Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 8238, 8241, 9724, 9723, 11085, 11086, liema mistoqsijiet ili li għamilt sa minn April tas-sena l-oħra u li kull darba li poġġejt il-mistoqsija mill-ġdid kelli risposta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar? Tenut kont tal-importanza tal-mard tal-kanċer fostna, taħsibx li l-informazzjoni mitluba hija ta' importanza massima?
Response (CASSAR, JOSEPH)
In-numru ta’ każijiet ta’ mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta’ l-Imwiet matul is-snin 1992-2008 li kienu kawża ta’ kanċer fil-lokalitajiet ta’ interess hija kif tidher fit-tabelli li qegħdin jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Direttorat dwar l-immoniterjar tal-policy dwar mediċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid id-direttorat dwar l-immoniterjar dwar policy dwar mediċini, kemm ilu ma jiltaqa' biex jiddeċiedi dwar:
a) l-introduzzjoni ta' mediċini ġodda fil-formularju; u
b) l-introduzzjoni ta' mard kroniku ieħor fl-iskeda V?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Id-Direttorat għal-Politika u l-Moniteraġġ għall-Mediċini ilu mit-twaqqif tiegħu jaħdem kontinwament biex isiru rapporti tekniċi meħtieġa (magħrufa bħala Health Technology Assessments), sabiex jiġu studjati l-introduzzjonijiet ta’ mediċini ġodda fuq il-Formularju tal-Gvern. Kif stipulat fil-liġi, dawn l-introduzzjonijiet iridu jiġu diskussi fil-Kumitat Konsultattiv dwar Lista Formularja tal-Gvern li twaqqaf f’Jannar li għadda, u li s’issa diġà iltaqa ħames darbiet u diġà ġew introdotti diversi mediċinali ġodda fuq il-formularju tal-gvern. L-aħħar darba li ltaqa’ dan il-Kumitat kien propju fil-11 ta’ Mejju 2010.
Id-Direttorat għall-Politika u l-Moniteraġġ għall-Mediċini mexxa ukoll studju ħolistiku li sar fuq ir-riforma ta’ l-Iskeda V u għamel rakkmandazzjonijiet u proposti fuq numru konsiderevoli ta’ mard kroniku ieħor biex dawn jiġu inklużi fir-riforma ta’ din l-Iskeda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il resident fir-Residenza San Vinċenz de Paule hu diagnosed b'dimentia? Kemm minnhom qed jingħataw kura medika għal din il-kundizzjoni? Tlestew rakkmandazzjonijiet ta' policy dwar din il-kundizzjoni? Jekk minħabba nuqqas ta' finanzi qed ikollhom jiirrinunzjaw għal din il-kura, hemm il-ħsieb li d-dementia tiġi inkluiża fl-Iskeda V? Jaf il-Ministru li l-gvern ta' Malta, il-Bulgarija u l-Latvja biss fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni ewropea ma jiffinanzjawx din il-kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata u jekk dawn l-oqbra humiex użati kollha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata hemm 15,538 qabar. Huwa diffiċli tghid kemm oqbra qed jintużaw peress li l-użu huwa relatat mal-mewt. Ghalkemm l-oqbra pubblici jintuzaw b’mod regolari hemm bosta oqbra privati li ilhom snin twal minn meta ntużaw l-aħħar.
Jista' l-Ministru jikkonsidra validi dawk l-applikanti li diġà kellhom karta bi prezz iffissat fuq xiri ta' oqbra u ma jaqgħux taħt il-prezz il-ġdid li ġie mħabbar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prezz finali fuq xiri ta’ oqbra jkun iffissat wara li jiġu stmati l-ispejjeż kollha involuti speċjalment l-evalwazzjoni ta’ l-art inkwistjoni. Ninforma li l-gvern se jikkonsidra kull possibilità, imma bħalma ġara f‘każi simili, wara tali evalwazzjoni l-prezz finali jiġi maħruġ fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew isiru l-kuntratti relattivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16309 u jgħid x’inhu l-istaff preżenti fid-dar tal-anzjani tal-Mellieħa u f’liema grad huma? X’tip ta’ kuntratti ta’ xogħol għandhom? X’inhuma r-rati tal-istaff mar-residenti matul il-ġurnata u x’inhu l-istess ratio mal-lejl? Dawn ir-ratios jirrispettaw il-guidelines meħtieġa għal din it-tip ta’ kura ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tal-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16304 u jgħid kemm hemm sodod u kmamar vojta bħalissa fid-dar tal-Anzjani tal-Mellieħa u jekk hemm, għaliex qed jinżammu battala?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-preżent fid-dar tal-Anzjani tal-Mellieħa hemm 24 sodda vojta. Dawn bħalissa huma proprjetà tal-kuntrattur privat. Hemm il-ħsieb li jsir ftehim mal-kuntrattur biex dawn l-24 sodda jinkrew lill-Gvern. Fl-istess waqt qed nidentifikaw caring staff meħtieġ biex inkunu nistgħu nipprovdu dan is-servizz addizzjonali.
Dar tal-Anzjani fil-Mellieħa — struttura amministrattiva
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16307 u jgħid kif inhi l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa? Min qed imexxi u x’jiġri meta l-persuna li qed tmexxi jkollha tassenta ruħha mix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-istruttura amministrattiva tad-dar tal-Anzjani fil-Mellieħa hija maqsuma bejn il-Gvern u l-privat.
Min-naħa tal-Gvern hemm
Care Manager
li tieħu ħsieb l-aspett ta’ kura tar-residenti u fl-assenza tagħha tieħu over is-
Senior Nurse
li tkun xogħol dakinhar.
Min-naħa tal-privat, hemm
Facilities Manager
li huwa impjegat tal-CareMalta u jieħu ħsieb il-F
acilities Management
u fl-assenza tiegħu tieħu
over
il-
Facility Coordinator.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni li bdew l-impjieg tagħhom
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew bl-impjieg/xogħol tagħhom fil-Ministeru u/jew fid-dipartimenti li jaqgħu fid-dekasteru li jaqa' taħtu, matul dawn l-ewwel erba' xhur tas-sena? X'kariga u/jew xogħol għandhom? X'salary scale għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15783, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li temmew il-kors ta' Medical Doctor f'Malta u li fil-fatt ingġataw scholarship barra minn Malta matul l-1998 sal-lum kull sena? F'liema oqsma tas-saħħa ngħataw dawn l-scholarship
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi dawk it-tobba li ngħataw scholarship f’forma ta’ paid study leave ta’ aktar minn sitt xhur jew li tħallsilhom xi course speċifiku.
kundizzjoni Beta Thalassemia Minor — servizzi mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16934 u jgħid x'servizzi joffri l-gvern fil-preżent lill-persuni li jbatu mill-kundizzjoni Beta Thalassemia Minor? Hemm il-ħsieb li dawn is-servizzi jiżdiedu? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-Thalasaemia Minor hija kundizzjoni asimptomatika li ma teħtiegx mediċinali partikolari. Għalkemm it-Thalasaemia Minor ma tagħmilx parti mill-lista ta’ kundizzjonijiet kroniċi stipulati taħt l-iskeda V, qed jiġu diskussi proposti sabiex il-Beta Thalassaemia Major tiġi nkluża fir-riforma ta’ din l-Iskeda.
Il-Beta Thalasaemia Minor tolqot bejn wieħed u tnejn fil-mija tal-popolazzjoni. Il-Gvern, flimkien mal-Università ta’ Malta, joffri servizz ta’ dijanjożi u Genetic Counselling permezz ta’ eżami tad-demm li jsiru fit-Thalassaemia Clinic fl-Isptar Mater Dei u laboratorji specjalizzati fl-Università. Dan l-aħħar is-servizz tal-iscreening għat-Thalasaemia issaħħaħ permezz tal-ingaġġ ta’ konsulent kliniku fil-qasam tal-ħematoloġija b’interess partikolari f’dawn il-kundizzjonijiet (haemoglobinopathies).
Waħedha il-Beta Thalassaemia Minor rari tagħmel ħsara fis-saħħa u ma jkunx hemm bżonn li persuna b’din il-kundizzjoni tingħata kura fl-isptar. Is-servizzi li jipprovdi l-Gvern ser ikomplu jitjiebu flimkien mal-iżvilupp tas-servizzi tal-Ġenetika li bħalissa qegħdin jiġu diskussi mal-Università.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16108 u jgħid x’passi konkreti ttieħdu bejn Jannar u Marzu 2010 biex jitjieb is-servizz taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) billi jitrangaw l-ispazji ta’ parkeġġjar għall-użu minn familji li jużaw is-servizz tas-CDAU; jinxtara iżjed apparat għall-użu tat-tfal; ikun hemm privatezza meta jsiru sessjonijiet fil-fiżjoterapija; isiru rapporti iżjed regolari dwar il-progress tat-tfal; isiru sessjonijiet ta’ fiżjoterapija fl-iskejjel biex it-tfal ma jitilfux l-iskola; u li jerġgħu jsiru sessjonijiet nhar ta’ Sibt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 16108 ingħatat fis-Seduta Nru 213 tat-3 ta’ Mejju 2010.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Head office
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jintuża bħala head office ta' kull korporazzjoni u awtorità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Kif ġie akkwistat il-post u x'jitħallas għall-użu tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol topera minn 17, Triq Edgar Ferro Pietà. Il-post inxtara għas-somma ta’ €815,280 mingħand il-Maria Bugeja Cancer Foundation, li minn naħa tagħha ntrabtet li tagħti lura lill-Gvern is-somma ta’ €349,406 f’għoti ta’ apparat għall-kura tal-kanċer jew biex ikunu jistgħu isiru proġetti relatati mill-Gvern. Ta' min isemmi li sar użu minn fondi tal-Unjoni Ewropeja għall-irranġar u mmodernizzar ta’ dawn l-uffiċċji, waqt li jitħallas ċens ta’ €27.95 fis-sena.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15808, jista' l-Ministru jara li wara l-aħħar ċertifikat tal-persuna li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, id-dipartiment jerġa' jirrevedi l-każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Bord tas-servizz tal-Home Help reġa’ ikkunsidra dan il-każ nhar il-Ħamis 13 ta’ Mejju 2010. Il-Bord hu tal-opinjoni li l-kundizzjoni medika imsemmija xorta waħda ma timpedix lil din il-persuna milli tagħmel xogħol domestiku ħafif fid-dar. Il-Bord innota ukoll li din il-persuna qed tistenna xi riżultati mediċi. Għaldaqstant dan il-każ se jerġa’ jiġi revedut meta l-bord ikollu għad-dispozizzjoni tiegħu dawn ir-riżultati.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ għall-operazzjoni tal-irkoppa tal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatmaent? Fiex wasal il-każ peress li ilu ħafna żmien jistenna u minħabba t-tbatija li għaddej minnha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li każi għall-operazzjoni tal-irkoppa jitmexxew skond l-urġenza tal-każ. Jekk il-kundizzjoni tal-imsemmi pazjent iggravat, dan għandu jirrikorri għand il-konsulent Ortopediku tiegħu, fejn il-konsulent jerġa' jevalwa l-każ u l-urġenza tal-operazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-VAC therapy li kien jingħata fl-Isptar Mater Dei hux se jkompli jingħata lill-pazjenti li jeħtieġuh? Jista' jgħid min kien qed jieħu l-ħlas għal din it-terapija li kienet qed tingħata lil xi pazjenti, jekk hux il-gvern jew xi ħadd privat? Jekk kien il-privat, min kien? Jekk kien il-privat, kienx qed jieħu l-ħlas bl-approvazzjoni tad-Dipartiment/Ministeru tas-Saħħa? Jekk ma kienx bl-approvazzjoni tad-Dipartiment/Ministeru, jista' jgħid jekk hux qed issir inkjesta? Jekk qed issir inkjesta, x'kien ir-riżultat tagħha? Jekk mhix qed isir inkjesta, jista' jgħid jekk hux se ssir waħda? Jekk il-ħlas ma kienx bl-approvazzjoni, se jingħata refund lura lill-pazjenti li kellhom jużawh?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei kien qed joffri s-sistema ta’ kura tan-Negative Pressure Treatment b’xejn lil numru ristrett ħafna ta’ pazjenti. Ix-xiri tal-materjal sabiex jiġu kkurati dawn il-pazjenti kien sar permezz ta’ direct order. Minħabba li l-indikazzjonijiet klinici li għalihom setgħu jintużaw dawn is-sistemi ta’ kura ġew estiżi, kiber sostanzjalment in-numru ta’ pazjenti li setgħu jingħataw din il-kura. Għaldaqstant l-Isptar Mater Dei kellu jwaqqaf dan is-servizz sakemm jinxtraw il-materjali meħtieġa permezz ta’ tenders pubbliċi. Il-process tat-tenders wasal fi stadju avvanzat. Is-servizz ikompli jingħata b’xejn lil dawk intitolati meta jaslu l-materjali meħtieġa.
Bħalissa, xi pazjenti qed jagħżlu li jixtru din it-terapija mingħand l-agenti privatament u din tiġi amministrata fl-Isptar Mater Dei. Din hija tranżazzjoni privata bejn il-pazjent u kumpanija privata u għalhekk ma tidħolx l-approvazzjoni tad-Dipartiment jew Ministeru tas-Saħħa.
Id-Dipartiment talab li ssir inkjesta sabiex jiġu investigati b’aktar dettal l-allegazzjonijiet li saru f’wieħed mill-ġurnali lokali reċentement.
Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji tal-Awdituri
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji tal-awdituri li jagħmlu xogħol lill-korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew magħżula u kif saret is-sejħa? X'inhu l-pakkett finanzjarju li ngħatat kull kumpanija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, huwa Dr. Anthony J. Cassar. L-Awditur ġie mqabbad f’Settembru 2003 permezz ta’ arrangament li kien sar mal-Ministeru tal-Politika Soċjali, li dak iż-żmien kien il-Ministeru responsabbli għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-Xogħol fejn jitħallas mill-awtorità s-somma ta’ €1,097.40 fis-sena.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — lista ta' konsulenti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2009? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ? Kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti li magħhom sar kuntratt u użu mis-servizz taghħom mill-enti kollha li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Politikà Soċjali matul is-sena 2009.
persuni li siefru barra minn Malta minħabba kura għal cancer
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm siefru pazjenti Maltin barra minn Malta kull sena fl-aħħar ħames snin biex jieħdu kura minħabba l-cancer? Għal liema tip ta' cancer? Fejn marru? Jeżisti l-ħsieb li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar ikun hemm kura li tiġi mogħtija Malta biex b'hekk inqas Maltin ikollhom il-ħtieġa li jsiefru barra? Jekk iva, f'liema tip ta' kura?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill- 2005 sal-2009, 247 pazjenti tal-kanċer minn Malti ssiefru barra minn Malta għal kura. Sena b’sena in-numru ta’ każijiet huma kif indikat fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta’ kazijiet
2005
46
2006
53
2007
55
2008
50
2009
43
Total
247
Pazjent jistgħa jkun mgħaddud iżjed minn darba fl-istatistika li qed tiġi kkwotata. Dan għaliex l-istess pazjent jistgħa jkollu jsiefer għal numru ta’ drabi skond il-kura li jkollu bżonn.
L-izjed tipi ta’ kanċer komuni li għalihom kellhom isiefru l-izjed drabi l-pazjenti kienu il-
multiple myeloma
(33), il-
lymphoma
(28) u għal tumuri fil-moħħ (17). Dawn il-pazjenti kollha ntbagħtu fi sptarijiet ġewwa l-Ingilterra.
Il-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer jinkludi numru ta’ proposti sabiex it-tipi ta’ kura tal-kanċer li tista tingħata hawn Malta tiżdied. Il-pjanijiet jinkludu żieda kemm fil-kura kirurġika, kif ukoll dik li tingħata permezz tal-
radiotherapy
u tal-
chemotherapy
.