Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet taħt il-kategoriji ICD-10 C45 mesoteljoma, J61 pnewmokonjożi minħabba l-asbestos u J92.0 plakka plewrali bil-preżenza tal-asbestos, għal kull sena mill-2016 sal-2025, separatament għal Malta u Għawdex? Għal kull kategorija, jista’ jiddistingwi bejn każijiet fejn il-kundizzjoni kienet il-kawża sottostanti tal-mewt u każijiet fejn kienet kawża kontribwenti?
Kummissarju għall-Anzjani – Ilmenti relatati ma’ djar residenzjali
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-ilmenti li waslu għand il-Kummissarju għall-Anzjani matul l-aħħar ħames snin kienu relatati ma' djar residenzjali għall-anzjani? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu jinvolvu allegazzjonijiet dwar trattament ħażin, nuqqas ta' kura jew kundizzjonijiet mhux xierqa?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-membri tal-Kunsill għall-Anzjani stabbilit taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani?
Ministeru għas-Saħħa – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk Malta għandhiex Earthquake Emergency Response Plan speċifiku u aġġornat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie approvat, meta ġie rivedut l-aħħar, u liema entitajiet huma responsabbli mill-implimentazzjoni tiegħu?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista ta' rakkomandazzjonijiet li l-Kummissarju għall-Anzjani għamel lill-Gvern mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet għadhom ma ġewx implimentati?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mill-każijiet riferuti lill-Kummissarju għall-Anzjani f'kull sena, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu jirrigwardaw allegat abbuż, negliġenza jew sfruttament finanzjarju ta' persuni anzjani? Jista' jgħid ukoll x'azzjoni ttieħdet f'dawn il-każijiet?
Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani – Ilmenti/każijiet ta’ ksur tad-drittijiet
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċieva lmenti jew każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-anzjani l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ingħalqu?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk itteħditx azzjoni wara rapporti li kien hemm drenaġġ fil-baħar f’Wied il-Mielaħ, Għawdex fit-8 ta’ Settembru 2026, għad-detriment tas-saħħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ma rċieva l-ebda lment rigward drenaġġ fil-baħar fiż-żona indikata. Madankollu, hekk kif l-Uffiċċju tas-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa f’Għawdex sar jaf bis-sitwazzjoni fid-9 ta’ Settembru 2026, informa minnufih lit-Taqsima tal-
Wastewater Operations Unit
fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ninsab infurmat li l-każ kien dovut għal ħsara fil-pompa tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Wied il-Mielaħ, li wasslet li xi drenaġġ sab triqtu lejn il-baħar. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet azzjoni immedjata billi wettqet ix-xogħlijiet ta’ tiswija meħtieġa u naddfet iż-żona affettwata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex kien hemm pazjenti li kienu fuq lista ta’ stennija għal air mattress (ġew infurmati li m’hemmx biżżejjed bejn l-1 u s-6 ta’ Lulju)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm air mattresses available fl-Isptar Mater Dei?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei ikun hemm domanda kontinwa għal saqqijiet tal-arja għall-pazjenti. Infurmat li għaldaqstant, inħarġet sejħa b’tender għall-akkwist ta’ 60 saqqu tal-arja ġdid sabiex tkompli tissaħħaħ il-provvista ta’ dawn it-tip ta’ saqqijiet fl-Isptar. Infurmat li s’issa hemm 371 saqqu tal-arja disponibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw Epipens lill-minorenni taħt it-18-il sena minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 120, 798 u 1690 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kien hemm 67 inġagg u 15 -il terminazzjoni bejn Jannar u Settembru 2026.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 114, 556 u 1474 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategoriji ta’ impjiegi stabbiliti għas-servizzi varji li huma meħtieġa f’kull livell? F’kull kategorija ta’ impjieg, jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità mhux Maltija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Każi mediċi u mwiet relatati ma’ temperaturi ambjentali għoljin
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex relatati ma’ problemi ta’ saħħa kkawżati minn temperaturi ambjentali għoljin matul ix-xhur ta’ Mejju, Ġunju u Lulju 2026? Kif jitqabblu dawn iċ-ċifri ma’ dawk għall-istess perjodu fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew iċċertifikati mwiet li kienu konsegwenza diretta tal-effett tas-sħana f’Malta matul l-istess perjodi fl-2026 u fl-2025?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ġie introdott is-servizz ta’ kimoterapija ambulatorja għal pazjenti morda bil-kanċer f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll:
i. liema tip jew tipi ta’ kanċer qegħdin jiġu trattati b’dan il-mezz ta’ kimoterapija;
ii. kemm ġew trattati s’issa pazjenti b’kimoterapija ambulatorja minn meta ġie offrut dan is-servizz; u
iii. x’tip ta’ kimoterapija ambulatorja qiegħda tiġi amministrata u jekk hemmx il-ħsieb li dan is-servizz ta’ trattament onkoloġiku jkun estiż għal firxa aktar wiesgħa ta’ tipi differenti ta’ kanċer?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ kimoterapija ambulatorja ġie ntrodott f’Ottubru 2023. Bħalissa, il-kimoterapija ambulatorja qed tintuża prinċipalment għat-trattament ta’ pazjenti bil-kanċer tal-musrana (Colorectal Cancer) u kanċer tal-parti ta’ fuq tal-passaġġ gastrointestinali (Upper GI Cancer). Minn meta beda jiġi offrut is-servizz tal-kimoterapija ambulatorja, ġew trattati madwar 100 pazjent. L-unika kimoterapija li tista’ tiġi amministrata b’mod ambulatorju hija 5-Fluorouracil (5-FU), li tingħata permezz ta’ infużjoni kontinwa għal perjodu ta’ madwar 40 sa 42 siegħa. Dan jippermetti lill-pazjent jirċievi t-trattament u mbagħad imur lura d-dar, mingħajr il-ħtieġa li jibqa’ rikoverat l-isptar matul dan il-perjodu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x' inhu n-numru ta' embrijuni li hemm iffriżati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Awwissu 2026, f’Malta kellna 1459 embrijun Krijopreservati.