Legislature:
Category:
Reset
Active:

Onorarja tal-Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jispjega fid-dettall x'kien il-famuż żball amministrattiv li wassal biex il-Ministru u s-Segretarji Parlamentari jieħdu l-onorarja ta' MP li kienet teċċedi l-onorarja li kienu qed jieħdu l-MPs li m'humiex Ministru jew Segretarji Parlamentari?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26992.

MFSA — PATF No.2 - investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandha l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji dwar kemm kien hemm persuni b'kollox lokalment li nvestew fil-PATF No.2 mibjugħa mill-Global Capital peress li s'issa skont tagħrif li tani fil-mistoqsija parlamentari 26671 kien hemm 41 li lmentaw uffiċjalment?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità Maltija dwar Servizzi Finanzjarji stabbiliet mill-verifiki tagħha li bejn l-2004 u l-2009 kienu twettqu 2291 transazzjoni (deals) fit-PATF 2. Peress li l-investiment seta’ jiġi denominat fi tlett muniti barranin (Sterlina Ingliża, Euro u Dollaru Amerikan), jista’ jagħti l-każ li kien hemm xi investituri li investew f’aktar minn fond wieħed b’munita differenti. Dan ifisser li mhux neċessarjament kien hemm l-istess ammont ta’ investituri daqs kemm kien hemm transazzjonijiet.

MFSA — PATF No.2 - linji gwida

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hiex konxja u tikkunsidrax li ssegwi fuq il-linja tad-deċiżjoni tal-UK Financial Ombudsman, li l-website qed tingħata separatament, li ddeċieda li min tilef flusu wara pariri ħżiena dwar investiment fil-PATF No.2 għandu jingħata kumpens xieraq?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji hija konxja mid-deċiżjoni riferuta mill-Onor. Interpellant.

Enemalta — kumpens lill-persuna - danni minħabba surges qawwija tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-tweġiba tal-Korporazzjoni Enemalta għat-talba li għamel l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li f'Ġunju 2009 sofriet ħsarat li jiswew €7000 minħabba surges qawwija ta' dawl wara li s-servizz tad-dawl kien mar darbtejn? Il-Korporazzjoni Enemalta meta wieġbet lil din il-persuna? Kemm-il darba kkorrispondiet ma' din il-persuna u fejn waslet fil-kunsiderazzjoni tagħha biex tagħti kumpens lil din il-persuna għall-ħsarat li kkaġunat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26997.

Enemalta — surges qawwija ta' dawl - ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Korporazzjoni Enemalta wara li l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li f'Ġunju 2009 sofra ħsarat ta' €7000 wara surges qawwija tal-elettriku u l-Ombudsman (każ J0404) irrikmanda l-Korporazzjoni Enemalta tibda tirrispetta Direttiva UE 2009/72/EC u saħħaħ il-mekkaniżmu kif tindirizza kwistjonijiet bħal dawn bla ma jkun hemm bżonn li l-partijiet jidħlu fil-Qorti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi wara diskussjoini mal-uffiċċju tal-Ombudsman u l-MRA, il-korporazzjoni appuntat Advisory Board magħmul minn tlett persuni. Il-funzjoni ta’ dan l-Advisory Board u li jeżamina kull appell li jirċievi u wara jieħu deċizjoni jekk l-Enemalta għandiex tikkumpensa il-konsumatur tal-ħsara li jkun ġarab. Id-deċiżżjoni ta’ dan l-‘Advisory Board’ tkun waħda indipendenti għall-kollox minn dik li tkun ħadet l-Enemalta. Il-każ tal-klient imsemmija minn l-Onorevoli Interpellant qiegħed quddiem dan l-Advisory Board.

Qawra — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fil-Qawra koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-figuri tal-Liċenzji huma miġburin skont il-lokalità. Għaldaqstant il-figuri ta’ San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u x-Xemxija huma kkunsidrati bħala lokalità waħda. (Dawn jeskludu bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA). Liċenzi maħruġa mill-Pulizija: 230 Liċenzi maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ: 215 Total: 445 Għat-tieni parti tad-domanda nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Buġibba — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'Buġibba koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum f'San Pawl il-Baħar koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

Xemxija — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fix-Xemxija koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27089.

Imġarr — stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali llum fl-Imġarr koperti mil-liċenzja/permessi tal-pulizija? Kemm minnhom huma bars u/jew restaurants?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ liċenzji fl-Imġarr huwa kif ġej: Liċenzji maħruġa mill-Pulizija 32 Liċenzji maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ 19 Total 51 Dan it-total jeskludi bars u restaurants li huma liċenzjati mill-MTA. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-aħħar parti tad-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

KSI — sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ f'kull waħda mill-lokalitajiet tas 7, 11 u 12-il distrett elettorali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Policies u programmi ta' żvilupp

Question

Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u Artijiet flimkien mal-Bord tal-koperattivi qiegħed fil-proċess li jfassal programm ta’ żvilupp sostenibbli permezz tal-mudell koperattiv sabiex jgħin komunitajiet vulnerabbli fis-soċjetà. Il-Malta Enterprise tamministra numru ta’ skemi li jistgħu jgħinu kumpaniji jsiru aktar sostenibbli. Dawn l-iskemi huma l-ERDF Energy Grant Scheme, il-Microinvest, u l-Interest Rate Subsidies għall-lukandi. Barra minn hekk il-proġetti tal-Corporate Village Malta u l-Life Sciences Park ukoll huma iddisinjati biex ikunu sostenibbli. L-Enemalta implimentat l-Environmental Management System (EMS) fid-diviżjoni tal-elettriku. Id-dokumenti li jiddiskrivu l- policy tal-ambjent u l-programm ta’ kif ser jiġi mtejjeb l-ambjent qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dħul ta' prodotti agrikoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex jidħlu prodotti agrikoli fil-pajjiż minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea? Kif din l-importazzjoni affettwat il-produzzjoni lokali u x’inhi l-politika tal-gvern dwar dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi nikkonferma li prodotti agrikoli minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea u minn pajjizi barra mill-Unjoni Ewropea qed jiġu importati f’Malta. Għar-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabli mill-Agrikoltura.

Enemalta — promozzjonijiet lill-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew promoted ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta għall-grad ta' coordinators? Xi grad kienu fih qabel il-promozzjoni u xi grad spiċċaw issa fih wara li ħadu l-promozzjoni? Allura x'salarju kienu qed jieħdu qabel il-promozzjonijiet u issa x'salarju għandhom? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati ma' din il-kumpanija? Fuq liema ġustifikazzjoni ħadu l-promozzjonijiet u kemm hemm minnhom dawk li saru coordinators li qed jaħdmu bit-teleworking scheme?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ ħaddiema li ġew promossi għall-grad ta’ coordinator huwa ta’ sebgħa (7) kif jidher fl-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qtugħ tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm familji li nqatgħalhom id-dawl f'dawn l-aħħar xahrejn għax ma ħallsux id-dawl u ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26878.

Kumpaniji/Lukandi/Fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux il-kontijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26877.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — xogħlijiet fuq main

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuna li jkollha l-main tal-ilma mhux imwaħħal mal-arloġġ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u li ma jkunx twaħħal wara li jkun sar xogħol fuq il-main, fit-triq jew fil-bankina, fil-fatt għandux iħallas tal-arloġġ ukoll, minkejja li ma jkollux servizz ta' ilma fil-vit?

Response (FENECH, TONIO)

Nifhem li l-Onorevoli Interpellant, qed jirreferi għal każ partikolari u għaldaqstant risposta speċifika ma tistax tingħata jekk ma jkollniex aktar dettalji. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi dawn id-dettalji sabiex il-każ ikun jista’ jiġi investigat aħjar.

San Pawl il-Baħar — Klawsura tal-Kortin - estensjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni preżenti tas-sidien ta` appartamenti u proprjetajiet oħra li huma mibnija fis-sit magħruf bħala 'Klawsura tal-Kortin', San Pawl il-Baħar fejn estensjoni ta` art ta` oltre ħamest elef metru kwadru ġiet reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet f'isem il-Gvern ta` Malta b'titolu liberu u frank fl-2008, b'riżultat li din l-art li fuqha huma mibnija bosta units residenzjali effettivament illum tappartjeni lill-Gvern? Jista' jgħid jekk ġewx infurmati s-sidien ta` dawn l-proprjetajiet dwar din is-sitwazzjoni u dwar l-effetti tagħha fuq il-proprjetà tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-gvern qiegħed fil-proċess finali illi jivvaluta l-options illi jista’ jieħu fl-ambitu ta’ l-Att Dwar it-Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 268 tal-Liġijiet ta’ Malta), sabiex isolvi sitwazzjoni fejn il-Klawsura tal-Qortin, f’San Pawl il-Baħar ġiet mgħoddija lill-Gvern ta’ Malta mill-Enti Ekklezjastika kkonċernata bħala libera u franka, iżda fil-fatt instabet illi, kif intqal sew fil-mistoqsija parlamentari, hija kollha mibnija. Għat-tieni parti tad-domanda, ninforma lill-Onor. Interpellant li għalissa is-sidien għadhom ma ġewx avviċinati individwalment peress li soluzjoni vijabli u li ma’ tippreġudikax il-pozizzjoni tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern għada, sal-lum, ma ġietx formulata.

Enemalta — xiri ta' żejt

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26590, jikkonferma l-Ministru li l-Enemalta sal-lum m'għamlet l-ebda arranġament fuq ix-xiri ta' żejt u għalhekk it-tariffi jistgħu jogħlew mal-andament ta' suq internazzjonali? Jekk dan huwa l-każ, ma jaħsibx li dan joħloq instabbilità speċjalment fost l-operaturi ekonomiċi li ma jkunux jistgħu jippjanaw l-ispejjeż tagħhom? Għandu xi pjan il-gvern għal din is-sitwazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26880.

MFSA — LA Valette Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi lista ta’ membri tal-istaff u ta’ qraba, ġenituri, tfal jew aħwa jew nies oħra li jgħixu fl-istess household tagħhom, liema staff kienu jaħdmu fil-BOV, Valletta Fund Management Ltd u Valletta Fund Services Ltd matul l-2008 u li fdew l-investiment tagħhom fil-La Valette Multi Manager Property Fund? Jekk il-Ministru jsib oġġezzjoni li jidentifika l-istess individwi, jistax jagħti l-istess informazzjoni forma ta’ statistika? Jista’ jikkonferma li ftit ġimgħat wara l-ewwel allegazzjonijiet li saru f’dan ir-rigward, l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji diġà kienet sabet evidenza prima facie ta’ dan it-tip wara eżerċizzju ta’ intelligene gathering li kienet għamlet? X’irriżulta s’issa fir-rigward tal-investigazzjoni tal-fidi ta’ dan l-investiment mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kif joħroġ ċar minn dokumenti pubbliċi? Jista' jikkonferma li fl-ewwel xhur tal-2008 saret kampanja low-key fost il-Financial Planning Officers tal-BOV li fid-dawl tal-aħbarijiet ħżiena li kienu qed jirċievu dwar il-Belgravia kellhom jikkuntattjaw lill-klijenti li kienu jqisu preferenzjali, inklużi dawk b’holdings kbar, biex jgħidulhom ibiegħu jew inaqqsu kollox?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru m’għandux l-informazzjoni mitluba, u fi kwalunkwe każ jidher illi ħafna mill-informazzjoni mitluba tinsab protetta bil-liġijiet ta’ kunfidentjalità u data protection skont liġijiet mgħoddija minn dan l-istess Parlament. Dak li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa jekk fil-każ tal-La Valette Multi Manager Property Fund kienx hemm “insider information.” Kif ħabbret l-awtorità investigazzjoni qed issir f’dan ir-rigward.