Jista’ l-Ministru jagħti il-ħinijiet li qed jintużaw il-magni kollha tal-MRI li bħalissa qed jintużaw fis-settur tas-saħħa pubblika, magna magna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li tnejn mill-MRIs li qegħdin fl-Isptar Mater jaħdmu 21 siegħa u nofs kuljum (mill-4.30 a.m. sas-2.00 a.m. ta’ l-għada filgħodu), 7 tijiem fil-ġimgħa.
It-tielet MRI fl-Isptar Mater Dei taħdem 19 siegħa u nofs kuljum (mill-4.30 a.m. sa’ nofsillejl) mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibtijiet u l-Ħdud jiftħu skont il-pjan tax-xogħol tar-radjologi u r-radjografi disponibbli.
Ir-raba’ MRI li qegħda fl-isptar Ġenerali t’Għawdex tintuża għal 12-il siegħa, jumejn fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan preżenti biex in-noti minn staff mediku jiġu maqluba għal sistema diġitali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex in-noti minn staff mediku jiġi maqlub għal sistema diġitali għadu għaddej. Hemm oqsma li huma lesti bħal dawk fil-kura primarja. Il-files tal-pazjenti fl-Onkoloġija huma miżmuma elettronikalment. Miexi wkoll il-proċess fuq files f’Mater Dei u f’sptarijiet oħra.
Sptar Mount Carmel – Servizzi jew attivitajiet disponibbli wara nofsinhar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi jew attivitajiet huma disponibbli wara nofsinhar għall-pazjenti inpatients fl-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jiġu offruti diversi servizzi fl-isptar Monte Karmeli wara nofsinhar.
Fost dawn, wieħed isib terapija okkupazzjonali, fiżjoterapija, podjatrija u terapija tal-lingwa u taħdit. Dawn jiġu offruti sat-3 p.m. mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Kull waħda minn dawn il-professjonijiet joffru servizzi kliniċi u terapewtiċi matul il-ġurnata kollha.
Jiġu offruti interventi ta’ kura u riabilitazzjoni, kemm fuq livell individwali jew fi gruppi. Is-sessjonijiet varji jikkonsistu fi prattiċi ta’ ħiliet domestiċi (eż: tisjir, tqassim ta’ flus, ħasil ta’ ħwejjeg) kura personali, ħiliet relatati ma’ kura tad-dar u impieg, attivitajiet edukattivi, komunikazzjoni, kreattività u rikrejattivi. Jiġu organizzati wkolli visti flimkien mal-pazjent ġewwa daru/ha sabiex isiru l-preparamenti meħtieġa qabel ir-rilaxx.
L-infermiera jassistu biex jirranġaw żjarat fuq il-post tax-xogħol tal-pazjent u/jew jikkoordinaw sessjonijiet mal-membri tal-familja.
It-tim taċ-ċentru socjali fi ħdan l-occupational therapy, joffru servizz mit-Tnejn sal-Ħadd sa 4 ta wara nofsinhar u jorgoniżżaw ukoll xi ħrug għall-pazzjenti filghaxijiet biex jipparteċipaw f’attivitajiet soċjali u kulturali.
Il-fiżjoterapisti jindirizzaw problem ta’ limitazzjonijiet ta’ moviment u wġiegh muskolari kif ukoll jorganizzaw sessjonijiet ta eżerċizzju fiżiku fi gruppi.
Il-podjatri jiffukaw fuq interventi biex itejbu s-saħħa tas-saqajn. Dan is-servizz jitkompla wara nofsinhar skont il-ħtieġa.
Barra minn hekk, t-terapista tal-lingwa u taħdit tindirizza ħiliet ta’ kommunikazzjoni u diffikultajiet biex persuna tibla’ l-ikel.
Il-psikologi joffru sessjonijiet ta’ psikoterapija fi gruppi lil-pazjenti f’diversi swali sal-4 ta’ waranofsinhar.
Social Workers huma disponibbli biex jassistu lill-pazjenti ġewwa l-isptar tagħna sal-5pm f’każ li jkun meħtieġ.
Sptar Mount Carmel – Pazjenti residenti minħabba użu ta’ sustanzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel li qegħdin hemm minħabba użu ta' sustanzi, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-persentaġġ ta’ pazjenti residenti fl-Isptar Mount Carmel li qegħdin hemm minħabba użu ta’ sustanzi hu ta’ 25.75%.
Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista kompluta taċ-ċaqliq li sar fl-Isptar Mater Dei b’rabta mal-Financial Controllers kollha u jgħid għal liema postijiet oħra ġew trasferiti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-amministrazzjoni tagħmel kull deployment skond l-esiġenzi tas-servizz.
Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li ċċaqalqu minn post għal ieħor fl-Isptar Mater Dei fl-irwol ta’ Financial Controller humiex se jkunu f'qagħda li jaqdu d-dmirijiet tagħhom mill-ewwel minħabba l-fatt li qegħdin f'qasam differenti minn dak li kienu fih qabel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li ċ-ċaqliq li sar hu parti minn eżerċizzju ta’ job rotation biex tibqa’ tkun assigurata l-governanza tajba. Il-Financial Controllers huma kollha professjonali f’xogħolhom u għaldaqstant huma lkoll f'qagħda li jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond l-istandards stabbiliti wara li jkunu ġew mogħtija hand-over adekwata.
Sptar Mater Dei – Ċaqliq tal-Financial Controllers
Question
Fid-dawl li l-biċċa l-kbira tal-Financial Controllers ġewwa l-Isptar Mater Dei ġew trasferiti f'dipartimenti oħra, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm kontabilità finanzjarja għall-affarijiet li saru qabel fid-dipartimenti kkonċernati u jekk hux se jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ebda records jew informazzjoni ma jintilfu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li saret u għadha ssir hand-over adekwata bejn l-uffiċjali involuti sabiex ikun aċċertat li jkun hemm kontabilità finanzjarja għall-affarijiet li saru qabel fid-dipartimenti kkonċernati u ttieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiġi assigurat li r-records u l-informazzjoni kollha jibqgħu priservati skond l-istandards stabbiliti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551, 14902, 15495, 16645 u 17299 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550, 14901, 15494, 16644 u 17300 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14549, 14900, 15493, 16643 u 17301 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Mater Dei għas-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-plakka tal-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, li ġġib l-isem ta’ Dr Hyzler, tinħeba ġo shaft?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħdejn il-bieb ta’ barra, il-plakka bl-ismijiet ta’ l-Onor. Dr Eddie Fenech Adami u ta’ l-Onor. Dr George J. Hyzler għadha fil-post oriġinali tagħha.
Ninformah ukoll li l-immodernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ġie jiswa €2.8 miljun.
Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Plakka tal-inawgurazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tax direzzjoni biex il-plakka tal-inawgurazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi, li ġġib l-isem ta’ Dr Hyzler, terġa’ titpoġġa fil-post oriġinali tagħha?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17777.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 17288 u 17577 u jgħid jekk is-sid tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienx jirrapporta direttament lill-Eks Ministru li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ukoll jew lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li is-sid tal-kumpanija li qed issir referenza għalih mill-Onor. Interpellant bejn l-2020 u l-2023 kien ingaġġat mal-FMS.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16981, peress li l-prodott alternattiv qed jingħata fi kwantitajiet żgħar minħabba limitazzjonijiet fil-kwantità tal-konsenja li waslet, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-prodotti li allura l-pazjenti u l-familjari tagħhom qed ikollhom jixtru b'mod privat biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas fil-kwantità li qed tingħatalhom, humiex ser ikunu intitolati għal xi forma ta' rifużjoni ta' dawn l-ispejjeż?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li qed jinxtraw kwantitajiet akbar biex il-pazjenti kollha jkun jistgħu jinqdew.
Buġibba, San Pawl il-Baħar — Dar tal-Anzjani Casa Serena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet irtirata l-liċenzja tad-Dar tal-Anzjani Casa Serena ġewwa Buġibba, San Pawl il-Baħar u x’wassal biex din il-liċenzja tiġi rtirata? Jista’ jgħid ukoll għaliex l-anzjani li jirresjedu f’din id-dar għadhom jgħixu hemmhekk sal-lum?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja ta’ Casa Serena għal Servizz Residenzjali għall-Anzjani ma ġietx irtirata.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Ustekinumab magħrufa bħala Stellara daħlet fil-formularju tal-Gvern għall-mediċini li jittieħdu b'xejn, u jekk iva, jekk u meta ser tkun disponibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina ġiet approvata biex tidħol fil-formularju skont protokoll. Is-sejħa ntbgħatet għall-publikazzjoni lid-dipartiment tal-kuntratti.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Xiri ta’ apparat mediku ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'apparat mediku ġdid hemm ippjanat li jinxtara għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex matul is-sena 2024, kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża u kemm min din l-ispiża ser tkun iffinanzjata minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ħabbart, matul l-2024 ser tinxtara 3.T MRI Machine għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. 60% tal-ispiża titħallas minn fondi tal-unjoni Ewropea.
Ninsab infurmat li hemm numru ta’ Tenders għall-evalwazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Malli l-proċess ta’ evalwazzjoni jkun komplut, it-Tenders joħorġu fil-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17147 u jgħid kemm-il proċedura tal-IVF saret matul is-sena 2023? Kemm minn dawn saru fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei u kemm saru fi kliniċi privati? Kemm minn dawn kienu ta' suċċess fis-sens li wasslu għall-wild ta' tarbija/trabi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 524.01 din l-informazzjoni se tkun inkluża fir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun li se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur qrib.