Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi – Kundizzjonijiet relatati max-xogħol tal-bini taz-zuntier

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet se jiġu osservati fix-xogħlijiet relatati mal-bini taz-zuntier tas-Siġġiewi biex jiġu preservati xi fdalijiet ta’ wirt kulturali li jista’ jinstab max-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xogħlijiet relatati mal-bini taz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi ser jiġu osservati l-kundizzjonijiet stipulati mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li jagħmlu parti mill-permess ta’ żvilupp maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Grants ta’ muturi elettriċi — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet għal grants ta’ muturi elettriċi li ġew proċessati u approvati (eż. dawk li applikaw sa Diċembru 2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu ipproċessati u approvati l-applikazzjonijiet għal grants ta’ muturi elettriċi għal dawk li applikaw lejn l-aħħar ta’ 2023.

Grants ta’ roti elettriċi — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet għal grants ta’ roti elettriċi li ġew proċessati u approvati (eż. dawk li applikaw sa Diċembru 2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu ipproċessati u approvati l-applikazzjonijiet għal grants għal roti elettriċi għal dawk li applikaw lejn l-aħħar ta’ 2023. Jiena infurmat li l-Awtorità ħadmet sabiex il-proċess isir aktar effiċjenti. Fost it-titjib li sar, ninnota li l-applikazzjonijiet issa huma aċċessibbli onlajn u b’hekk tnaqqas il-ħin sabiex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati u mħallsa.

Grants għal karozzi elettriċi — Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet approvati ta' grants għal karozzi elettriċi li tħallsu lill-benefiċċjarji (eż. dawk tal-karozzi li nxtraw sa Ottubru tal-2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qeghdin jitħallsu dawk l-applikazzjonijiet għal grants ta’ vetturi elettriċi li applikaw lejn l-aħħar ta’ 2023. Jiena infurmat li l-Awtorità ħadmet sabiex il-proċess isir aktar effiċjenti. Fost it-titjib li sar, ninnota li l-applikazzjonijiet issa huma aċċessibbli onlajn u b’hekk tnaqqas il-ħin sabiex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati u mħallsa.

Grants ta’ muturi elettriċi — Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet approvati ta' grants għal muturi elettriċi li tħallsu lill-benefiċċjarji (eż. dawk tal-muturi li nxtraw sa Ottubru tal-2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qeghdin jitħallsu dawk l-applikazzjonijiet għal grants ta’ muturi elettriċi li applikaw lejn l-aħħar ta’ 2023. Jiena infurmat li l-Awtorità ħadmet sabiex il-proċess isir aktar effiċjenti. Fost it-titjib li sar, ninnota li l-applikazzjonijiet issa huma aċċessibbli onlajn u b’hekk tnaqqas il-ħin sabiex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati u mħallsa.

Grants għal roti elettriċi — Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-aħħar applikazzjonijiet approvati ta' grants għal roti elettriċi li tħallsu lill-benefiċċjarji (eż. dawk tar-roti li nxtraw sa Ottubru tal-2023)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qeghdin jitħallsu dawk l-applikazzjonijiet għal grants ta’ roti elettriċi li applikaw lejn l-aħħar ta’ 2023. Jiena infurmat li l-Awtorità ħadmet sabiex il-proċess isir aktar effiċjenti. Fost it-titjib li sar, ninnota li l-applikazzjonijiet issa huma aċċessibbli onlajn u b’hekk tnaqqas il-ħin sabiex l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati u mħallsa.

European Bicycle Declaration

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta iffirmatx il-European Bicycle Declaration, li qed titlob strateġija komuni Ewropea għal promozzjoni taċ-ċikliżmu u sabiex l-2024 tkun nominata bħala s-Sena Ewropea għaċ-Ċikliżmu? Jekk iva, jista' jgħid meta, u jekk le, jista' jgħid għaliex jew hemmx ħsieb li dan isir fil-qrib?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-European Bicycle Declaration għadha qed tiġi diskussa f’ istituzzjonijiet Ewropej u għaldaqstant għadha mhix iffinalizzata. Hu mistenni li tiġi adottata waqt il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport tal-UE skedata li ssir f’April.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu: - Full time - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14703 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-vacation leave requests u approvals relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Riġenerazzjoni tal-port – Allokazzjoni ta’ Super Yachts

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15117, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, u jagħti d-dettalji fejn huma ppjanati li ser jiġu allokati fil-port skont il-pjan tar-riġenerazzjoni tal-port, is-super yachts skont is-“Super Yacht National Policy”?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk b’ “Super Yacht National Policy” qed jirreferi għad-dokument ippubblikat f’Novembru 2023 intitolat “A Strategic Vision for the Superyacht Industry”, allura nirrileva li din hija pubblikazzjoni li tfassal viżjoni strateġika. Għaldaqstant, f’dan li stadju u hekk ukoll kif jindika d-dokument stess, il-policies kif ukoll pjanijiet fejn superyachts ser jiġu allokati fil-port għadhom ma ġewx stabbiliti.

Il-Port il-Kbir — Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15118, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, u jagħti break down tal-concessions kollha fil-Port il-Kbir kif ukoll: • fejn huma? • għal kemm żmien huma mogħtija? • kemm fadlilhom żmien biex jiskadu? u • l-isem tal-persuna jew tal-kumpanija jew tal-grupp ta' kumpaniji li huma allokati dawn il-‘concessions’?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rwol tagħha bħala Awtorità dwar it-Trasport f’Malta, ġewwa l-Port il-Kbir, Transport Malta għandha ftehim ta’ konċessjoni mal-Valletta Gateway Terminal (VGT) li jkopri Deep Water Quay (Marsa), Laboratory u Magazine Wharf (Kordin), u dan fuq perjodu ta’ 30 sena mis-sena 2006. Inoltre, mill-2006 għandha ukoll ftehim ta’ konċessjoni ma’ Tug Malta fuq il-Moll tal-Injam bħala parti mill-Harbour Towage Agreement, u dan għal perjodu ta’ 20 sena.

Santa Luċija — Triq Maria De Domenicis - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Maria De Domenicis, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Maria De Domenicis hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom, u għalhekk ser isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.

Santa Luċija — Triq l-Oleandri - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq l-Oleandri, f'Santa Luċija, hijiex ser tiġi rranġata fil-parti ċentrali tagħha, billi tinsab fi stat xejn tajjeb?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq l-Oleandri hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom u għalhekk ser isir xogħol fiha fiż-żmien li ġej.

Personalised Parking Bays — Appelli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell għal personalised parking bay hemm pendenti (fuq il-lista ta’ stennija)? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dawn l-appelli jiġu konklużi u l-applikant ikun infurmat bid-deċiżjoni tal-appell?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma’ jeżisti l-ebda proċess ta’ appell għall-Personalised Parking Bays u għaldaqstant ma hemm l-ebda appell pendenti. Inżid li l-Awtorità taġixxi skont rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Sapport liema rakkomandazzjoni ssir abbażi ta’ kriterji maqbula bejn l-Awtorità u l-Aġenzija.

Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Research and Planning Unit - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan ir-Research and Planning Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm għaxar persuni jaħdmu fir-Research and Planning Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Chief Architect & Civil Engineer • Senior Architect & Civil Engineer • Chief Engineer (Electrical) • Manager II (Geology) • Manager II • Manager I • Senior Principal • Operations Manager (GIS)

Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Procurement Unit - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan il-Procurement Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitt persuni jaħdmu fil-Procurement Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Officer in Grade 4 • Chief Engineer • Manager II • Manager I • Senior Clerk

Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Quantity Surveying Unit - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan il-Quantity Surveying Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm seba’ persuni jaħdmu fil-Quantity Surveying Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Head (Quantity Surveying) • Officer in Grade 4 • Quantity Surveyor • Quantity Surveyor Assistant • Operations Manager • Principal Technical Officer

Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali — Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Occupational Health and Safety Unit - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fi ħdan l-Occupational Health and Safety Unit tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u x’inhuma l-gradi li tali ħaddiema għandhom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames persuni jaħdmu fl-Occupational Health & Safety Unit fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Il-gradi li tali ħaddiema għandhom huma: • Principal Health & Safety Officer • Senior Health & Safety Officer • Health & Safety Officer