Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10692 u jgħid l-Environment Landscaping Consortium, kemm-il gradwat mill-iskola tal-biedja ħaddem sena b'sena mindu twaqqaf? Kemm hemm ħaddiema f'dan il-Consortium bħalissa, kategorija b'kategorija? X'inhi l-età medja tal-impjegati mal-Consortium?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li kif ingħad diversi drabi, l-ELC hija entità privata u għalhekk il-Gvern m’għandux l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9659, 9485 u 8997 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jindika liema huma dawk il-proġetti li bdew jew hu maħsub li se jibdew sal-aħħar ta’din is-sena fil-pjan għar-riġenerazzjoni tal-Belt Valletta? Kemm hu stmat li se jintnefaq fuq dawn il-proġetti f’din is-sena finanzjarja?
Jista' jgħid ukoll kemm se jdumu d-direttivi magħtija lill-periti u x'inhi r-raġuni għal tali direttivi?
Billi l-Gvern diġa’ beda jimplimenta partijiet mill-waste management strategy li ġiet ippubblikata f’forma ta’ abbozz aktar kmieni din is-sena, bħal per eżempju tariffi ġodda astronomiċi dwar użu ta’ landfills eċċ., jista' l-Ministru jgħid jekk dan ifissirx li l-istrateġija qed tibda tiġi implimentata mingħajr ma tiġi formalment approvata u diskussa fil-Parlament?
Kien hemm qbil mal-i
stakeholders
dwar dan, specjalment billi diversi NGOs u anke organizzazzjonijiet bħall-GRTU kienu tkellmu kontra l-inċinerazzjoni? Il-Kabinett addotta u approva l-
Waste Management Plan for the Maltese Islands
li kien ħareġ f’forma ta’
consultation document
kif ukoll l-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Iskart li ħarġet f’forma ta’ dokument ta’ konsultazzjoni?
X’sar mit-talba tal-Oppożizzjoni Laburista biex ikun hemm studji serji u indipendenti fuq l-impatt li l-introduzzjoni ta’ inċineratur fin-Nofsinhar ta’ Malta jista' jkollu fuq is-saħħa u l-ambjent tar-residenti tal-inħawi? Jista' jgħid jekk sal-lum il-Wasteserve jew il-Ministeru għamlux xi stħarriġ, kuntatti formali, jew informali sabiex jaraw jistgħux iġibu fondi tal-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett? Dan kollu kif jorbot mal-i
Strategic Environmental Aseessment
(SEA) li kien sar?
L-
Environment Impact Assessment
konċernat kien sar jew le, u jekk iva, x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu? Jekk le, meta mistenni jiġi konkluż? Liema ditta qed tagħmel l-
Environment Impact Assessment
konċernat jekk dan inbeda? Jekk dan kollu huwa minnu, kif jista' wieħed jispjega l-fatt li l-
proposal for an energy policy plan for Malta
li għadu kif ikkonferma l-Awditur Ġenerali f’forma ta’ abbozz, il-Gvern innifsu għadu ma approvahx formalment?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lit-taħdidiet dwar ir-reviżjonijiet fit-tariffi bdew jiġu diskussi wara l-baġit li thabbar f’Novembru li għadda meta l-Gvern kien diġà għamel allokazzjoni lill-kunsilli lokali għal dawn iż-żidiet. L-abbozz ta’ strateġija inħareġ fl-aħħar ta’ Jannar 2009, ferm wara li saret il-previżjoni għat-tariffi l-ġodda. Minkejja dan, bħalma suppost jaf l-Onorevoli Membru, l-ebda strateġija tal-iskart li hi msejjsa fuq il-prinċipju tar-riċiklaġġ, ma tista’ tkun sostenibbli jekk mhux ħa tippenalizza lil min jarmi fil-landfill. Għalhekk, l-abbozz ta’ strateġija jagħmel riferenza għat-tariffi l-ġodda wkoll.
L-Abbozz ta’ Strateġija qed jiġi finalizzat fid-dawl tal-kummenti li daħlu u meta dan iseħħ, ikun jista’ jiġi diskuss fil-Parlament. Tajjeb jingħad li filwaqt li l-Gvern irċieva diversi kummenti minn għaqdiet dwar dan l-abbozz, ma rċieva l-ebda reazzjoni formali mill-Oppożizzjoni għal dan id-dokument waqt il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika. L-istess jista’ jingħad għall-Waste Management Plan for the Maltese Islands li wkoll qed jiġi finalizzat wara l-konsultazzjoni pubblika li saret.
L-istudji msemmija dwar l-inċineratur fin-nofsinhar ta’ Malta jsiru wara li tiġi approvata l-Istrateġija u wara li ssir l-applikazzjoni lill-MEPA. Mhux maħsub li jintużaw fondi mill-Unjoni Ewropea għal dan il-proġett u dan kollu jorbot mal-SEA li kien sar.
Ta’ min ifakkar li l-ħtieġa ta’ l-Inċineratur għall-frazzjoni żgħira ta’ skart li jiġġenera pajjiżna, joħroġ mill-Abbozz ta’ Strateġija dwar l-Immaniġġar tal-Iskart u mhux mill-Abbozz ta’ Strateġija għall-Enerġija (għalkemm din ukoll tagħmel riferenza għalih għax ser tiġi ġġenerata enerġija nadifa mill-iskart). B’hekk dan il-proġett jibda jitwettaq meta tiġi approvata l-Istrateġija dwar l-Immaniġġar tal-Iskart u mhux l-istrateġija tal-enerġija.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi stħarriġ mill-uffiċċju tiegħu dwar EU funding għall-proġett prospettiv ta’ inċineratur fin-Nofsinhar ta’ Malta marbut mal-istrateġija riċenti ppubblikata f’forma ta’ abbozz dwar l-immaniġjar tal-iskart?
Il-Kabinett approva din l-istrateġija formalment u jekk iva, meta? Il-Gvern approva l-
Energy Policy Plan for Malta
li skond l-Awditur Ġenerali għadu f’forma ta’ abbozz?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li jidher li hemm interess biżżejjed biex il-proġett ta’ inċineratur ikun iffinanzjat mis-settur privat.
Iż-żewġ Strateġiji f’forma ta’ abbozz ġew approvati mill-Gvern u issa qed jiġu ffinalizzati wara li saret il-konsultazzjoni dwarhom.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kuntratturi li b' xi mod huma involuti fix-xogħol ta' Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, flimkien max-xogħol li qegħdin jagħmlu? X'inhu l-valur tal-kuntratt tagħhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-kuntratturi li għamlu u/jew qed jagħmlu xogħol b'ħaddiema tagħhom fil-Pjazza huma:
Xogħol
Kuntrattur
valur
Paving
Natural Stone Paving
477,463.78
Scarifying
V&C Contractors
20,819.00
Ground Fountain
AFS Ltd.
129,582.44
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Pjazza San Ġorġ - konsulent
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u l-pjanta approvata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal Pjazza San Ġorġ fil-Belt? Kemm tħallas il-konsulent, li dettalji tiegħu qed jinbagħtu separatament, għax-xogħol tiegħu fuq dan il-proġett sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija hija pubblika. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li l-persuna msemmija tħallset l-ammont ta’ € 31,152.00 skont il-kuntratt li dan għandu mal-Gvern.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — Kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li mhu qed issir l-ebda kirja ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħi u dekasteri oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-hoist li hemm f'Marsaxlokk, li jintuża mill-opri tas-sajjieda u li ġie minn fondi tal-Unjoni Ewropea, issa hux qed jintuża mill-jottijiet ukoll? Dan huwa permessibbli?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-hardstanding jista’ jintuża’ minn kulħadd inkluż minn bastimenti li mhumiex tas-sajd u dan sakemm iħallas għas-servizz provdut, liema arranġament ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu bozoz energy savers s'issa? Kemm baqa' x'jitqassmu u x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar Casa Bottega li għadhom ma ħadux il-bozoz? Jista' jgħid meta ser jingħataw il-bozoz lill-indirizz li qed jingħata separatament?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Parental Leave
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’din l-aħħar sena saru tmien(8) talbiet għall-Parental Leave li kollha ġew aċċettati.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' siġar tal-frott u t-tip tagħhom li mistennija jinbiegħu mill-Ministeru tal-Agrikoltura din is-sena? Meta hu mistenni li joħorġu s-sejħiet għax-xiri ta' dawn is-siġar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Peress li bħalisssa hemm azzjoni industrijali mill-Klassi Agrikola, ordnata mill-Union Ħaddiema Maqgħudin, l-informazzjoni ma setgħetx tinġabar u għahekk tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Imġarr? Kemm sewa dan ix-xogħol s'issa? Kemm hu misteni li jiswa sakemm jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel mistoqsija, nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 10747.
Peress lit-tender għax-xogħol inħareġ mill-Kunsill Lokali, nitlob l-Onor Membru biex jirreferi l-aħħar żewġ mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11189 u jgħid jekk sarx studju dwar il-kundizzjoni strutturali tas-swar kollha f'Malta u Għawdex biex b'hekk jiġi determinat liema fortifikazzjonijiet għandhom bżonn ix-xogħol l-aktar urġenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li tfassal programm għar-restawr estensiv tas-swar u fortifikazzjonijiet prinċipali fil-gżejjer Maltin biex jiġi ko-iffinanzjat mill-UE, taħt il-qafas tal-Programm Operattiv I (OPI), ‘Ninvestu fil-Kompetittività għal Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’, li huwa ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Ġie deċiż li r-restawr isir b’mod ħolistiku u mhux biċċa biċċa u jiffoka fuq dawk il-fortifikazzjonijiet li għandhom:
· l-aktar ħsarat diffiċli jew problematiċi ;
· ix-xogħol ta’ restawr fuqhom seta jitlesta f’inqas minn seba’ snin skond id-direttivi ta’ l-ERDF;
· l-ikbar potenzjal turistiku u ekonomiku;
· l-aktar sinifikat u valur storiku u arkitettoniku.
Dawn il-kriterji wasslu sabiex jintgħażlu sistemi ta’ difiża sħaħ u swar bi problemi differenti minn zoni varji fil-Gżejjer Maltin, jiġifieri:
· il-
landfront
tal-Belt Valletta,
· it-tisħiħ ta’ zoni bi problemi ta’ pedamenti fl-Mdina,
· iċ-Ċittadella (Għawdex),
· il-
landfront
tal-Birgu.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanti għandu l-Gvern għall-ġnien li hemm fi Qui-si-Sana, Tas-Sliema ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-Ministeru għadu qed iħejji l-proposti għall-upgrading tal-ġnien ta’ Qui Si Sana f’Tas-Sliema. Il-proġett għadu fi stadju ta’ disinn.
Convention on International Trade in Endangered Species — annimali li jirrikjedu ċ-ċertifikat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn annimali li kienu jirrikjedu ċ-ċertifikat prospettat taħt artiklu 10 tas-Convention on International Trade in Endangered Species biex jidħlu Malta u li fil-fatt daħlu Malta? X'inhuma dawn l-annimali u kemm hawn minnhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 10843 li parti minnha ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid meta jaħseb li Triq San Lawrenz, Birgu, tkun tista' issir, liema triq ilha f'dan l-istat għal ħafna snin b'inkonvenjent kbir għar-residenti li jgħixu fiha?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Serqiet Rappurtati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati lill-Pulizija milll-Ministeru/dipartimenti/ korporazzjonijiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena? Kemm huwa kkalkulat il-valur misruq u x'natura ta' oġġetti eċċ. insterqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul din is-sena saru tmien (8) serqiet li kollha kienu rrapurtati lill-pulizija. L-oġġetti misruqa kienu żewġ grass cutters, chainsaw, għodda elettronika u manwali, tabelli ta’ sinjali tat-toroq, hazard lights, partijiet minn scaffolding, mera u soap dispenser. Il-valur globali jammonta għal madwar € 3,690.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal grants ta' refund fuq solar water heaters ġiet proċessata s'issa, taħt l-iskema l-ġdida? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm-il grant ġiet effettivament maħruġa lill-applikanti?