San Pawl il-Baħar – Triq Luigi Preziosi – tneħħija ta’ arbli tad-dawl
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex arbli li qed jikkaw¿aw nuqqas ta’ aċċess fuq bankina fi Triq Luigi Preziosi jitneħħa? (ritratt anness)
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fl-inħawi ser isiru xi xogħlijiet minn entitajiet oħra. Ix-xogħol imsemmi jinsab fil-programm ta’ xogħlijiet, u jsir b’ko-ordinazzjoni meta jitlestew ix-xogħlijiet l-oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — siġar u pjanti miżrugħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kienu responsabbli miż-żriegħ ta’ total ta’ mija tlieta u ħamsin siġra u pjanta (153) kif ġej:
Arkivji Nazzjonali
6
Bejn 2015 u llum
Heritage Malta
64
2008 – 26; 2010 – 2; 2020 - 36
Direttorat għar-Restawr
83
2020
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi mixtrija/mikrija
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-karozza ministerjali hija BMW 5 Series, mikrija għall-prezz ta’ sebgħa u għoxrin ewro (€27.00) kuljum, VAT eskluż.
Santa Luċija – art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis – ġnien pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-art bejn Triq Katrine Vitale u Triq Stefanotis f’Santa Luċija Malta, li kienet indikata għal ġnien pubbliku, huwiex ser isir tul din l-leġiżlatura u jistax jindika x'passi ttieħdu u jekk il-Kunsill Lokali ġiex konsultat dwar dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija illi l-art in kwistjoni tappartjeni parti lill-privat u parti lill-gvern. Il-Kunsill ma applikax sabiex l-art pubblika tiġi devoluta lilu.
Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx għall-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid lmenti ta’ residenti varji tal-preżenza qawwija ta' ħamiem bil-komplikazzjonijiet varji fil-parti tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid bejn Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss? Jekk iva x'passi ttieħdu jew sejrin jittieħdu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ser tkun qed tindirizza din il-kwistjoni għan-nom tal-Kunsilli Lokali kollha. Ninsab ukoll infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li ser ikun qed jipparteċipa f’din l-inizzjattiva.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat bejn il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid u l-Correctional Services Agency, tal-Faċilita Korrettiva ta' Kordin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – korrispondenza dwar ix-xogħlijiet fuq iż-żona Tas-Simenta
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza (inkluż minuti tal-laqgħat) li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar kellu dwar xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fiż-żona magħrufa bħala tas-Simenta f’San Pawl il-Baħar? Minuti mhux biss tal-laqgħat tal-Kunsill iżda wkoll ta’ laqgħat oħra li setgħu saru ma’ entitajiet governattivi jew ma’ ministeri?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda laqgħa formali ma saret bejn il-Kunsill u xi entitá governattiva dwar is-suġġett imsemmi.
Is-sezzjoni mill-minuti tal-laqgha tal-Kunsill numru tletin (30) li jagħmlu referenza għas-suggett imsemmi tgħid hekk:
Minuti Laqgha 30 – 13/05/2021 : Item 30.5
- Tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Kunsilliera
Mistoqsija: “Meta se ssir il-laqgħa mal-perit risponsabbli mix-xogħolijiet tas-Simenta?”
Risposta: “Irid jiġi ċċarat, li għalkemm il-kunsill ġie nfurmat dwar ix-xogħolijiet li għaddejjin, il-manteniment taż-żona ma jaqax taħt ir-risponsabilita tal-kunsill imma ta’ TM.”
Għal aktar tagħrif nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Id-Disa’ Distrett Elettorali – użu minn kull librerija pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm sar użu minn kull librerija pubblika rispettivament fid-Disa’ Distrett Elettorali fl-2018, 2019 u 2020?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Malta Libraries li l-uzu tal-librerija pubbliċi fid-Disa’ Distrett Elettorali hu kif ġej:
Lokalità
Kotba mislufa 2018
Kotba mislufa 2019
Kotba mislufa 2020
Għargħur
3910
3117
2502
Msida
11838
11194
9910
San Ġwann
8856
7531
4091
Fil-lokalitajiet ta’ Swatar, Kappara, Madliena u Ta' Xbiex ma hemmx librerija pubblika.
Kunsilli Lokali Marsaskala: Sistema ta’ records ta’ ilmenti/suġġerimenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala żżommx records ta’ ilmenti/suġġerimenti li jressqu r-residenti? X’għandu jagħmel resident jekk ikollu xi ilment/suġġeriment li jrid iressqu quddiem il-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li j¿omm rendikont ta kull ilment, u qiegħed jippjana sabiex idaħħal software speċjalizzat. Kull ilment li jirċievi jaġixxi fuqu. Fir-rigward ta’ ilmenti li jitressqu għall-attenzjoni ta’ enitajiet oħra, il-Kunsill ikollu rekords tal-emails formali. L-ilmenti li jikkonċernaw xogħol li jinvolvi l-ħaddiema tal-Kunsill isir fi żmien massimu ta’ ġimgħatejn. Jekk xi ħadd ikun irid iressaq xi lment/suġġeriment għall-attenzjoni tal-Kunsill, jista’ jagħmel dan billi jikteb fuq l-email ġeneriku tal-Kunsill Lokali.
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk dejjem hu informat, x’qed isir ġewwa Triq il-Prinjol Santa Luċija Malta? Jistax ukoll jindika kemm ilu jsir u kemm huwa previst li ser jiġi jiswa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija li fi Triq il-Prinjol ser issir il-bankina wisa' ta' tlett metri għal promenade u possibbilment t-triq tibqa two-way jekk tibqa’ tiflaħ. Fir-rigward ta kemm ilu jsir u kemm hu previst li jiswa x-xogħol imsemmi, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, jekk dejjem qed jiġi infurmat, meta ser tkun lesta u finalizzata Triq Dawret it-Torri Santa Luċija Malta? Jistax ukoll jindika li l-istess triq ser tiġi lura bil-faċilità preċedenti tagħha ta' żewġ kareġġjati u faċilitajiet għar-roti? Jistax ukoll jgħid jekk kemm-il darba l-Kunsill Lokali huwiex jiġi konsultat f'dan?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li l-Kunsill qabel illi jagħmel proġett pilota ta' xahar b'Dawret it-Torri bħala one way. Wara dan ix-xahar ta' prova ser issir laqgħa pubblika fejn il-Kunsill ser jieħu l-opinjoni tar-residenti, sabiex tittieħed deċizjoni għaqlija jekk l-istess triq għandhiex issir one way bil-karreġġjata tar-roti, jew tiġix lura bil-faċilità preċedenti tagħha ta' żewġ kareġġjati.
Santa Luċija – residenti kumpensati għall-inkonvenjent u diffikultajiet tal-bini ta’ Triq il-Barrani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba r-residenti ta’ Santa Luċija Malta humiex se jiġu b’xi mod kumpensati għall-inkonvenjent u diffikultajiet varji li kellhom jgħaddu minnu tul il-kostruzzjoni ta’ Triq tal-Barrani?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-residenti ta’ Santa Luċija, bħal dawk f’lokalitajiet oħrajn fil-viċinanzi, gawdew minn jogging track imkabbra għall-ġiri u l-mixi, toroq aħjar, promenade u tisbieħ ġenerali. Bla dubju, l-akbar kumpens għar-residenti jibqa’ t-tnaqqis drastiku fit-tniġġis ikkawżat mit-traffiku li jgħaddi mill-inħawi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor.Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 20995.
B'referenza għax-xogħlijiet li saru f'dawn l-aħħar xhur, fuq Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għar-raħal Ta' Sannat, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ġiet awarded din it-tender u kemm ġie jiswa x-xogħol li sar, issa li tlesta x-xogħol fuq din it-triq? Jista jgħid min kien il-perit (isem u kunjom) inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar u jekk iva min għamilhom, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Sannat illi:
- It-tender ingħata għall-ammont ta’ €493,068.40 VAT esklu¿a.
- Il-proġett ta' Triq Sannat, minkejja li sar ħafna xogħol fih, għadu mhux komplut u ċertifikat.
- Il-perit inkarigat mix-xogħol kien il-Perit Edward Scerri.
- It-testijiet neċessarji għal
quality compliance
u xogħol ta'
quantity surveying
saru u għadhom qed isiru.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl – Xogħlijiet fuq bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsiru tiswijiet meħtieġa u/jew bini mill-ġdid fuq numru ta’ bankini mill-Kunsill jew entitajiet oħra governattivi li jinsabu fit-toroq: Triq Oqbra Puniċi, Triq Radded ir-Roti, Triq ir-Ridott, Triq il-Fuħħar u Triq is-Simar kollha fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar Triq Telgħat ix-Xemxija, Triq il-Maqdes Megalitiku u Triq il-Preistorja?(uħud mir-ritratti annessi)
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl illi t-toroq indikati qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali jieħu l-passi u l-inizjattivi kollha xierqa sabiex tiġi rranġata t-telqa u t-traskuraġni li teżisti fix-Xemxija fit-toroq: Triq Katarina Vitale, Triq Simar, Triq Radded ir-Roti, Triq Oqbra Puniċi, Triq il-Fuħħar, Triq ir-Ridott, Triq Piscopo Macedonia, Triq Maqdes Megalitiku, Triq il-Preistorja u Telgħet ix-Xemxija peress li din it-telqa u traskuraġni tinkludi tindif ġenerali, qtugħ ta’ ħaxix, żbir ta’ sigar li qed joħonqu aċċess adegwat minn fuq numru ta’ banikini, sinjali tat-traffiku adegwati (tiswijiet jew ġodda), tiswijiet jew/u bini mill-ġdid ta’ bankini, ġbir ta’ skart goff mill-heritage trails u minn fuq bankini (bċejjeċ tal-baħar u arblu(pole) kif ukoll wires perikolużi? (ritratti annessi)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li t-toroq u s-siti elenekati minnu qiegħdin fil-programm ta’ xogħlijiet, u ser jiġu rranġati. It-tindif ta’ din iż-żona isir bi skeda u b'mod kontinwu, kontra l-impressjoni li qed jipprova jagħti.
Is-sigra tal-ħarrub indikata hija protetta u qiegħdha f’art privata, u l-Kunsill m’għandu l-ebda informazzjoni dwar min huma s-sidien. Il-
cable
li jidher fir-ritratt pprovdut huwa tal-internet u ma joħloq l-ebda perikolu għan-nies. Intant ġiet infurmata il-kumpanija in kwistjoni.
Il-Kunsill japprezza jekk l-Onor.Interpellant jagħti ndikazzjoni aktar dettaljata tal-lok fejn hemm l-iskart mormi (pic1), possibilment b’
site plan.
San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħofra hija ri¿ultat ta’ ħsara f’pipe ta’ l-ilma. Għaldaqstant il-Kunsill għaddha l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala matul is-snin 2018, 2019, 2020 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sabiex jinfurmahom x’qiegħed jiġri fil-lokalità?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li ġew ippubblika 3 rivisti fl-elfejn u tmintax, u 3 rivisti fl-elfejn u dsatax. Fl-elfejn u għoxrin sad-data tal-lum, il-Kunsill Lokali ma ppubblikax rivisti. Il-Kunsill Lokali għandu preżenza fuq siti tal-media soċjali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21135, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu m’għandux idea ta’ kif intefqu fondi pubbliċi li għaddew mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu lil Marigold Foundation?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġà sodisfaċentement imwieġba.