Ministeru għal Għawdex — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fil-Ministeru għal Għawdex mill-elezzjoni sal-lum hija din:
83 membru fejn 31 minnhom huma nisa: 37%.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4441, tista’ l-Ministru tgħid jekk preżentement il-Gozo Youth Council hux kostitwit? Tista' tgħid għaliex l-ammont ta' €25,000 li kien hemm ivvutat għal Gozo Youth Council fl-estimi għas-snin 2016, 2017 u 2018 ma ntefaq xejn minnhom f’kull sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li preżentement il-Gozo Youth Regional Council huwa kostitwit. Ir-raġuni għaliex l-ammont ta’ €25,000 li kien ivvutat għal Gozo Youth Regional Council għas-snin 2016, 2017 u 2018 ma ntefaq xejn minnhom f’kull sena hija li l-ftehim propost mill-Ministeru għal Għawdex u approvat mill-Ministeru tal-Finanzi ma ġiex iffirmat min-naħa tal-Gozo Youth Regional Council. Inoltre, minn kemm ilu li ġie ri-kompost il-GYC, ma ressqu ebda proposta, proġett jew inizjattiva li magħhom hi marbuta talba għall-fondi.
Nadur – Triq l-Imġarr u Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – survey report
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4429, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-survey report li sar fuq Triq l-Imġarr fin-Nadur u Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem? Tista' tgħid min għamel dan is-survey report u kemm kienet l-ispiża biex sar? Tista' tgħid x’inhu l-pass li jmiss fuq dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-survey sar mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Peress li se ikun hemm proċess ta’ procurement mhux għaqli li s-survey jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ippjanat li x-xogħol fi Triq it-Tiġrija ġewwa n-Nadur jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, tista’ tgħid jekk inħarġux it-tenders? F’liema xahar tas-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta saret il-konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali dwar xogħlijiet fit-toroq din ma ġietx indikata għax-xogħol tal-2018.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-iscore board li twaħħal reċentement fis-sala tal-Gozo Sports Complex? Tista’ tgħid jekk ħarġitx tender biex jinxtara u jsir ix-xogħol fuqu? Tista' tgħid meta twaħħal u beda jintuża u minn min qed jitħaddem dan l-iscore board u kemm-il darba ġie użat sa issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-iscore board li twaħħal riċentement fis-sala tal-Kumpless Sportiv ġie jiswa €33,004,60 (inkluż il-VAT). Dan inxtara permezz ta’ Direct Order approvata mill-Ministeru għall-Finanzi. Filwaqt li l-istallazzjoni saret mill-kuntrattur, it-tqegħid tal-cables tad-dawl u xogħol anċillari sar mill-Uffiċċju taċ-Chief Information Officer tal-Ministeru għal Għawdex u mill-ħaddiema tal-istess Kumpless Sportiv. L-iscore board twaħħal fis-7 ta’ Diċembru 2017 u beda jintuża l-Ħadd, 17 ta’ Diċembru 2017. Il-ħaddiema tal-Kumpless Sportiv qegħdin iħaddmu l-iscore board u sal-lum intuża kull darba li kien hemm attività tal-massa jew kampjonati sportivi fil-Kumpless Sportiv. Inżid ngħid li dan sar fuq talba ta’ diversi għaqdiet sportivi.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li ma hemmx Wi-Fi f'kull parti tal-Gozo Sports Complex fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex biex ikun jista’ jintuża mill-atleti u spettaturi? Hemm ħsieb li fil-futur qrib ikun hemm aċċess għall-Wi-Fi f'kull parti ta' dan il-Kumpless Sportiv?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li preżentement jeżisti Wi-Fi fis-sezzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kumpless Sportiv t’Għawdex u fis-sezzjoni tal-Gozo Sports Board fl-istess kumpless. Qed tiġi evalwata l-possibbiltà li jkun hemm il-Wi-Fi f’kull parti ta’ dan il-kumpless bħala parti mill-proġett tal-Ministeru għal Għawdex li nestendu l-Wi-Fi madwar Għawdex u Kemmuna.
Tista’ l-Ministru tgħid x'investiment infrastrutturali sar sena b'sena mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum ġewwa d-Dwejra f'Għawdex? X'investiment hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2018 fid-Dwejra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-perijodu msemmi ma sar l-ebda xogħol ġewwa d-Dwejra f’Għawdex. Hemm ippjanat li matul is-sena 2018 tingħata l-aħħar kisja ta’ tarmak minn Triq il-Ġebla tal-Ġeneral sad-Dwejra.
Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq tabelli li saru fit-toroq
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha fuq tabelli li saru fit-toroq sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu u għamlu dan ix-xogħol u kemm tħallsu ta' kull biċċa xogħol? Tista’ tgħid jekk għadx fadal kontijiet pendenti u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal tali pendenzi fil-ħlasijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bħalissa għaddej tender li preżentament jinsab fil-fażi tal-adjudication tiegħu.
Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq żebgħa għas-sinjali u marki fl-art li saru fit-toroq
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha fuq żebgħa għas-sinjali u marki fl-art li saru fit-toroq f'Għawdex sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid min kienu l-kuntratturi li ħadu u għamlu dan ix-xogħol u kemm tħallsu ta' kull biċċa xogħol? Tista’ tgħid jekk għadx fadal kontijiet pendenti u jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni għal tali pendenzi fil-ħlasijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Inżid ngħid li x-xogħol ta’ żebgħa jsir mill-ħaddiema tar-Roads section fil-Ministeru għal Għawdex.
Attachments:Copy of PQ5257 - Żebgħa fit-toroq - Infiq.pdf
Tista’ l-Ministru tgħid min kien il-perit responsabbli mill-proġett tal-Pjazza tax-Xagħra? Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal dan il-proġett u tgħid jekk dan il-proġett sarx kollu kemm hu skont il-permess maħruġa mill-PA?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit li kien inkarigat mix-xogħol f’din il-pjazza kien il-Perit Angelo Portelli.
Dwar dettalji tal-progett l-ewwel entry fil-file jirriżulta li kien datat 4/9/2015 u ma hemm ebda dettalji dwar applikazzjonijiet tal-PA. Iżda minn informazzjoni miksuba mill-Awtorita’ tal-ippjanar u mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra rriżultaw is-segwenti proċeduri:
DN/01339/13 – To Upgrade the square with new pavements and street furniture
DN/01148/14 – To upgrade the square with new pavements and street furniture – as approved in DN 1339/13.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex hux ser jibda jaħdem matul is-sena 2018 u jekk iva f’liema xahar mistenni li jibda jaħdem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2839. Jiżdied jingħad li bħal ma’ jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-fast ferry ma jistax jibda jopera qabel jiġi eżawrit il-proċess tal-PSO.
Ministeru għal Għawdex – billboard advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ippjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmak fi Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb Għawdex qabel jibda l-istaġun tas-sajf u jekk le, meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għall-din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ippjanat li x-xogħol fi Triq Sannat ġewwa s-Sannat jinbeda matul is-sena 2018? Jekk iva, ħarġu t-tenders u f'liema xahar tas-sena huwa ppjanat li jibda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li it-tender tal-parti ta’ Triq Sannat fuq in-naħa tax-Xewkija jinsab f’evaluation stage. Għat-tieni parti tat-triq ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-junction. Meta l-permess jiġi approvat, jinħareġ it-tender tat-tieni parti tat-triq.
Ministeru għal Għawdex – kumitat jew bord — membri
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3516 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ membri ta’ kull kumitat jew bord li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn fil-Ministeru għal Għawdex jew xi entità li taqa' taħt l-istess Ministeru? Tista' tindika kemm kienet ir-remunerazzjoni ta' kull membru fis-sena f'kull kumitat jew bord fejn dawn ma kenux bla ħlas?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ Numru 5097 - Bordijiet Maħtura.pdf
Għawdex – Triq Gorf, ix-Xagħra u Triq Għajn Qatet, ir-Rabat — xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk Triq Gorf ġewwa x-Xagħra u parti minn Triq Għajn Qatet ġewwa r-Rabat Għawdex ġewx awarded it-tenders biex isir xogħol ta' resurfacing fihom? F’liema xahar ta’ din is-sena huma ppjanati li jibdew ix-xogħlijiet fuq dawn iż-żewġ toroq u f’liema xahar u liema sena mistennija jitlestew dawn iż-żewġ toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq Għajn Qatet beda iktar kmieni dan ix-xahar. Filwaqt li dwar ix-xogħol fi Triq Ġorf, qed jitlestew ix-xogħolijiet preparatorji mal-entitajiet biex ix-xogħol ikun jista’ jibda fil-ġranet li ġejjin.
Għajnsielem Għawdex – Ras il-Ħobż – każijiet ta’ leakage ta’ drenaġġ
Question
Peress li matul dawn l-aħħar snin kien hemm każijiet (u għad hemm) ta’ leakage ta’ drenaġġ li jinżel minn mal-blat u jibqa’ sejjer fil-baħar f’Ras il-Ħobż, Għajnsielem, Għawdex u peress li din hija żona frekwentata ħafna mill-bugħaddasa minħabba li hemm xi dgħajsa jew vapur mgħerreq, tista’ l-Ministru tgħid x’pjanijiet hemm biex din il-problema tissolva darba għal dejjem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qiegħed f’taħdidiet mal-Ministeru tal-Enerġija u Mmaniġġjar tal-Ilma kif ukoll mal-Water Services Corporation biex tinstab soluzzjoni kemm jista’ jkun malajr u tkun long term.
Ministeru għal Għawdex — mobile phones imħallsa mill-Gvern
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephoneimħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għal din il-Mistoqsija Parlamentari għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti l-ġodda li saru għad-Dar tal-Anzjani San Ġużepp ġewwa Għajnsielem Għawdex? Tista' tgħid min kien il-Perit li għamel il-pjanti oriġinali fil-leġiżlatura li għaddiet u kemm tħallas tax-xogħol tiegħu? Tista’ tgħid fil-preżent, min hu l-Perit li qed imexxi dan il-proġett? Tista’ tgħid min hu l-Perit li għamel ix-xogħol fuq il-pjanti l-ġodda u kemm tħallas jew ser jitħallas tax-xogħol tiegħu u kif ġie magħżul biex jagħmel dan ix-xogħol u jekk jaħdimx mal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanti oriġinali kienu saru mill-Perit Angelo Portelli, li huwa mpjegat tal-Gvern.
Il-pjanti riveduti ġew imħejjija mill-Perit Frank Muscat li kien inkarigat minn diversi djar tal-anzjani tal -Gvern u l-permess huwa PA 9521/2017. Permezz tal-pjanti riveduti ġiet introdotta dementia block u l-binja saret fully compliant mal-aħħar standards għad-djar tal-anzjani. Kopja tal-pjanti l-ġodda qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.