Aġenzija Visa u Residenza f'Malta — formoli ta' applikazzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formoli tal-applikazzjonijiet kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?
Azzjonisti u ultimate beneficial owners ta’ kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-Onor. Membru għandu jkun informat li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba mhuwiex fil-poter tal-Eżekuttiv.
Awtorità tax-Xandir – raportaġġ ħażin fuq PBS minn partiti politiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm irċeviet ilmenti l-Awtorità tax-Xandir minn partiti politiċi dwar raportaġġ ħażin fuq il-PBS kull sena mill-2013 sal-lum, u jista’ jaqsam il-lista partit, partit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar 10 snin saru 37 ilment mill-partiti politiċi mal-Awtorià tax-Xandir dwar raportaġġ ħazin fuq il-PBS.
Il-Partit Laburista ressaq 9 ilmenti bejn l-2008 u l-2012 u 4 ilmenti bejn l-2013 u l-2018. Bejn l-2008 u l-2012 ingħata raġun fuq 7 ilmenti. Ma ingħatax raġun fuq 2 ilmenti. Bejn l-2013 u l-2018 ma ingħatax raġun fuq 4 ilmenti.
Il-Partit Nazzjonalista ma ressaq ebda ilment bejn l-2008 u l-2012. Bejn l-2013 u l-2018 ressaq 18 - il ilment li fuq 15 minnhom ma ingħatax raġun u fuq 3 ingħata.
L-Alternattiva Demokratika ressqet 4 ilmenti bejn l-2008 u l-2012. Ma ingħatatx raġun fuq l-ebda wieħed minnhom. Bejn l-2013 u l-2018 ma ressqet l-ebda ilment.
Il-Moviment Patrijotti Maltin ressaq 2 ilmenti bejn l-2013 u l-2018. Ingħata raġun fuq wieħed waqt li ma ingħatax raġun fuq l-iehor.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu x-xogħol jew servizz li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tat lil MITA mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? X’kien il-valur tax-xogħol jew servizz u jekk ingħatax wara direct order jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li kienu impjegati ma’ bank
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar 3 snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?
Tas-Sliema – Amery Street – tibdil tal-isem tat-triq għal ġurnalista maqtula
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern għamilx jew irċeviex rakkomandazzjoni biex Amery Street f’Tas-Sliema tissemma għal ġurnalista maqtula li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, it-triq li fiha trabbiet u għexet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-Kumitat għat-Tismija ta’ Toroq ma rċieva l-ebda proposta għal tibdil fl-isem tat-triq imsemmija f’Tas-Sliema.
Laqgħa Kunsill Ewropew – Multi Annual Framework 2021-2027 — impatt fuq Malta u l-Unjoni Ewropea
Question
Wara l-Istqarrija Ministerjali li ndirizza l-Prim Ministru, dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew, li sar nhar il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2018, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-impatt li qiegħed jistenna li jitħalla fuq Malta u l-Unjoni Ewropea, hekk kif ir-Renju Unit mhix mistennija li tikkontribwixxi fil-Multi Annual Financial Framework 2021-2027?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Wara t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-UE se titlef wieħed mill-ikbar kontributuri għall-baġit Ewropew. Dan se jkun qed iħalli effett fuq il-Multi-Annual Financial Framework tal-2021-2027, li jrid jiffinanzja aktar prijoritajiet politiċi b’inqas flus. Madanakollu n-negozjati għadhom f’fażi bikrija u għalissa wieħed ma jistax jikkwantifika l-impatt eżatt li se jkun hemm fuq Malta. Il-Gvern se jibqa’ jinsisti li l-fondi li tul dawn l-aħħar snin kienu kruċjali, bħal dawk ta’ Koeżjoni, għandhom jibqgħu jingħataw prijorita’.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu emendi fl-isem tagħhom permezz tal-Formula V provduta f’Artikolu 278A(2) tal-Kodiċi Ċivili mis-sena 2010 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li għamlu emendi f’isimhom mill-2010 sal-lum huwa dan:
2010 – l-ebda applikazzjoni
2011 - l-ebda applikazzjoni
2012 - l-ebda applikazzjoni
2013 - 2877
2014 - 3285
2015 – 3204
2016 - 2639
2017 - 2363
2018 – 2032 – sal-20 ta’ Novembru 2018
Uffiċċju tal-Prim Ministru – newspaper advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2330 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Malta Gaming Authority – kwalifiki akkademiċi ta’ individwu
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, apparti d-diploma fil-food handling li għandu, bħala anti money laundering officer fl-Awtorità dwar il-Logħob?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-persuna msemmija huwa kwalifikat fi Project Management (Prince 2) u għandu wkoll Diploma f’Digital Marketing. Bħalissa huwa wkoll jinsab għaddej bl-istudji tiegħu f’Bachelors of Arts in Criminology mal-Università ta’ Malta. Huwa għandu wkoll aktar minn tliet snin u nofs esperjenza fi ħdan l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob.
Uffiċċju tal-Prim Ministru– billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2285 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant u li għaddew taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2017 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Uffiċċju tal-Prim Ministru –nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu bejn Ġunju 2017 u Mejju 2018 l-informazzjoni mitluba ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2405.
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant u li għaddew taht ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2018 'l hawn qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra
Identity Malta – interess taċ-Chief of Staff – ċittadinanzi taħt l-IIP
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien l-interess tiegħu u taċ-Chief of Staff tiegħu meta Identity Malta irrakkmandat regolarment biex dawk li japplikaw biex jixtru ċ-ċittadinanza taħt l-IIP jużaw is-servizzi tal-bank, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Maltin fl-Awstralja – dritt biex jivvutaw f’elezzjonijiet
Question
Peress li l-Prim Ministru, waqt li kien l-Awstralja f’Marzu/April qal fuq SBS Radio li l-Gvern irid li l-Maltin fl-Awstralja jkollhom ukoll id-dritt tal-vot u li jkunu jistgħu jivvutaw fl-ambaxxata jew bil-posta, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif beħsiebu jwettaq dan u sa meta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-gvern huwa impenjat li jagħti l-opportunità għall-persuni Maltin li jgħixu barra u li għandhom id-dritt tal-vot, li jivvutaw f’ambaxxati f’pajjiżi barranin. F'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – dispożizzjonijiet fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap. 545 li jipprovdi li “ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra”, jista’ l-Prim Ministru jgħid, fid-dawl ta’ dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur? Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Tħassir ta’ sentenzi ta’ kundanni tal-Qorti tal-Maġistrati
Question
In vista tal-artiklu ppubblikat illum ( http://theshiftnews.com/2018/03/08/judgements-on-two-student-lawyers-deleted-from-government-web-site/) fejn qed jiġi żvelat li mill-website tal-Gvern u ċjoè dik li għaliha hija responsabbli l-MITA, ġew imħassra sentenzi ta’ kundanna tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, sentenzi li huma pubbliċi u li għandhom jibqgħu pubbliċi, ta’ żewġ persuni li jinsabu f’kontroversja pubblika, għaldaqstant jista’ l-Prim Ministru jgħid:
a) min ordna tali tħassir;
b) jekk huwa ordnax inkjesta biex isir magħruf min u meta ġiet aċċessata l-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-password mogħtija mill-MITA;
c) jekk huwa jaqbilx li jkun hemm tali tbagħbis u manipulazzjoni tal-website proprjetà tal-Gvern mill-MITA b’impatt evidenti fuq is-sigurtà tal-informazzjoni li l-MITA għandha; u
d) jistax jagħti garanzija li dawn kienu l-uniċi każijiet fejn il-MITA neħħiet, jew awtorizzat it-tneħħija, ta’ sentenzi tal-Qrati tagħna, mill-website tal-Ministeru tal-Ġustizzja minn Marzu 2013 ‘l hawn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?