Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12980 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12731, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji, inkluż bonuses, allowances u perkaċċi oħra, li għandhom it-tmien impjegati tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport f'Malta msemmija fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Skejjel Statali, tal-Knisja u tal-Privat – Laptop għall-istudenti tas-7 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħataw il-laptop dawk l-istudenti (fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat) li tul din is-sena skolastika jinsabu fis-7 sena skolastika?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ġie mħabbar, dawn ser jitqasmu matul din is-sena skolastika.
Skejjel Statali, tal-Knisja u tal-Privat – Laptop għall-istudenti tat-8 sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-istudenti kollha (fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat) li tul din is-sena skolastika jinsabu fit-8 sena, ħadux il-laptop matul is-sena skolastika li għaddiet?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema u edukaturi oħrajn (ingaġġati issa jew le) li għadhom qed jistennew li jingħataw laptop għall-użu tal-professjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m’hemm l-ebda għalliem jew edukatur li qegħdin jistennew li jingħataw laptop. Infurmat ukoll li kull għalliem jew edukatur li għandu laptop eqdem minn ħames snin, ġew infurmati permezz ta’ email biex jiġbor laptop ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx politika ġenerali li tirregolarizza l-użu tal-lockers fl-iskejjel, id-depożiti mitluba, meta jintalbu u kif jingħataw lura?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jemmen li l-iskejjel fil-Kulleġġi rispettivi tagħhom, għandhom ikollhom element t’awtonomija. Kull skola tfassal il-politika tagħha li tirregolarizza l-użu tal-lockers fl-iskejjel, id-depożiti mitluba, meta jintalbu u kif jingħataw lura.
Jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi ġodda kien hemm għal dak li jikkonċerna t-tisħiħ tal-ħidma koordinata bejn il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS), id-Dipartiment tas-Saħħa u l-iskejjel biex jiġi assigurat li jkun hemm passi preventivi biex jiġu mħarsa l-interessi tat-tfal, matul l-aħħar tnax il-xahar u x'titjib sar f'dan ir-rigward matul dan il-perjodu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq reklmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar is-27 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux mistenni li jinbeda xogħol ta’ bini ta' skola fil-limiti tan-Naxxar, mill-Gvern u jekk iva, meta hu mistenni li jinbeda dan ix-xogħol? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u jagħti tagħrif dwar jekk hux ser ikun hemm faċilitajiet ta' parkeġġ għall-għalliema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-applikazzjoni ta żvilupp diġa ġie sottomess lill-Awtorita tal-Ippjanar, il-proġett jinsab f’fażi ta’ konsultazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri 3-16 fl-iskejjel tal-Gvern u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal li jattendu f'kull wieħed minn dawn iċ-ċentri, u kemm hu n-numru ta’ persuni li jkunu qed jieħdu ħsieb dawn it-tfal?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s’issa hawn total ta’ 35 ċentru 3-16 fejn jattendu 5,541 tifel/tifla. Hemm ukoll 1001 impjegat li jieħdu ħsieb lit-tfal.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Breakfast Club tul din is-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm 9,728 student li rreġistraw biex matul din is-sena skolastika jgħamlu użu mis-servizz tal-Breakfast Club.
Klabb 3-16 – Snin skolastiċi 2020-2021 / 2021-2022
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Klabb 3-16 matul l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri tul is-snin 2020-2021 / 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin msemmija kien hemm total ta’ 8,520 student li għamlu użu mis-servizz tal-Klabb 3-16
Breakfast Club — Snin skolastiċi 2020-2021 / 2021-2022
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li għamlu użu mis-servizzi tal-Breakfast Club matul l-aħħar sentejn skolastiċi, jiġifieri tul is-snin 2020-2021 / 2021-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin msemmija kien hemm total ta’ 15,992 student li rreġistraw biex jgħamlu użu mill-Breakfast Club.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jagħtu s-servizz tagħhom lill-Breakfast Club tul din is-sena skolastika 2023-2024?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal matul din is-sena skolastika ġew approvati 636 point ta’ superviżjoni għal waqt il-Breakfast Club. Dan ix-xogħol isir fuq bażi ta’ roster.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9145 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar ġimgħat id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ġewwa Għawdex, li mid-9 ta' Settembru 2022 kien beda jopera u jaħdem mill-Gozo Innovation Hub ġewwa x-Xewkija, ma baqax jopera? Jista’ jgħid fil-preżent minn fejn qed jopera dan id-Dipartiment u l-ħaddiema kollha li kien hemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-impjegati msemmija bħalissa qed joperaw b'mod temporanju mill-Iskola taż-Żebbuġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jkun hemm dizzjunarju tal-lingwa Maltija online li jkun jista’ jintuża anke fuq il-mezzi tal-midja soċjali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Università ta’ Malta — Tagħlim tal-ilsien Malti lill-barranin permezz ta’ Apps
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex, b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, l-ilsien Malti jiġi mgħallem lill-barranin, kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, permezz ta’ apps tal-lingwi bħal Duolingo u Babbel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-suġġett msemmi ser jibqa’ jiġi offrut u mgħallem anke permezz ta’ pjattaformi online, bħal ma sar matul dawn l-aħħar snin.