Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2010 mill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra fid-dikasteru tiegħu, xahar b'xahar? Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu u f'kemm kienu jammontaw? Jista' jgħid ukoll għal kull każ lil min ingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

punti maqtugħin minn fuq il-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jinqatgħu l-punti mis-sistema tal-liċenzji tas-sewqan, meta xi sewwieq jaqa' taħt is-sistema tal-points? Xi ħlas qed jintalab minn Transport Malta biex tali punti jinqatgħu? X'inu l-iskop ta' dan il-ħlas?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta sewwieq jaqa’ taħt is-sistema tal-punti tal-liċenzji tas-sewqan, jiġifieri għall-ewwel tlett snin minn meta s-sewwieq jottjeni l-liċenzja (hekk imsejħa proviżorja), dan jinqatgħulu punti skond kif imposti mill-Qorti tal-Maġistrati jew mill-Kummissarji tal-Ġustizzja dan a’ tenut tar-regolament 40(1) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18. Meta s-sewwieq jammetti u jħallas il-multa qabel is-smiegħ tal-każ quddiem it-tribunal, jinqatgħu l-punti minimi stipulati fis-sitt skeda hekk kif stipulata f’regolament 40(3). Il-ħlas mitlub minn Transport Malta huwa dak ta’ €6.00 fi ħlas amministattiv għall-istampar mill-ġdid tal-kontraparti tal-liċenzja, dan kif elenkat fid-disa’ skeda tal-istess Leġislazzjoni Sussidjarja.

Belt Valletta — sit għall-bejgħ bħala mega projects

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema proprjetajiet tal-gvern ġew identifikati bħala siti għall-bejgħ bħala mezz ta' finanzjament għal mega projects kontemplati fil-Belt b’mod li allegatament ma jmurx kontra l-kriterji ta’ Maastricht? Dan ifisser li l-fond oriġinarjament propost fil-budget tas-sena li għaddiet ġie abbandunat fil-prinċipju? Tikkonferma li dawn jinkludu, fost oħrajn, il-Pixkerija u l-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Pjanijiet Infrastrutturali fis-South ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet infrastrutturali għal dawn is-sentejn li ġejjin fuq is-south ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23028 diġa semmejt il-pjani infrastrutturali għan-Nofs in-Nhar ta’ Malta. Ma dawn iridu jiżdiedu it-toroq li ser isiru taħt it- TenT Roads li jinkludu : Triq Garibaldi, Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Triq ta’ ħdejn il-VISET u bini ta’ underpass tal-Marsa, kif ukoll it-Triq li tgħati mill-Fgura għall-Smartcity Malta.

Fondi tal-Unjoni Ewropea għall-irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġab fondi mill-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jiġu rranġati t-toroq f'Malta u Għawdex u kemm se jiġu fondi sas-sena 2013? Għalfejn se jintużaw?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

karozzi/vetturi skrappjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew skrappjati karozzi/vetturi matul is-sena 2010, xahar b'xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi li ġew skrappjati matul is-sena 2010 xahar b’xahar huwa hekk kif ġej: Jannar 344 Frar 393 Marzu 411 April 420 Mejju 378 Ġunju 299 Lulju 295 Awissu 274 Settembru 369 Ottubru 358 Novembru 413 Diċembru 524

karozzi użati Mlata imma rreġistrati barra mill-pajjiż

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontroll għandha Trasport Malta għal dawk li huma vetturi reġistrati barra minn Malta, li iżda qed jintużaw hawn Malta minn persuni mhux Maltin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweiġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23542.

Triq tal-Barrani — servizz bażiku tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex għadd ta' residenzi fit-Triq tal-Barrani għadhom mingħajr is-servizz bażiku tad-drenaġġ minkejja li dawn ir-residenzi ilhom hemm ġenerazzjonijiet sħaħ? X'qed iżomm milli jsir dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Korp tal-Pulizija — riforma tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bir-riforma l-ġdida tat-trasport pubbliku, il-membri tal-Korp tal-Pulizija humiex se jibqgħu jgawdu minn servizz b'xejn meta jagħmlu użu mill-karozzi tal-linja waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom jew jekk humiex se jkollhom jibdew iħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-kuntratt iffirmat bejn Transport Malta u Arriva Malta Ltd, fir-rigward tar-Riforma tas-servizz tat-Trasport Pubbliku jipprovdi illi l-operatur jista' jitlob prezz ridott jew inkella ma’ jitlob l-ebda ħlas għal użu tat-Trasport Pubbliku lil membri tal –Korp tal-Pulizija jew persuni ingaġġati mal -Armata.

Internet u mobile phones — abbonament

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22444 fejn il-Ministru informa lill-Kamra li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonamenti ta’ internet u mobile phones li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex u peress li din l-informazzjoni hija indikatur qawwi tal-livell tal-kwalità tal-ħajja u tal-livell tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku, jista’ l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta biex din l-informazzjoni tibda tinġabar għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita' dwar il-Komunikazzjoni tista' titlob biss mill-operaturi informazzjoni fil-limiti tal-poteri li ttiha l-liġi.

Linji fissi tat-telephone — abbonamenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22445 fejn il-Minsitru informa lill-Kamra li l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta m’għandhiex informazzjoni dwar in-numru ta’ abbonamenti ta’ linji fissi tat-telephone li tiddistingwi bejn numri f’Malta u numri f’Għawdex u peress li din l-informazzjoni hija indikatur qawwi tal-livell tal-kwalità tal-ħajja u tal-livell tal-iżvilupp soċjo-ekonmiku, jista’ l-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta biex din l-informazzjoni tibda tinġabar għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23657.

Proġett ta' kostruzzjoni ta' Bieb il-Belt

Question

Peress li l-programm ta' kostruzzjoni ta' Bieb il-Belt miexi, jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-entità responsabbli għall-mangament tiegħu hix il-Grand Harbour Regeneration Corporation plc Valletta? Jekk mhix din, min hija l-entità responsabbli? Jista' jispjega kif qed jiġi finanzjat il-proġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Grand Harbour Regeneration Corporation hija l-entità responsabbli mill-proġett ta' Bieb il-Belt. L-iffinanzjar tal-proġett se jkun fuq mudell ta' Special Purpose Vehicle li qed jieħu ħsiebu l-Ministeru tal-Finanzi. Sakemm dan l-Special Purpose Vehicle jitwaqqaf, il-GHRC qed tiffinanzja l-proġett permezz ta' self mill-bank.

roti armati bil-magna

Question

Peress li qed jiżdiedu dawk li jużaw roti armati b'magna żgħira, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi regoli sabiex ikollna aktar sigurtà fit-toroq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-roti li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant huma regolati bil-Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 65.26 dwar Regolamenti Dwar Ċikletti Bil-Pedali u Muturi B'Qawwa Baxxa.

Vetturi reġistrati barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' informazzjoni tinġabar u tinżamm meta vetturi reġistrati barra minn Malta jidħlu f'pajjiżna? Kif jiġi assigurat li dawn il-vetturi jħallu Malta meta suppost jagħmlu dan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżomm l’ebda tagħrif dwar vetturi li jkunu reġistrati barra minn Malta meta dawn jidħlu f’pajjiżna. Madanakollu, l-uffiċjali ta’ l-infurzar fi ħdan Transport Malta jagħmlu spot checks fuq dawn il-vetturi; jittieħdu id-dettalji tal-vettura u s-sewwieq; kif ukoll tagħrif dwar meta dawn il-vetturi jkunu daħlu Malta sabiex jiġi assigurat li dawn ma jdumux aktar miż-żmien stipulat. Barra minn hekk, jekk vettura ma tiġix irreġistrata sa ħmistax il-ġurnata mill-wasla tagħha f’Malta hekk kif stipulat fil-liġi, allura s-sid ikun obbligat li jħallas penali ta’ Eur30 kulljum.

MEPA — Superintendenza tal-Wirt Storiku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23216 fejn qal li kemm jista’ jkun strutturi antiki fuq is-sit jiġu preservati u integrati fil-proġett, jista' l-Ministru jgħid liema strutturi antiki mhumiex se jiġu priservati u integrati fil-proġett? Jista' jgħid liema huma l-istrutturi antiki li se jinqerdu u mhux se jiġu integrati mal-proġett wara diskussjonijiet mas-Superintendenza tal-Wirt Storiku u mal-Awtorità ta' Malta tal-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġi deċiż dak li għandu jinżamm?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-istrutturi antiki fuq is-sit in kwestjoni, speċjalment min-naħa tat-Teatru l-Antik, qed jiġu dan il-mument restawrati biex ikunu integrati mal-proġett. Dan wara t-tħammil li sar fuq il-post imsemmi fejn ġew identifikati liema fdalijiet għandhom konnessjoni storiku mas-sit, u liema tħammil huwa magħmul minn materjal ordinarju. Dan sar taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet tal-MEPA u tas-Supretendenza tal-Wirt Storiku.

Trasport Malta — appuntament għall-appell

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għad li nstab ħati kriminalment u qed jistenna l-appuntament għall-appell, ma ġiex sospiż mil-inkarigu tiegħu ma' Trasport Malta meta persuni oħra, f'każijiet simili, u li għadhom ma nstabux ħatja lanqas mil-Qorti fl-ewwel istanza, ġew hekk sospiżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta qed tieħu l-passi kollha neċessarji skont il-liġi u proċeduri governattivi f’dan il-każ. Il-każ li dwaru l-persuna nstab ħati, m' għandux x’jaqsam mad-dmirijiet tiegħu fi Transport Malta.

Grand Harbour Regeneration Corporation — flus ivvutati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20933, jista' l-Ministru jgħid fejn hemm vvutati l-flus minfuqa mill-Grand Harbour Regeneration Corporation? Jista' jgħid jekk il-ħsieb li jitwaqqaf SPV għall-infieq tal-proġett tal-Belt għadux urġenti u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhu l-progress dwar it-twaqqif ta' dan l-SPV?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Grand Harbour Regeneration Corporation qed tuża self minn bank lokali biex tiffinanzja l-proġett. Għall-parti tal-mistoqsija dwar "special purpose vehicle' nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Proġett ta' Bieb il-Belt — traffic Modeling studies

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux traffic modelling studies tal-Belt Valletta kif se jirrizulta wara li jitlesta l-proġett ta' Bieb il-Belt? Jista' jagħti rendikont tar-riżultati ta' dawn l-istudji?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f’Jannar 2010 saret valutazzjoni fuq l-impatt tat-traffiku tal-proġett mill-kumpanija A.D.I. Din il-valutazzjoni analizzat għażliet differenti għall-ġestjoni tat-traffiku fil-Belt imbagħad għamlet rakkomandazzjoni fuq għazla waħda minnhom. Għamlet ukoll rakkomandazzjonijiet dwar postijiet fejn għandhom jieqfu l-karozzi madwar Kastilja u l-funtana tat-Tritoni; reviżjoni ta’ 30 minuta hekk imsejjaħ ‘perjodu ta’ grazzja’ tas-CVA sabiex jiskorraġixxi t-traffiku mill-Belt; titjib fil-junctions fit-tliet postijiet; kif ukoll disinn aħjar ta’ Pjazza Kastilja sabiex iservi il-pubbliku aħjar. Studju aktar dettaljat fuq il-mudell u d-disinn tas-sitt junctions arterjali madwar il-Belt ġie kkomissjonat minn Transport Malta f’Novembru ta’ 2010. Dan l-istudju hu fil-proċess li jiġi ffinalizzat.