Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #2695 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li nqatgħalhom relief jew għajnuna tal-mard

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li minn Marzu 2008 sal-lum inqatgħalhom: a) ir- relief? b) l-għajnuna tal-mard? Jista' jagħti breakdown ta' x'kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li, mill-1 ta’ Marzu 2008 sat-30 ta’ Settembru 2008, kien hemm 2428 persuna li waqfet tirċievi xi tip ta’ Għajnuna Soċjali u 594 persuna li waqfet tirċievi l-Għajnuna tal-Mard, imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — Equity Sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Awtorità tad-Djar terġa' tibda tħaddem l-iskema tal-equity sharing?

Response (DALLI, JOHN)

L-Eqiuty Sharing Scheme kienet intiża biex taqdi l-ewwel 250 applikant li jkun eliġibbli. L-Awtorita' tad-djar issuġġerixxa u l-Kabinet approva skema oħra li se tidħol biex tgħati din it-tip ta' għajnuna. Din l-iskema għandha titħabbar qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Lantus Cartridges

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ordnati l-Lantus Cartridges wara li dawn ġew approvati diversi xhur ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-Lantus Cartridges kienu approvati min-National Medicines Policy Audit Unit bħala mediċina fuq il-formularju tas-servizzi tas-saħħa f’Dicembru 2007. Fis-17 ta’ Dicembru 2007 inbdew proċeduri biex jinħareġ tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti iżda s’issa għad m’hemmx indikazzjoni tad-data tal-għeluq ta’ dan it- tender . Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurements ħareġ sejħa għall-offerti biex tinxtara provvista għal sena. L-offerti mitfugħa ġew aġġudikati. Għad iridu jsiru xi kjarifiki qabel toħroġ il- Letter of Acceptance.
Leg 11 PQ #2780 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Benefiċċju minn servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul tal-Gvern kull sena mill-1999 sal-lum minn Malta u Għawdex separatament: (i) taħt l-Artiklu 93 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, mill-anzjani li jirċievu servizz residenzjali finanzjat mill-istat; u (ii) taħt l-Artiklu 95 ta’ l-istess Att mill-persuni li jibbenefikaw minn servizzi ta’ kura/għajnuna mogħtija fid-djar? Jista’ jgħidli kemm hemm sodod f’istituzzjonijiet, djar, eċċ għall-anzjani li huma finanzjati/sussidjati mill-Gvern jew immexxija taħt partenariat bejn il-Gvern u l-Privat f’Malta u Għawdex separatament? Jista’ jagħtini dan it-tagħrif istituzzjoni istituzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2781 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Welfare Committee — Dħul tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-flus li daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 ta’ l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali għadda għand il-Welfare Committee sena sena? Kemm intnefqu flus, sena sena mill-1999 sal-lum, minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuq xiex?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #2783 Sitting 42 2008-10-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Casual Social Assistants — Servizz ta' kura fi djar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Casual Social Assistants fil-Ministeru tiegħu u jaqsamhom (i) skond ix-xogħol li kienu jagħmlu fl-aħħar ta’ Awwissu 2007 u fl-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena u (ii) skond is-sigħat fil-ġimgħa li kienu jaħdmu f’Awwissu 2007 u f’Awwissu din is-sena? Jista’jgħid kemm hemm anzjani f’Malta li qed jingħataw servizz ta’ kura fi djarhom? Jista’ jgħid hemmx applikanti anzjani għal servizz ta’ kura fi djarhom u għadhom ma nagħtawx dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjoni? Hemm anzjani li m’għandhomx is-sigħat ta’ servizz li approvalhom il-bord? Kemm huma? Kemm sigħat approva l-bord u kemm sigħat ta’ servizz għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni H21417?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li qed isiru riċerki meħtieġa bħala parti mill-ipproċessar tal-applikazzjoni li refera għalija l-Onor. Interpellant.

Aġenzija Appoġġ u entitajiet oħra — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati separatament fi ħdan il-family therapy services, child protection services, court services (supervised ces u visits), looked after children service, high support services, perpetrators services u servizzi oħra offruti mill-Aġenzija Appoġġ u entitajiet oħrajn? Jista' jgħid jekk hemmx impjegati li jaħdmu f'iktar minn servizz wieħed u jgħid kemm? In oltre jista' jgħid kemm hi l-medja ta' case load li kull impjegat għandu għal kull servizz offrut separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9 Sitting 41 2008-10-13 Written · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment tat-Tiswija — saqaf jagħmel l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-persuna li isimha jidher separatament li ilhu jilmenta mad-Dipartiment tat-Tiswija, li għandu saqaf qed jagħmel l-ilma?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-ilment tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie solvut.

Kura primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi tiswa lill-Gvern il-kura primarja? Kif tinqasam din l-ispiża f'termini ta' pagi u spejjeż oħra? Meta l-Gvern jgħid li jrid jsaħħaħ il-kura primarja x'jifhem biha u kemm se jżid il-budget għal dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispiża tal-kura primarja matul is-sena li għaddiet kienet hekk :- Lm Ewro Salarji 11,436,414.28 26,639,679.20 Spejjeż oħra 1,805,715.68 4,206,186.07 Total 13,242,129.96 30,845,865.27 Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-riforma fil-Kura Primarja għadha fi stadju ta' ppjanar u għalhekk huwa prematur li tingħata l-informazzjoni mitluba fit-tielet parti tal-Mistoqsija.
Leg 11 PQ #2292 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Raħal Ġdid — Flat vojt

Question

Jista' l-Ministru jara li l-flat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jekk hux vojt, jekk hemmx nies rreġistrati fuqu jew jekk hemmx nies li qed jgħixu fih? Jista' jinfurmani dwar x'inhi l-pożizzjoni ta' dan il-flat?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant hu mikri legalment. Għal raġunijiet ta’ sigurta’ ma nħossx li għandi nippubblika aktar informazzjoni dwar il-każ.
Leg 11 PQ #2294 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Cimiterju Marija Addolorata — Tħaffir ta' oqbra

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra mappa ta' fejn ser jitħaffru l-oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi t-tkabbir taċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata bit-tħaffir ta' l-oqbra ġodda kif wieħed jista jara mill-permessi maħruġa mill-MEPA għandu jsir fuq in-naħa tal-punent taċ-Ċimiterju barra mid-daħla ta' wara li tagħti fuq in-naħa ta' Santa Luċija. Kopja ta' site plan li tindika l-area konċernata ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-pjani ġew sospiżi sakemm isir studju ta' kif l-espansjoni ta' dan iċ-Ċimiterju li hu ġojjel arkittettoniku jsir mingħajr ma tiġi perikolata l-estetika ġenerali tiegħu.

Strutturi perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi prijorità jagħti d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar lil strutturi perikolużi bħal fil-każ li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Direttorat tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar jagħti prijorita’ fejn ikun hemm periklu. Dwar il-każ indikat mill-Onor. Interpellant ninsab infurmat li m’hemmx periklu iżda ħtieġa ta’ restawr tal-faċċata, liema xogħol mhux ta’ prijorita’.
Leg 11 PQ #2775 Sitting 41 2008-10-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għawdex — numru ta' ħaddiema fis-settur privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta ħaddiema fis-settur privat f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-1998 l'hawn separatament f'dawk li jaħdmu għal rashom u impjegati, fl-oqsma tas-settur industrijali kif ġej: 1a) Kostruzzjoni b) Barrieri tal-ġebel c) agrikoltura d) Sajd e) Manifattura settur settur bħal tat-tessuti, għamara, żraben u ħwejjeġ, ikel eċċ 2) Fis-settur tas-servizzi tas-suq maqsumin fl-oqsma tal- a) Lukani? b) Restoranti? c) bejgħ bl-imnut? d) transport? e) Komunikazzjonijiet? f) Insurance? g) Banek? ġ) Istituzzjonijiet finanzjajri oħra real estate? għ) Servizzi għall-komunità? h) Servizzi ta' kummerċ? ħ) Servizzi ta' rikrejazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li ma kienetx tinżamm l-informazzjoni mitluba dwar Għawdex separatament qabel l-1999. Ninsab infurmat ukoll li t-tagħrif mitlub mis-sena 1999 hu kif jidher fit-Tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.