Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' servizzi ta' Telecare li hemm għand anzjani f'kull waħda mill-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettroali? Kif jitqabbel dan in-numru ta' servizzi man-numru ta' anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-numru ta’ servizzi ta’ Telecare li hemm għand l-anzjani f’kull waħda mill-lokalitajiet huwa kif indikat hawn:
Distrett 7: 676 klijent
Zebbuġ (Malta): 180; Mgarr: 74; Rabat/Baħrija: 355; Rabat/Virtu: 2; Dingli: 51, Mtarfa: 74
Distrett 11: 556 klijent
Mdina: 14; Balzan: 116; Attard: 127; Mosta: 299
Distrett 12: 525 klijent
Naxxar/Bahar iċ-Ċaghaq: 145; San Pawl il-Baħar: 255; Mellieħa: 125.
Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni ta’ numru ta’ anzjani li hemm residenti fl-istess lokalitajiet imsemmijin hawn fuq.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' anzjani li qed jingħataw is-servizz ta' home help fil-lokalitajiet tas-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali, lokal lokal? Kemm għad hemm persuni li għalkemm talbu li jingħataw dan is-servizz sal-lum għad mhux qed jingħataw is-servizz? X'tip ta' diffikultà qed jaffaċja l-Ministeru biex ikun jista' jaqdi t-talbiet li għandu pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
servizzi tas-saħħa għal Malti li kienu jgħixu barra
Question
Jista' l-Ministru jispjega għaliex ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura Malta ma għandhomx id-dritt li jkollhom free public healthcare Malta bħall-Maltin l-oħra u jkollhom biss dritt għal certificate of entitlement li jkun validu għal sena waħda? F'ċirkostanzi bħal dawn għaliex ir-rifuzjoni bejn l-isptarijiet abbażi tal-lok tal-bolol imħallsa m'għandhiex tkun fuq livell tal-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea minflok mal-onoru jintefa' fuq il-pazjent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-drittijiet li għandhom ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra huma mħarrsa sew permezz tal-mertu tat-termini tar-Reciprocal Health Agreement iffirmat diversi drabi bejn Malta u l-Ingilterra, kif ukoll taħt il-provedimenti tar-Regolamenti (EC) 883/2004 u (EC) 987/2009 dwar il-ko-ordinazzjoni tas-sistemi ta sigurta soċjali, u li daħlu fis-seħħ fl- 1 ta’ Mejju 2010.
Il-provedimenti tat-tali regolamenti mhux biss jelenkaw id-drittijiet taċ-ċittadini kollha Ewropej, fosthom dawk il-Maltin li jkunu għexu, ħadmu u ħallsu il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali. Pero’ dawn il-provvedimenti jindikaw ċar il-proċeduri ta’ kif dawn ir-regolamenti għandhom jiġu implimentati mingħajr diskriminazzjoni.
B’hekk dawk iċ-ċittadini Maltin li jiġu lura minn kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropeja, jingħataw
Certificate of Entitlement
li biħ għandhom dritt għall-aċċess ta’
healthcare
b’xejn, kif offrut fil-pajjiż ta’ residenza (irreferi għas-sit:
http://ec.europa.eu/social-security
).
Huwa dejjem il-pajjiż fejn tħallsu l–aktar kontribuzzjonijiet li jibqa’ responsabbli (Stat kompetenti) u jagħmel tajjeb għall-ħlas. Mill-1 ta’ Jannar 2013, gie deċiz mill-Awtortajiet Kompetenti Malti, li
Certificates of Entitlement
issa ser jidbew ikunu validi għal 3 snin sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent.
Fil-każ ta’ ċittadini Maltin li jkunu għexu l-Ingilterra u jerġgħu jiġu lura, Malta ma titlobx ħlas għas-servizzi ta’
healthcare
li jingħatalhom f’Malta mill-Ingilterra, b’rispett lejn il-provvedimenti tar-
Reciprocal Health Agreement (RHA)
imsemmi qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-injection accasta 5mg solution for infusion zoledronic acid 100ml tistax tingħata b'xejn għall-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Medicines Entitlement Unit ma rċieva l-ebda applikazzjoni tal-pazjent li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Il-Mediċina f’forma ta’ vjali
zoledronic acid
5mg
tinstab disponibbli fil-Formulajru tal-Gvern. Din il-mediċina tingħata bla ħlas lil pazjenti li għandhom:
· Il-marda ta’ Paget’s;
· Osteoporożi assoċjata ma’ kura bi sterojdi għal perjodu twil ta’ żmien minħabba waħda mill- kundizzjoni kroniċi li ġejjin skont il-lista tal-Ħames Skeda:
- Ażżma kronika
- Mard tal-kliewi kroniku
- Mard tal-fwied kroniku
- Mard Pulmonari Ostruttiv Kroniku
- Indeboliment Respiratorju Kroniku
- Fibrożi Ċistika
- Dermatomijosite/Polimijosite
- Mard Infjammatorju fl-Imsaren
-
Lupus Erythmatosus
- Mard ta’ natura Malinja
- Sklerożi Multipla
-
Myasthenia Gravis
- Poliartrite Nodosa
- Polimajalġja Rewmatika
- Artrite Rewmatika
- Artrite seronegattiva
- Sklerożi Sistemika
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, ingħataw erba’ mijja u sitta u tletin (436) direct order li jammontaw għal għoxrin miljun, erba’ mijja u erba’ u sittin elf, tminn mijja u sebgħa u tletin Ewro, u ħamsa u ħamsin ċenteżmu (€20,464,837.55).
Mitejn u sebgħa u għoxrin (277) minn dawn id-
direct orders
, li jammontaw għal għoxrin miljun, mijja u sitta u sebgħin elf, sebgħa mijja u disgħa u disgħin Ewro (€20,176,799.00), intefqu f’mediċina u fuq apparat li jintuża fl-isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema oqsma hemm il-ħsieb li jsiru ftehim mas-settur tas-saħħa privat sabiex ikunu jistgħu jiġu operati pazjenti li bħalissa qegħdin fuq il-waiting list? Kemm hija s-somma li se tkun iddedikata għal dan ir-rigward u jekk hemmx ħsieb li jsiru operazzjonijiet fil-privat minħabba u permezz ta' dan il-ftehim?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm il-ħsieb li fil-qasam ta’ day surgery, fejn l-intervent kirurġiku isir matul il-ġurnata u l-pazjent ikun jista’ jintbagħat id-dar dak inhar stess, tiġi kkunsidrata il-possibilita’ li jinfirxu il-ftehim eżistenti bħal tal-katarretti u l-artroskopija tal-irkoppa, li diġa qegħdin isiru, mas-settur tas-saħħa privat sabiex ikunu jistgħu jiġu operati pazjenti li bħalissa qegħdin fuq il-waiting list.
Is-somma li hi ddedikata għal dan ir-rigward hi meħuda mill-estimi tal-Vot Rikurrenti Programmes and Initiatives, speċificament il-Vot magħruf bħala: Waiting Lists for Medical Services (Outsourcing) li għas-sena 2012 ammonta għal €2,500,000.
Sptar tal-Onkoloġija — kundizzjonijiet oriġinali għall-bini tal-isptar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk waħda mill-kundizzjonijiet oriġinali għall-bini tal-Isptar tal-Onkoloġija kienet li ma jistax jsir tibdil fil-pjanta oriġinali? Jista' jikkonferma jekk bedix isir xi tibdil dwar dan? Jista' jikkonferma jekk il-bini huwiex se jsir minn kuntrattur b'esperjenza fil-bini ta' sptarijiet? Jekk iva, u l-għażla saret, x'esperjenza għandu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru mill-gvern minn persuni tekniċi u indipendenti dwar il-possibilità ta' użu ta' partijiet mill-Isptar San Luqa qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li jiġi akkwistat għall-użu ta' sptar privat abbandunat bħal Sptar Saint Philip?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li juri kemm hemm impjegati ta' nazzjonalità barranija, f'liema kariga jinstabu ingaġġati (kull kariga) u mil-liema sena ilhom ingaġġati fis-settur tas-saħħa? Jista' jipprovdi ukoll is-salarju annwali li qed jirċievu dawn l-impjegati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 352 impjegat ta’ nazzjonalità barranija mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Dawn huma ingaġġati fil-karigi segwenti:
Basic Specialist Trainee 1
Basic Specialist Trainee 2
Consultant
Dental Technician
Enrolled Nurse
Expatriate Radiographer (Therapy)
Expatriate Radiotherapy Physicist
Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy Physics)
Expatriate Scientific Officer (Radiotherapy)
Higher Specialist Trainee
House Officer
Medical Laboratory Technologist
Medical Officer
Midwife
Paramedic Aide
Physiotherapist
Radiographer
Resident Specialist
Senior Radiographer
Staff Nurse
Staff Nurse
Dawn ġew ingaġġati hekk:
1 fl-1978; 2 fl-1989; 1 fl-1992; 4 fl-1993; 3 fl-1994; 1 fl-1995; 1 fl-1996; 1 fl-1997; 3 fl-1998; 1 fl-1999; 2 fl-2000; 11 fl-2001; 6 fl-2002; 3 fl-2003; 2 fl-2005; 5 fl-2006; 15 fl-2007; 42 fl-2008; 19 fl-2009; 29 fl-2010; 91 fl-2011; 109 fl-2012.
Is-Salarji tal-Uffiċċjali kollha huma ekwivalenti għal dawk stipulati għall-gradi rispettivi jew għar-rati kuntrattwali approvati mill-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29953 u jipprovdi lista dettaljata ta' mediċini li kienu jinsabu out of stock mis-sena 2009 sa Ottubru 2011 u jgħid meta ġew supplied wara li kienu rapportati out of stock? Jista' jgħid kemm ilhom out of stock? Jista' jgħid jekk is-sistema ta' stock management control bdietx taħdem?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar snin, kienet prattika regolari li organi umani li ma jistgħux jiġu transpjantat f'Malta jintbagħtu fi sptarijiet l-Italja biex ikunu jistgħu jiġu traspjantati hemm? Jista' jikkonferma li dan l-arranġament isir mingħajr ma jeżisti xi forma ta' reċiproċità min-naħa ta' sptarijiet Taljani konċernati? Fil-ftehim dwar saħħa negozajti mal-Italja, x'konsiderazzjoni ttieħdet ta' x'qiegħed jiġri bejn iż-żewġ pajjiżi fil-qasam imsemmi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat, li kull organu li ngħata mill-familji Maltin wara il-mewt ta qrabathom li ma setgħuwx jiġu wżati fuq pazjenti Maltin ma nħlewx, u ġew offruti kemm l-Italja jew l-Ingilterra. Fl-aħħar sena u nofs sar trattat bejn Malta u l-Italja, kif ukoll bejn Malta u Ċentru ta’ trapjanti fi Sqallija. Dan it-trattat jipprovdi li kull Malti li għandu bżonn trapjant jista` jiddaħħal fil-lista ta’ stennija ta’ Sqallija.
Taħt dan il-ftehim pazjenta Maltija giet trappjantata b’pulmun li ġie mogħti min pazjent Taljan. It-trapjant tal-pulmun kien l-ewwel darba li sar fuq pazjent Malti.
Qed tiġi mistħarrġa il-possibilta’ ta’ trapjant tal-frixa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm liċenzji li qed jiġu pproċessati bħalissa mid-Dipartiment għas-Saħħa, għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda? F'liema lokalitajiet? Kemm ilhom pendenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħal issa qed jiġu ikkunsidrati u proċessati għaxar (10) applikazzjonijiet għal liċenzji ġodda ta’ spiżeriji, fil-lokalitajiet li ġejjin: In-Naxxar – 1, San Ġwann – 1, Birżebbuġa – 1, Il-Kalkara – 1, Marsaskala – 1, Marsaxlokk -1, Il-Birgu – 1, Ħaż-Żabbar – 2, L-Għarb – 1.
Id-data ta’ dawn l-applikazzjonijiet hija kif jidher hawn taħt:
In-Naxxar – 2 ta’ Ġunju 1993
San Ġwann – 14 ta’ Ottubru 1988
Birżebbuġa – 7ta’ Lulju 1994
Il-Kalkara - 28ta’ Jannar 2011
Marsaskala - 5ta’ Novembru 1998
Marsaxlokk - 29ta’ Dicembru 1995
Il-Birgu - 29ta’ Frar 2012
Ħaż-Żabbar - 1. 22ta Settembru 1987 u 2. 14ta Mejju 1993
L-Għarb – 1ta’ Lulju 2005
Għawdex — Skema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek - timoptol eye drops
Question
Peress li Timoptol eye drops mhux jiġu fornuti mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek f'Għawdex, jista' l-Ministru jara li dan jiġi fornut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċina Timolol eye drops se tkun fornuta lill-Gvern fil-jiem li ġejjin u titqassam fl-ispizeriji fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tieghek fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-gvern rigward il-parkeġġ tac-CDAU in vista tal-lamenteli kontinwi dwar in-nuqqas tal-parkeġġ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sar eżerċizzju dwar l-immaniġġjar tal-parkeġġ ġewwa l-Isptar San Luqa. Dan l-eżerċizzju sar peress li s-servizzi kemm klinici kif ukoll amministrattivi mogħtija minn dan is-sit żdiedu konsiderevolment. F’dan l-eżerċizzju ġew ikkunsidrati spazji ta’ parkeġġ riservati esklussivament għall-pazjenti li jużaw is-servizzi kliniċi. Fosthom hemm iċ-CDAU.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun ingaġġati mal-gvern full-time in-nurses li gradwaw din is-sena 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li numru sostanzjali ta’ infermiera diġà daħlu jaħdmu mall-Gvern, u jonqos grupp ieħor ta’ infermiera li ggradwaw f’Settembru 2012, li mistenni jkunu ngaġġati fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha s-servizz tat-Telecare jaħdem kif suppost?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ għamel kuntatt mal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant biex jara ezatt x’inhi l-problema tas-servizz tat-Telecare. Saru komunikazzjonijiet bejn id-Dipartiment u l-Go biex il-persuna msemmija jkollha s-servizz tat-Telecare jiffunzjona kif suppost mill-aktar fis possibli. Persuni mill-Go marru għand din il-persuna nhar it-Tlieta, 11 ta’ Settembru fejn sabu li kollox kien qed jiffunzjona sew b’hekk l-anzjana għandha s-servizz jaħdem kif suppost.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni tal-irkoppa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li s-Sinjura hawn fuq imsemmija ġħandha appuntament fil-Pre Op clinic fl-10 t’Ottubru 2012. Dan ifisser li l-operazzjoni sejra issir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix Axura Donecept għall-persuni li jbatu mid-dimensia u Combodart għal prostata b'xejn lill-pazjenti peress li jiswew ħafna flus?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini Axura® (memantine) u Donecept® (donepezil) m’humiex disponibbli fil-Formularju tal-Gvern. Bħalissa għaddej il-proċess ta’ evalwazzjoni u ppjanar għall-mediċini tad-Dimensja, sabiex dawn jiġu nklużi fil-formularju tal-Gvern, wara li aktar kmieni din is-sena id-dimensja giet inkluża fl-Iskeda V tal-Att tas-Sigurta’ Socjali. Il-mediċina Combodart® (tamsulosin + dutasteride) ma tinstabx fil-formularju tal-Gvern. Dan il-prodott mediċinali huwa indikat għall-Benign Prostatic Hyperplasia (BPH), li bħalha kundizzjoni ma tinstabx fl-Iskeda V tal-Att tas-Sigurta’ Socjali.
Jista' l-Ministru jgħid fl-Isptar Mater Dei kemm twieldu ulied minn ommijiet xebbiet matul dawn l-aħħar għaxar xhur tas-sena 2012? Kemm minn dawn l-ommijiet xebbiet kienu ta' nazzjonalità barranija? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal twelid mill-isptarijiet privati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 467 tarbija minn ommijiet xebbiet f’Malta u Għawdex. Minn dawn it-trabi, 47 twieldu minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq l-oqbra ġodda u tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata f'liema stadju qiegħed? Jista' jgħid meta se jkun hemm offerta għal min irid jixtri qabar ġdid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bil-pubblikazzjoni l-ġimgħa li għaddiet tal-Avviż Legali 327 tal-2012 infetħet it-triq sabiex jinbiegħu 2989 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
Matul din il-ġimgħa għandu jingħalaq it-
tendering process
għall-kostruzzjoni u r-restawr tal-istess ċimiterju u b’hekk ix-xogħol fuq l-oqbra l-ġodda mistenni li jibda mill-aktar fis possibli.