Legislature:
Category:
Reset
Active:

pjan ta' flyover fis-south ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjani li jsiru flyovers fis-south ta' Malta? Jekk iva, liema huma u meta se jibdew? Jista' jpoġġi pjanti fuq il-Mejda tal -Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sal-lum m'hemm l-ebda deċiżjoni finali biex isiru flyovers fis-south ta' Malta.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom diżabilità?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru u d-dipartimenti ta' taħti m'hemmx informazzjoni li hemm xi ħadd li huwa reġistrat li għandu jew għandha diżabilità.

Trasport Malta — xogħlijiet fit-triq li minn Burmarrad tieħu għal t'Alla u Ommu

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta għandhiex il-ħsieb li t-triq li minn Burmarrad tieħu għal t'Alla u Ommu, tingħata wiċċ ġdid bit-tarmak, jew isir xi xogħol ieħor fl-istess triq, billi minnha jgħaddu ammont sostanzjali ta' trakkijiet u vetturi oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Minkejja illi t-triq imsemmija mhix responsabbiltà ta' Transport Malta imma tal-kunsill lokali, ninsab infurmat li dan ix-xogħol se jiġi evalwat u kunsidrat fil-futur fil-kuntest tal-programm ta' Transport Malta fejn jidħol - jekk ikun hemm il-fondi - biex jagħmel xogħol minflok il-kunsill lokali.

piż li jista' jinġarr minn axle ta' vettura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-piż permessibbli li axle ta' vettura tista' ġġorr hi u għaddejja mit-toroq f'Malta? Jista' jgħid jekk matul l-aħħar 12-il xahar l-Awtorità dwar it-Trasport kenitx mitluba minn entitajiet privati jew governattivi sabiex jiġi assessjat il-piż li jkun se jinġarr u sabiex ikun hemm konferma li dan il-piż huwa taħt il-livell massimu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta jiġi mkejjel il-piż ta’ vettura jiġu kkunsidrati żewġ fatturi; il-Gross Vehicle Weight tal-vettura u l-piż massimu li qed jinġarr mill-axles. Rigward il- gross vehicle weight il-piż massimu tal-vettura ma’ jridx jinqabeż u dan jiddependi minn numru ta’ axles li jkollha l-vettura: · Massimu għal vettura b’ żewġ axles - 18 tunnelleta · Massimu għal vettura bi tlett axles - 26 tunnelleta · Massimu għal vettura b’ erba’ axles - 32 tunnellata · Massimu għal vettura articulated - 40 tunnellata. Rigward il-piż massimu li qed jinġarr mill- axles (‘2’) dan jiġi kkalkulat skond jekk: · Il-fus li ma jmexxix ma jaqbiżx l-10 tunnellati · Il-fus li qed imexxi (driving) ma jaqbiżx il-11.5 it-tunnellata L-Awtorita’ għat- Trasport f’ Malta ma ġietx mitluba biex tagħmel spezzjonijiet rigward piżijiet żejda la minn entitajiet privati u lanqas governativi imma fl-2010 għamlet mitejn u tnejn u ħamsin spezzjoni li minnhom fallew tnejn u disgħin vettura. Dawn l-ispezzjonijiet fit-triq saru skond il-liġi.

Swatar — Triq il-Ġostra - asfaltar tat-triq

Question

Billi kien hemm pjanijiet li tiġi asfaltata Triq il-Ġostra, Swatar, liema pjanijiet kellhom oriġinarjament jseħħu fis-sena 2008, jista' l-Ministru jindika dan ix-xogħol meta mistenni jsir minħabba l-inkonvenjent maħluq għar-residenti tal-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tenders għal dawn ix-xogħlijiet inħarġu u ġew aġġudikati. Ix-xogħljiet għandhom jinbdew fil-ġimgħat li ġejjin.

naħa tas-South ta' Malta — yatch marinas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li fin-naħa tas-South isiru aktar yacht marinas? Jekk iva, fejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-rapport “Development of Yachting Facilities in Malta” li kienet ippublikat l-Awtorità Marittima ta’ Malta f’April ta’ 2009 u li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

proġett infrastrutturali — stima tan-nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23023, jista’ l-Ministru jgħid x’inhija l-istima tan-nefqa għal kull proġett infrastrutturali msemmi fit-tweġiba?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Mistoqsija Parlamentari kkwotata minnu, PQ 23023, m'għandha x'taqsam xejn mal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23337.

Ftehim bejn Trasport Malta u Creek Development Limited

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħuq minn Trasport Malta mal-kumpanija Creek Development Limited għat-tmexxija tal-Marina tal-Imsida?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Transport Malta — Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'passi ħadet Transport Malta dwar il-materija msemmija fil-mistoqsijiet parlamentari 23188 u 23189 rispettivament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġranet li għaddew ittieħdu l-passi neċessarji u nxtelet il-pelican light u ġew irranġati r-railings.

Pensjoni tax-xufiera tal-karozzi tal-linja

Question

Meta l-Arriva kienet qed tantiċipa li se tibda topera s-servizz tat-Trasport f’Jannar 2011, il-Ministru wiegħed li se jagħti l-pensjoni lil dawk l-owners tal-karrozzi tal-linja li jkunu għalqu s-56 sena sal-aħħar ta’ Diċembru 2010 u peress li issa l-Arriva qed tantiċipa li se tibda topera f’Lulju 2011, jista’ l-Ministru jikkonsidra li jestendi ftit id-data u jagħti l-pensjoni wkoll lil dawk l-owners li jkunu għalqu s-56 bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju 2011 speċjalment ukoll minħabba li hemm ħames owners biss li jidħlu f’din il-kategorija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-termini tal-iskema t'irtirar kmieni huma dawk miftiehma mal-persuni eliġibli għaliha. Liema termini ma kienux marbuta ma' meta l-Arriva tibda s-servizz.

Proġett Piano — Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jiżgura lil din il-Kamra li ma nstabu l-ebda tip ta’ fdalijiet jew strutturi waqt ix-xogħlijiet ta’ tħaffir fil-Proġett Piano fil-Belt Valletta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmtat li x-xogħolijiet ta’ tħaffir għall-binja l-ġdida tal-Parlament saru wara li tlestew riċerki storiċi biex kemm jista’ jkun strutturi antiki fuq is-sit jiġu preservati u integrati fil proġett. Dan sar b’meżż ta dokumenti antiki li taw idea tal-fdalijiet eżistenti fuq is-sit. Dawn l-istrutturi ġew skavati u dokumentati u, wara diskussjonijiet mas-Superintendenza tal-Wirt Storiku u mal-MEPA biex jiġi deċiż dak li għandu jinżamm, se jiġu integrati mal-proġett.

Marsaxlokk — xogħlijiet fi Triq Bartholomew u Triq Carmelo Caruana

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar xogħlijiet fuq triq ġdida fi Triq Bartholomew kif ukoll fi triq ġdida fi Triq Carmelo Caruana f'Marsaxlokk?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tenders għal bini tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ġew aġġudikati. Filwaqt li x-xogħol fi Triq Carmelo Caruana se jinbeda din il-ġimgħa, jekk it-temp jippermetti, x-xogħol fi Triq Ġdida fi Triq Bartholomew huwa ippjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Żurrieq — Triq Fra Luca Zurki - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jsiru x-xogħlijiet fi Triq Fra Luca Zurki fiż-Żurrieq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin se jinħareġ it-tender għal bini ta’ Triq Fra Luca Zurki, Żurrieq . Ix-xogħol ikun jista' jinbeda malli jingħata t-tender u jinħarġu l-permessi neċessarji.

Żurrieq — xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ix-xogħlijiet fi Triq Dun Nard Mallia, Triq il-Qiegħa, Triq San Bastjan, Triq it-Tin, kif ukoll Pjazza Nigret u Triq l-Iskultur Fabri, kollha fiż-Żurrieq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li nħarġu t-tenders għal bini tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Filwaqt li x-xogħol fi Triq Dun Nard Mallia u Triq San Bastjan, Żurrieq inbeda, x-xogħol fi Triq il-Qiegħa, Triq it-Tin, Pjazza bejn Triq in-Nigret u Triq l-Iskultur Fabri, Zurrieq huwa ppjanat li jibda fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — food entitlement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu li għandhom food entitlement? Jista’ jgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda impjegat fil-Ministeru tiegħi u fid-Dipartimenti li jaqgħu taħti li għandu food entitlement.

Attard — Triq iż-Żagħfran - reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kaxxa s-safra mmarkata bħala reserved li saret riċentement fi Triq iż-Żagħfran, Attard li r-ritratt tagħha qed jintbgħat separatament, għandhiex l-approvazzjonijiet kollha neċessarji? Jekk iva, jista' jgħid x'kienet il-ġustifikazzjoni għal din il-kaxxa reserved? Jekk le, jista' jara li s-sitwazzjoni terġa' lura għal li kienet qabel bla dewmien?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li reserved parking bay li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għandha l-approvazzjoni meħtieġa. Din saret għall-persuna li għandha problemi ta’ mobilità u li joqgħod fil-viċinanzi ta’ Triq iż-Żagħfran.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — self ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hu l-ammont ta' self li kull kumpanija/entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu kien fl-aħħar tas-sena 2010? Ma min huwa dan is-self? Meta huwa maħsub li jitħallas dan is-self? Kemm huwa l-imgħax dovut u x'inhi r-rata ta' imgħax fuq dan is-self? Dan is-self huwa garantit mill-gvern?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Enemalta u Transport Malta — dawl

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-Transport Malta biex flimkien mal-Korporazzjoni Enemalta jsibu soluzzjoni għan-nuqqas ta' dawl li hemm bejn is-Salina u r-roundabout tal-Iklin/Naxxar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet żewġ tenders sabiex isiru tabelli u sinjali fl-insemmija triq li jkunu addattati għal meta triq ma tkunx imdawwla. Dan qed jitqies bħala pilot project. Għat-tender tat-tabelli diġà ntgħażel il-kuntrattur filwaqt li tas-sinjali qiegħed fl-aħħar stadju tal-aġġudikazzjoni.