Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST – ftehim kollettiv ġdid f’kategoriji varji

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 8713 u 9419 jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim kollettiv partikolari fl-MCAST ġiex effettivament konkluż u ffirmat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim ġie ffirmat f’Lulju li għadda.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Edukazzjoni — Programm fuq saħħa sesswali speċjalizzat għal persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waqqafx xi programm edukattiv speċifiku biex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jingħataw informazzjoni u tagħrif dwar is-sesswalità u s-saħħa sesswali? Jekk iva, meta beda jitħaddem dan il-programm, u kemm kien hemm persuni li għamlu użu minnu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kurrikulu Minimu Nazzjonali (NMC) tal-1990 kien l-ewwel qafas legali li jħaddan aspetti differenti tal-iżvilupp uman u d-diversità ta’ kull student. L-NMC poġġa enfasi fuq esperjenzi ta’ tagħlim li jippermettu lill-istudenti jiżviluppaw ħiliet li jgħinuhom jiddibattu fuq s-sesswalita u r-relazzjonijiet b’mod matur u jikkultivaw attitudni imparzjali u mingħajr ġudizzju lejn is-sess u s-sesswalità. u "aġixxi b'mod responsabbli u pożittiv f'dan ir-rigward" (NMC, 1990, p.36). Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd tal-2012 u l-Linji Gwida tal-2013 dwar l-Edukazzjoni dwar is-Sesswalità u r-Relazzjonijiet fl-Iskejjel Maltin komplew fuq dan il-kunċett ta’ inklussività. L-Edukazzjoni fuq is-sesswalita u r-relazzjonijiet hija obbligatorja taħt l-Att dwar l-Edukazzjoni Bażika u titwassal f’diversi suġġetti prinċipalment fix-Xjenza, Bijoloġija, u fis-suġġett tal-PSCD (Żvilupp Personali, Soċjali u tal-Karriera). Is-suġġetti differenti jittrattaw is-suġġett minn perspettiva differenti iżda l-PSCD huwa l-uniku suġġett li jittratta is-suġġett tas-sesswalita u r-relazzjonijiet fi snin kollha li s-suġġett jiġi mgħallem, jiġifieri mill-Year 4 sa Year 11. Dan iseħħ biex l-istudenti jkollhom l-informazzjoni t-tajba u b’hekk ikun ippreparati b’mod adegwat għall-bidliet fiżiċi, emozzjonali u fiżjoloġiċi li se jkunu qed iseħħu. Is-sillabu tal-PSCD jiġi aġġornat kontinwament biex ikun żgurat li jirrifletti l-bżonnijiet tal-istudenti. Matul is-snin diversi riżorsi differenti ngħataw lil-għalliema bħal pereżempju kits tal-eżami tas-sider u testikolari u kits tal-kontraċettivi biex it-tagħlim ikunu iktar effettivi.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żaħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12621, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti ta’ kull bord u entità li rrefera għalihom fir-risposta tiegħu u jgħid ukoll x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru ta’ dawn il-bordijiet u entitajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Universita’ ta’ Malta — Waste Chemistry Lab - Fondi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-fondi li ntużaw għall-Waste Chemistry Lab fl-Università ta’ Malta matul is-snin 2022, 2023 u l-fondi stmati għall-2024?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Università ta’ Malta – Master of Social Work (MSW) – Study Units

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni fid-dettall dwar l-istruttura, bil-lista tal-istudy units, tal-kors ta’ Master of Social Work (MSW) li jiġi offrut mill-Università ta’ Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kors imsemmi jiġi offrut kemm fuq bażi full time u anke part time. L-informazzjoni tal-kors tinsab pubblika fuq il-website tal-Università. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li l-istudy units qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Promozzjoni tal-lingwa Maltija permezz tat-teknoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija hemm biex jiġi promoss l-ilsien Malti permezz tat-teknoloġija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-livell primarju qed jingħata aċċess għal kotba bil-Malti fuq it-tablets. Għal iżjed informazzjoni nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Tablets li ġew użati mit-tfal fl-iskejjel li mhumiex jiġu użati

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8508, 8687 u 8928, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tablet li kien użat mit-tfal fl-iskejjel li issa mhuwiex qiegħed jiġi użat, fejn qegħdin jinħażnu u x'inhu l-ħsieb għall-użu tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma f'kundizzjoni li jitħaddmu u x’inhu l-valur globali ta’ dawn it-tablets?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 5,000 tablet fil-pussess tal-Ministeru li jaqgħu f’din il-kategorija indikata li jistgħu jerġgħu jiġu utilizzati. Għaddejja ħidma u evalwazzjoni sabiex wieħed jara li parti minn dawn it-tablets jerġgħu jiġu utilizzati għal skopijiet ta’ taħriġ f’diversi inizjattivi li jsiru mill-Ministeru.

Ħaż-Żebbuġ — Kulleġġ San Injazju - Kapijiet tal-Iskola

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12152 u jgħid fl-aħħar tliet snin kemm-il Kap tal-Iskola differenti kienu inkarigati mit-tmexxija tal-Kulleġġ San Injazju Ħaż-Żebbuġ Primary?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Naxxar — Trasport għall-iskejjel primarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u n-Naxxar, li jitwasslu l-iskola permezz ta’ trasport ipprovdut mill-Ministeru u kemm jintużaw vetturi għal dan it-trasport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rwol ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10642 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815, peress li din it-tweġiba mhijiex ċara, jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex membru ta' bord jew le?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9815.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12277 u 12539 u jgħid jekk l-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta (AIMS) bdietx topera, u jekk iva jgħid: a. minn fejn qiegħda topera; b. kemm hu l-budget tagħha; u ċ. kemm għandha impjegati magħha u f'liema skali u pożizzjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-awtorità msemmija qed topera b’mod regolari fejn qed taħdem ma' diversi istituzzjonijiet biex tibni sistema edukattiva għal taħriġ lil persuni sportivi. Għaddejin ukoll diskussjonijiet neċessarji sabiex l-awtorità msemmija jkollha uffiċju permanenti. It-total ta’ budget li mistenni jkun allokat hu ta’ madwar €1,000,000 (Miljun Ewro) filwaqt li bħalissa l-awtorità għandha 8 impjegati li jinkludu CEO, Diretturi, Heads, Officer u Messaġġier.

Ir-Rabat — Skola Primarja B

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqijiet parlamentari 11998 u 12561 u jgħid meta nbniet l-Iskola magħrufa bħala Primarja B tar-Rabat, li tinsab fi Triq Ferris kantuniera ma’ Triq Rudolf Saliba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li issa m’għadx hemm iżjed distinzjoni bejn Skola Primarja A u Skola Primarja B għax ingħaqdu fi skola primarja waħda taħt Kap ta’ Skola waħda. Din l-iskola nbniet f’fażijiet differenti u b’investiment ta’ madwar €3.5 miljun twettaq proġett ta’ immodernizzar sħiħ fejn twaqqgħu is-soqfa tas-sular ta’ fuq u reġgħu nbnew mill-ġdid, filwaqt li nbena sular ieħor ġdid li b’hekk ifisser iżjed klassijiet u iżjed tfal. Dan il-proġett ta’ immodernizar jinkludi wkoll tqegħid tas-servizzi kollha mill-ġdid, kisi u tibjid tal-ħitan kollu kemm minn ġewwa u kif ukoll minn barra, tqegħid ta’ madum u rħam ġdid, installazjoni ta’ aperturi ġodda kemm fuq barra u kif ukoll fuq ġewwa, faċilitajiet sanitarji ġodda għal kulħadd, installazjoni tas-suffetti mal-iskola kollha, installazjoni ta’ lift ġdid, għamara ġdida fil-klassijiet u l-uffiċini, ħolqien ta’ gym ġdid, spazji ġodda għall-breakfast club, sala ġdida li tista’ tintuża għall-attivitajiet varji, turf artifiċjali ġdid fiż-żewġ btieħi tal-iskola, ħolqien ta’ post ta’ rikreazzjoni b’turf artifiċjali fuq il-bejt, installazjoni ta’ arja kkondizjonata mal-binja kollha, installazjoni ta’ sistemi kontra t-tifi tan-nar, installazjoni ta’ alarms u kameras tas-sigurtà, u kif ukoll installazjoni ta’ panelli fotovoltajiċi.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – defibrillators

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9887, jista' l-Ministru jgħid fejn jinsabu dawn id-defribillators?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dawn id-defibrillators jinsabu fl-entitajiet li ġejjin; IFE, FES, FTS, Education Malta, MCAST, UoM, Sport Malta, u MCST.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 54 talba, inkluż l-awtoritajiet pubbliċi. Minn dawn, 24 intlaqgħu, 26 ma ntlaqgħux waqt li 4 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.

Użu ta’ Yacht

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-yacht mixtrija minn Yachting Malta li ngħatat l-isem ta’ “Viva Malta”? Jista’ jgħid ukoll għaliex din tħalliet mitluqa ġewwa boat yard fil-Marsa, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u ma ntużat qatt?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Membri ta’ bordijiet u entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10707 u 11527 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta’ kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet t’hawn taħt qed joperaw b’mod normali; Art Scholarship Board Commercialisation of Sports Appeals Board Commonwealth Centre For Connected Learning Foundation Sport Commercialisation Board Council for Teaching Profession Education Malta Board of Governors Malta Space Task Force Tertiary Education Scholarship Scheme English Language Teaching Council EquestriMalta Board Exemptions from fees at State Educational Institutions Foundation for Educational Services Board Foundation for Human Resources Development Foundation for Tomorrow Schools Board Institute for Education Advisory Board Language Policy in Education Joint Standing Committee MFHEA Board Malta Qualifications Framework Appeals Board Malta Racing Club (MRC) Mtarfa International School - Technical Committee National Anti-Doping Disciplinary Panel National Book Council National Literacy Agency Scholarship Appeals Board SportMalta Sports Scholarship Board St Patrick's Board of Governors Statementing Moderating Panel 1 Statementing Moderating Panel 2 Students Maintenance Grants University of Malta Senate University of Malta Council Veterinary Scholarship Scheme Health and Wellbeing Board Sustainable use of Resources for Climate Change Mitigation and Adaptation Digital Technologies Board Smart Manufacturing Board Aviation and Aerospace Board Marine and Maritime Board Foundation for Information, Technology, and accessibility Board of Administrators (FITA) Youth Work Profession Board Authority for Integrity in Maltese Sport Board National Open Access Committee National Curriculum Framework Review Board Junior College Board Faculty Board of Social Wellbeing Faculty Board of Medicine and Surgery Faculty Board of Laws Faculty of Education Faculty Board of Engineering Faculty Board of Arts Faculty Board of Built Environment Faculty Board of Dental Surgery Faculty Board of Economics, Management and Accountancy Faculty Board of Theology Faculty Board of Information and Communication Technology ICT Live the Language Board MATSEC Board National Board for Compulsory Education National Anti-Doping Disciplinary Panel MCST Board Aġenzija Żgħażagħ Endeavour Post-Graduate Scholarship Board - Group A (EU Priorities) Malta Government Scholarship Scheme Board

Skejjel tal-Istat — Studenti bi bżonn ta’ One-on-One LSE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat li f'Ottubru tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one imma ġew provduti LSE shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kellna l-ebda każ ta’ dan it-tip.