għajr min persuna hekk awtorizzata bil-liġi u dan taħt pieni ħorox, ma jibqgħux jesegwixxu dan ix-xogħol kontra l-liġi?
Restawr ta' Auberge de Castille — Inċirata bir-ritratt impost fuqha
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni speċifika għaliex saret inċirata bir-ritratt impost fuqha ta' parti mill-binja ta' Auberge de Castille li qed tiġi restawrata, ġewwa Triq il-Merkanti, fil-parti li tmiss mal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, u jgħid kemm ġie jiswa dan il-materjal bir-ritratt, u kemm kien se jiswa mingħajr ir-ritratt u fl-aħħar minn l-aħħar ta' min kienet id-deċiżjoni? Jista' l-Prim Ministru jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħna t-tendered documents, jekk kien il-każ?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-aħħar sena saru disa’ u għoxrin (29) talba għall-teleworking li minnhom ġew aċċettati għoxrin (20), tmienja (8) qed jiġu pproċessati filwaqt li waħda (1) ġiet rifjutata. Fir-rigward tar-reduced hours, jien infurmat, li kien hemm sbatax-il talba li kollha ġew aċċettati.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-istrateġija tal-Gvern dwar l-impjanti ta' riċiklaġġ? Kemm se jkunu? Fejn se jinbnew u x'se tkun il-kapacità li dawn se jitrattaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Membru li fid-dokument li ġie publikat f’Jannar 2009 (A Draft Revised Solid Waste Management Strategy for the Maltese Islands) il-Gvern, apparti mill-impjant ta’ Sant' Antnin u t-Transfer Station f’Għawdex, qed jippjana li jsaħħaħ l-infrastruttura għall-immaniġġjar tal-iskart permezz ta’ żewġ Mechanical Biological Treatment Plants oħra. Wieħed mill-impjanti huwa maħsub għan-naħa ta’ fuq ta’ Malta (b’kapaċità ta’ 150,000 tunellata fis-sena) u l-ieħor għal Għawdex (b’kapaċità ta’ 20,000 tunellata fis-sena). Għalkemm fid-dokument hemm indikat xi siti fejn jistgħu jinbnew dawn l-impjanti, għadhom qed isiru l-istudji meħtieġa ħalli dak li qed ikun propost jiġi evalwat.
Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella — restawr ta' swar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fl-aħħar sena b'mod separat fuq ir-restawr tas-swar tal-Belt Valletta, l-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-nefqa fl-aħħar sena fuq ir-restawr tas-swar kienet skont kif ġej:
Il-Belt Valletta
xogħol fuq is-swar ta’ Santa Barbra u ta’ Marsamxett
€125,000
xogħol fuq is-sur ta' San Kristofru (taħt il-qanpiena tal-Assedju)
€61,725
Mdina
tisħiħ tal-pedamenti u restawr tas-sur fiz-zona ta' taħt il-pjazza tal-Kunsill
€405,683
Rigward il-proġett ta’ l-Imdina irid jingħad li dan hu ko-finanzjat mill-EEA u n-Norway Grants.
Għalkemm fil-Birgu u ċ-Ċittadella ma kienx hemm infiq dirett, sar ħafna xogħol preparatorju għal ħruġ ta’ sejħiet għal offerti ta’ xogħol li ser jinbeda fil-ġimgħat li ġejjin.
Bormla — Kulleġġ Santa Margerita Junior Lyceum - area tal-madwar
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10852 li ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex id-dawra madwar id-daħla tal-Kulleġġ Santa Margerita Junior Lyceum, Bormla ma tibqax tegħreq ma kull ħalba xita u dik l-area tispiċċa periklu kbir għat-tfal u anke għas-sewwieqa?
Parks Ltd — informazzjoni dwar il-conditions of employment
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-conditions of employment tal-ħaddiema grad grad li jaqgħu taħt il-Parks Ltd? Jista' jgħid ukoll min huma t-top management tal-istess kumpanija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jekk l-Onor Membru qed jirreferi għall-Parks and Afforestation and Rural ConservationUnit, jien infurmat li l-mija u ħamsin impjegat (150) li jaħdmu fil-Unit li jinsab ġewwa Ta’ Qali, hu x’hinu l-grad tagħhom huma kollha mpjegati b’kundizzjonijiet ta’mpjieg ta’ ħaddiema tal-Gvern li huma regolati mill-Public Service Management Code (PSMC) kif aġġornat regolarment minn ċirkularijiet li joħorġu minn żmien għal żmien mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
L-istess Unit hija mmexxija minn Head, (Parks and Afforestation and Rural Conservation) li huwa s-Sur Herman Galea.
Attard — Triq Santa Katerina - żbir ta' arbuxelli u siġar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11000, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jara li l-arbuxelli u siġar li hemm fir-roundabout u t-traffic islands fejn l-isptar Santa Katerina, Triq Santa Katerina Attard, jiġu miżbura jew imneħħija għax qegħdin joħolqu periklu minħabba li jgħattu l-vista tas-sewwieqa li jkunu se jaqbdu r-roundabout?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-postijiet imsemmija fil-mistoqsija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u għalhekk nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar il-kundizzjoni strutturali tal-iswar kollha f'Malta u Għawdex biex b'hekk jiġi determinat liema fortifikazzjonijiet għandhom bżonn ix-xogħol l-aktar urġenti?
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-tjur li ġew maqbuda minn postijiet pubbliċi xi snin ilu minħabba l-biżgħa tal-bird flu? Kemm mietu? Kemm insterqu? Kemm ġew meħlusa? Kemm għadhom miżmumin għalxejn?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-tjur li qiegħed jitkellem fuqhom l-Onor Membru kienu jikkonsistu biss f’papri. Numru minnhom kienu mietu u l-oħrajn ġew imqassma lir-Razzett tal-Ħbiberija, lill-farm sperimentali tal-Gvern, l-Għammieri u ġo vaska naturali bil-qasab ġo Għajnsielem, Għawdex. Ma fadal l-ebda waħda miżmuma għalxejn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru t’għasafar tal-għana li qed jintuża fil-finch breeding programme mid-Dipartiment? X’tip huma? Kemm mietu waqt li kienu fil-programm? Kemm faqqsu friegħ? Kemm tajru? X’sar minn dawk li faqqsu u ttajru? Xi pjanijiet għandu l-Gvern fuq dan il-programm ta' trobbija?
Environment Landscaping Consortuim — gradwati li ħaddmu
Question
Jista' l-Ministru jgħid l-Environment Landscaping Consortuim, kemm-il gradwat mill-iskola tal-biedja ħaddem sena b'sena mindu twaqqaf? Kemm hemm ħaddiema f'dan il-Consortuim bħalissa, kategorija b'kategorija? X'inhi l-età medja tal-impjegati mal-Consortuim?
Bormla — Ħamiem fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża
Question
Jista' l-Ministru jara tistax isir xi ħaġa sabiex ikun ikkontrollat l-ammont dejjem jiżdied ta' ħamiem fl-area tal-Knisja ta' Santa Tereża f'Bormla, li minn sorsi ta’ min jorbot fuqhom ħafna minn dan il-ħamiem emigra lejn dawn in-naħat wara li naqas l-uzu tal-Sptar San Luqa, u dan peress li qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-ħamiem mhux faċli li jiġi eliminat f’daqqa minn postijiet abitabbli. Però, hu magħruf li hawn Malta l-ħamiem, anki dak li jidher li jkun tal-post, idur minn post għall-ieħor ifittex postijiet tajbin għall-ikel bħal p.eż silos tal-ġwież jew qamħ u rziezet. Hu hawnhekk fejn din il-problema ta’ infestazzjoni qed tiġi ndirizzata billi dawn jiġu eliminati ftit ftit mingħajr ebda periklu. Hu ttamat li b’hekk il-popolazzjoni ta’ dawn l-għasafar titnaqqas konsiderevolment anki minn postijiet imferrxin ma' Malta kollha fejn normalment ipoġġi l-ħamiem.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex diġà deċiż li ssir xi camping site ġewwa Wied il-Għajn? Jekk iva, min ħa din id-deċiżjoni? Min ġie kkonsultat? Fejn ser issir din il-camping site ? Meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol fuqha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
M’hiniex infurmat li kien hemm xi deċiżjoni fuq camping site/s f’Wied il-Għajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti lil SLR mill-Waste Serv (Malta) Ltd mill-2001 'il quddiem? Kemm kien l-ammont ta’ kull kuntratt u kemm tħallas VAT?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni qed tinġabar u kif tkun inġabret ngħaddiha lill-Onor Interpellant.
scaffolding mal-faċċata tal-Palazz tal-President fil-Belt
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President fil-Belt, hux tal-Gvern jew inkella mikri? Jekk mikri kemm qiegħed jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-iscaffolding li qed jintuża mal-faċċata tal-Palazz tal-President hu tal-Gvern.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — sorsi alternattivi ta' enerġija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11088, 10333 u10062 u jagħti s-segwenti informazzjoni:
1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw
alternative sources of energy
fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament?
2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi?
3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order?
4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order?
5) Lil liema kumpanija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order?
Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba hi skont kif ġej:
Inizjattiva
Fejn Istallata
Metodu Użat
Kumpanija/Persuna
Ammont
Sistema fotovoltaika 3.2 kWp
Beltissebħ
Tender
Solar Solutions Ltd
€18,800
Pannelli Fotovoltaiċi 2.28 kWp
WasteServ Mrieħel CA Site
Direct Order
Solar Solutions Ltd
€13,827
Pannelli Fotovoltaiċi 3.46 kWp
WasteServ Mrieħel CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€18,407
Turbina tar-riħ 1.5kW
WasteServ Mrieħel CA Site
Direct Order
Solar Solutions Ltd
€5,565
Pannelli Fotovoltaiċi 4.2 kWp
WasteServ Ħal-Far CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€26,370
Turbina tar-riħ 3 kW
WasteServ Ħal-Far CA Site
Tender
Hydroelectric Ltd
€14,970
Pannelli Fotovoltaiċi 5.5 kWp
WasteServ Luqa CA Site
Tender
Electrofix Energy Ltd
€30,282
Turbina tar-riħ 2.8 kW
WasteServ Luqa CA Site
Tender
Solar Solutions Ltd
€15,914
Pannelli Fotovoltaiċi 4.2 kWp
WasteServ Magħtab CA Site
Tender
Electrofix Energy Ltd
€21,520
rziezet tal-baqar tal-ħalib mhux approvati mill-istandards Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi rziezet tal-baqar tal-ħalib li għadhom ma ġewx approvati mill-istandards Ewropej u li mhumiex jieħdu sussidju tal-Gvern? Jista' jgħid kemm baqa' rziezet li huma fl-iskemi tal-bini u li għadhom jaħdmu bla permess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lin-numru ta’ rziezet tal-ħalib li għadhom fil-proċess li jiġu kompletament approvati mill-istandards Ewropej huma 17 f’Malta u 4 f’Għawdex.
Dawn l-irziezet illum qegħdin fiz-zoni urbani u allura jridu jiċċaqalqu f’post alternattiv barra miż-żona taż-żvilupp qabel ma jkunu jistgħu jiġu kompletament konformi mal-kundizzjonijiet rispettivi. Il-Gvern applikazzjoni lill-MEPA fejn dawn l-irziezet jistgħu jiġu rilokati.