Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li student li jkun għadda mill-eżami tal-mużika fi grad 6 tat-Trinity College of Music, Londra, ekwivalenti għal-livell 4 skont il-Malta Council for Qualifications, dan ma jistax jippreżentah bħala suġġett normali fil-livell ta' edukazzjoni ordinarja għad-dħul fis-Sixth Form, l-Università ta' Malta jew xi istituzzjoni edukattiva oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hemm xejn li jżomm student milli jippreżenta ċertifikat li jkun għadda mill-eżami tal-mużika fi grad 6 tat-Trinity College of Music, Londra. Madankollu, kull istituzzjoni edukattiva ta’ livell ogħla għandha d-dritt li tistabbilixxi l-eliġibilità tal-kwalifiki li student għandu jippreżenta għal dħul tal-korsijiet tagħha.
L-eżami tal-mużika fi grad 6 teorija u grad 6 prattika tat-
Trinity College of Music
, Londra, jiġi aċċettat għad-dħul fil-Junior College bħala wieħed mis-suġġetti fil-livell ta’ edukazzjoni ordinarja.
Tista' l-Ministru tara kif l-applikazzjoni li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma ġiet approvata sabiex din il-familja tingħata flat f'Taċ- Ċawla Għawdex u dan meta familji oħra li kellhom punti anqas minn din il-familja diġà ngħataw flat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni indikati applikaw għall-akkommodazzjoni soċjali f’Settembru, 2007 mir-residenza tal-ġenituri tal-mara fejn jgħixu. Id-dar tikkonsisti f'żewġ sulari b'disat ikmamar kbar abitabbli allura ma jidhirx li hemm problema ta’ overcrowding. Din id-dar ġiet konvertita f’żewg flatlets – dan ifisser li dawn l-applikanti għandhom għall-użu tagħhom kċina, WC u tlett ikmamar tas-sodda fl-ewwel sular waqt li fil-pjan terren hemm żewġt ikmamar tas-sodda, kamra tal-l-ikel, kċina, store tal-kċina, u entrata mdaqqsa.
persuni li qed iservu ta' konsulenti fil-Ministeru
Question
Tista' l-Ministru tagħti l-ismijiet tal-persuni naturali u/jew legali li qed iservu ta' konsulenti għall-Ministeru tagħha fil-qasam tal-isport? Kemm hu l-ħlas tagħhom f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuni li qed iservu ta’ konsulenti għall-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja fil-qasam tal-iSports huma dawn:
Anthony Formosa €1,300 fix-xahar inkluż il-VAT
Philip Psaila €2,261 fix-xahar inkluż il-VAT
Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi nvestigat il-każ fejn fl-evening course tal-accounts 'A' Level kien hemm għalliema li m'attendietx għal bosta lezzjonijiet u allura l-istudenti tilfu ħafna mill-kors u meta l-istudenti marru d-Dipartiment tal-Edukazzjoni biex jirrapportaw dak li ġara, sabu li l-attendance sheet tagħhom kien immarkat li attendew għal lezzjonijiet li lanqas biss kienu saru? Jekk ġie investigat il-każ, tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Malli l-istudenti ġibdu l-attenzjoni tad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja dwar l-assenza ta’ l-għalliema tal-Accounts ‘A’ Level ittieħdu dawn il-passi:
(a) il-Kordinatur taċ-Ċentru tal-Blata l-Bajda ingħata struzzjonijiet biex jissorvelja mill-qrib l-attendenza jew in-nuqqas tal-attendenza tal-għalliema.
(b) Saru sforzi biex jinstab għalliem ieħor imma ma nstabx.
(c) Saret laqgħa mal-istudenti nvoluti fejn ġie aċċertat li l-firem ta’ l-
attendance sheet
huwiex tagħhom jew le. L-istudenti kkonfermaw li ħafna mill-firem li saru matul ix-xahar ta’ Marzu ma kienux tagħhom.
(d) L-għalliema intalbet tirritorna ċ-ċekk ta’ ħlas li rċeviet għall-lezzjonijiet li suppost saru matul ix-xahar ta’ Marzu. L-għalliema ħallset lura l-pagament li sar lilha permezz ta’ ċekk personali.
(e) Meta l-għalliema ppreżentat il-karta għal ħlas ta’ lezzjonijiet li suppost saru matul il-xahar t’April, il-Kordinatur irrifjuta li jaċċetta din il-formola fuq struzzjonijiet tad-Direttur. Dan minħabba li d-Direttorat kien infurmat mill-istess studenti li l-għalliema ma għamlet ebda lezzjoni matul ix-xahar t’April.
(f) L-għalliema qegħda tiġi ‘
black listed
’ milli fil-futur tkompli tati lezzjonijiet lill-adulti.
Minħabba l-iskomdu li għaddew minnu l-istudenti meta fl-aħħar xahrejn tal-kors qabel l-eżami sfaw bla lezzjoniiet, u minħabba li bis-saħħa tagħhom twaqqaf abbuż, id-Direttorat offra lil dawn l-istudenti li bħala kumpens, huma jistgħu jattendu kors ieħor għall-adulti mingħajr ħlas matul is-sena d-dieħla.
Tista' l-Ministru tara l-każ tal-anzjan, li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li se jispiċċaw jeħdulu mill-pensjoni flus biex iħallas arretrati u dan l-anzjan se jispiċċa ma jibqagħlu xejn għalih personali? Dan l-anzjan irid iħallas ukoll €13,67 fix-xahar u din se jkollha tħallashom it-tifla. Peress li dan la għandu flus il-bank u lanqas għandu pensjoni oħra, tista' l-Ministru tara x'jista' jsir dwar dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna oħra nkarigata mill-anzjan biex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — allowance supplimentari
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali qiegħed jinforma lil għadd ta' benefiċjarji li ilhom is-snin jibbenefikaw mill-allowance supplimentari li issa' m'għadhomx intitolati għal din l-għajnuna, meta ċ-ċirkostanzi tagħhom, ma nbidlux? Kemm kien hemm minn dawn il-benefiċjarji li ġew infurmati li m'għadhomx intitolati għaliex mhumiex il-kap tal-familja mill-ewwel tas-sena li 'l hawn? Kemm huwa l-ammont ta' flus li d-dipartiment se jiffranka minn din il-miżura li qed jieħu? Kemm huwa l-ammont tal-allowance supplimentari li jingħata lill-benefiċċjarju jew individwali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa d-Dipartiment għaddej bil-proċess ta’ reviews li ssir ta’ kull sena tal-każijiet li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari sabiex jiġu stabbiliti r-rati l-ġodda li jidħlu fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju li ġej u li huma bbażati fuq il-mezzi tal-benefiċċjarji.
F’dan il-proċess ma inbidel xejn ħlief li ġew miżjuda t-
thresholds
massimi wżati fir-
reviews
annwali biex b’hekk dawn il-benefiċċjarji ma jitilfux mid-dritt tagħhom għal din l-
allowance
minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja fid-dħul tal-benefiċċjarji.
Waqt li kien għaddej il-proċess inġibdet l-attenzjoni li setgħu kienu qegħdin joħorġu ittri skorretti u għalhekk id-Dipartiment waqqaf il-ħruġ ta’ dawn l-ittri minnufih. Id-Dipartiment qed jirrevedi l-każijiet kollha biex il-proċess ikun jista’ jitkompla b’mod korrett.
Tajjeb jiġi enfasizzat illi l-ebda benefiċċjarju li fil-preżent qiegħed jirċievi l-Għajnuna Supplimentari ma twaqqaflu l-pagament ta’ din l-
allowance
u dan minħabba li l-proċess imsemmi kif diġà ingħad huwa dwar ir-rati l-ġodda ta’ din l-
allowance
u li għad iridu jidħlu fis-seħħ b’effett mit-tlieta ta’ Lulju li ġej.
Inżid ukoll li d-Dipartiment għandu jibgħat ittra li biha jinforma lil dawk il-benefiċċjarji kollha li rċievew deċiżjoni żbaljata sabiex jinfurmahom bid-deċiżjoni korretta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15929, tista' l-Ministru tgħid f'liema oqsma industrijali hu ppjanat li jingħata servizz ta' childcare fix-xhur u fis-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Huwa ppjanat li fix-xhur u fis-snin li ġejjin se jingħata servizz ta’ childcare privat fil-Qasam Industrijali ta’ Bulebel, f’proprjetà tal-Malta Industrial Parks.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-ewwel quarter ta' din is-sena, kemm-il persuna twaqqfitilha l-għajnuna supplimentari għax ma baqgħetx ikkunsidrata bħala l-kap tal-familja? Kemm irriżultaw li nżammitilhom l-għajnuna supplimentari għall-istess raġuni matul l-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta persuna titqies li mhix jew m’għadhiex il-Kap tal-Familja din tista’ titlef id-dritt għall- assistenza soċjali nkluż l-Għajnuna Supplimentari. Dan normalment jiġri meta jkun hemm evidenza jew permezz ta’ dikjarazzjoni tal-benefiċċjarju stess jew b’riżultat ta’ investigazzjoni li tkun saret jew mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew mid-Direttorat kontra l-frodi u l-abbuzi fi ħdan il-Ministeru.
Meta persuna tkun infurmata li twaqqfitilha l-Għajnuna, din ikollha żmien tletin jum biex tappella kontra din id-deċiżjoni.
Skont l-istatistika tad-Dipartiment, in-numru ta’ persuni li twaqqfitilhom din l-Għajnuna minħabba li ma baqgħux jitqiesu bħala kap tal-familja matul l-2009 kien ta’ 9, filwaqt li matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena ma twaqqfet l-ebda Għajnuna Supplimentari għall-istess raġuni.
Tajjeb ukoll li nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 16948 dwar il-proċess li bħalissa għaddej fid-Dipartiment u
li jsir ta’ kull sena tal-każijiet li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari sabiex jiġu stabbiliti r-rati l-ġodda li jidħlu fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju li ġej u li huma bbażati fuq il-mezzi tal-benefiċċjarji.
Mosta — Youth Empowerment Centre - ħaddiema full-time u voluntiera
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 12552 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm kellu ħaddiema full-time u kemm kellu voluntiera jaħdmu miegħu il-Youth Empowerment Centre tal-Mosta ? Tista' tgħid kemm kienu jattendu żgħażagħ f'dan iċ-ċentru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Prim Ministru.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3718, tista' l-Ministru tgħid meta mistenni jibda x-xogħol u fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett jinvolvi xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni fil-partijiet komuni ta’ Kwartieri San Nikola u l-Kumpless ta’ Verdala f’Bormla li ser jiġu ko-finanzjati mill-Fondi Reġjonali Ewropej. Il-partijiet komuni jinkludu kuriduri, turġien, il-faċċata, il-bejt, id-dawra tal-blokk u partijiet oħra fejn huma għall-użu komuni tar-residenti kollha. Il-proġett ser jinvolvi wkoll miżuri li jiffrankaw l-enerġija. Id-disinn qed jiġi preparat u x-xogħlijiet huma maħsuba li jibdew bejn Settembru u Ottubru 2010 dejjem jekk ma jkunx hemm dewmien fuq il-permessi.
Minsiteru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — ħaddiema mal-private staff
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħaġa li tista' żżomm milli jsir rikonoxximent bħala inkwilini ta' koppja miżżewġa li għal aktar minn 20 sena għexu mal-ġenituri li huma s-sidien rikonoxxuti u li issa mietu? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx mod kif jista' jsir rikonoxximent bil-kunsens tal-istess anzjani anke jekk dawn għadhom ħajjin, għall-istess każijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita' tad-Djar tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarji meta jkollha talbiet minn persuni li jgħixu ma’ inkwilini sabiex jiġu rikonoxxuti minflok l-inkwilini meta dawn jiġu nieqsa. Jekk l-Awtorità tad-Djar jkollha l-provi suffiċjenti li dawn ikunu għexu għal numru ta’ snin qabel il-mewt tal-inkwilini allura l-Awtorità tad-Djar taċċetta tali talbiet.
Fil-preżent l-awtorità tħaddan
policy
li sakemm l-inkwilini jkunu għadhom ħajjin it-talba għar-rikonoxximent bil-kunsens tal-inkwilini ġeneralment ma tiġix milqugħa però kull każ jiġi mistħarreġ individwalment.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Architecture Project - Xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnha matul dawn l-aħħar tnax-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara li jerġa' jiġi mistħarreġ il-każ ta din il-persuna, li dettalji qed jingħataw separatament, minħabba d-diżabilità li għandu wara inċident gravi li kellu u għaldaqstant hu jħoss li għandu każ ġust?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-proċedura għall-persuni li ma jikkwalifikawx għall-Blue Sticker hi li huma jiktbu ittra ta' appell, kif hu indikat fl-ittra li l-persuna li hemm referenza f'din il-mistoqsija parlamentari rċeviet mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità.
Tista' l-Ministru tara li talba li saret f'mistoqsija parlamentari 12981 sabiex tifel jibda jattendi għall-programm NWAR tibda tingħata minħabba li l-familja tiegħu qed iħossuhom minsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi rċeviet l-applikazzjoni tal-istudent li tirreferi għalih il-mistoqsija, fit-2 ta’ Lulju 2009. L-assessjar tal-imsemmi student sar. L-istudent huwa mistenni li jibda jingħata s-servizz fil-jiem li ġejjin. Żgur li l-familja tal-istudent m’għandiex raġun biex tħoss li hi minsija.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 16059 u tgħid jekk matul l-2009 u 2010, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtha? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — persuni li laħqu l-età ta' rtirar
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Tista' tindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja f’din l-aħħar sena ma kien hemm ebda persuna li laħqet l-età tal-irtirar u reġa’ ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet, lokal b'lokal għall-akkomodazzjoni alternattiva mill-lokalitajiet li jiffurmaw it-tieni u t-tielet distrett elettorali? Kemm tqassmu postijiet fl-istess lokalitajiet matul is-sena 2009 u 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'jiġri fil-każijiet fejn ikollok familji li tiskadilhom il-kirja privata tad-dar residenzjali tagħhom u allura jistgħu jispiċċaw bla saqaf? Kif se tilqa' l-Awtorità tad-Djar għal każijiet simili li se jibda jkollna minnhom, issa li daħlet fis-seħħ il-liġi ġdida tal-kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-każ li persuna tiskadilha l-kera tista tidħol f’kirja oħra u l-Awtorità tad-Djar toffrilha sussidju fuq il-kera taħt skema R (sussidju fuq kera ta’ residenzi privati) kemm-il darba din tkun konformi mal-kundizzjonijiet tal-Iskema.
Tista' l-Ministru tgħid kemm applikaw għall-aħħar sejħa mill-Università għall-post ta' beagle? Meta se jkompli l-proċess tal-għażla u fiex jikkonsisti? Kemm minnhom se jkunu ingaġġati? X'kundizzjonijiet se jkunu offruti dawk magħżula?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-aħħar sejħa applikaw 147.
Il-proċess tal-għażla għadu ma bediex għax qed isiru preparamenti biex kull minn applika jiġi msejjaħ biex joqgħod għal eżami kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll fil-lingwa Ingliża.
Numru ta’ persuni jiġu mqegħda f’ordni ta’ mertu għal postijiet li jiġu vakanti fi żmien sena mid-data tal-kunsill.
Il-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lil dawk magħżula huma skond il-Ftehim Kollettiv li sar bejn il-Union Ħaddiema Magħqudin u l-Università ta’ Malta.