Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #36141 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Pixxina Nazzjonali — provvista ta' fuel

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien qiegħed jissuplixxi l-fuel lill-Pixxina Nazzjonali? Dan is-servizz ingħata b'direct order? Meta l-gvern bi ħsiebu joħroġ it-tender?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Fuel tal-Pixxina Nazzjonali qed jinxtara b’direct order mill-Enemalta wara li kien skada t-tender preċedenti. Bħalissa l-Kunsill Malti għall-iSport qed jipprepara sejħa ġdida għall-offerti li ser tintbagħat lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-pubblikazzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Furjana — Skola tal-Ospizio - watchman

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fis-sena skolastika 2007 - 2008 kienx hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana? Jekk iva fi x'ħin kienu l-ħinijiet tax-xogħol tiegħu? Jekk kien hemm watchman, tista' tgħid fi x'ħin kien xogħol nhar id-9 ta' April 2008 u x'kien qed jagħmel bein is-6.00 p.m. u s-7.00 p.m.? Tista' tgħid jekk f'din l-iskola kenux għaddejjin evening classes f'dik id-data u jekk iva fi x'ħin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena skolastika 2007-2008 kien hemm watchman mal-iskola tal-Ospizio l-Furjana. Il-ħin tax-xogħol tiegħu kien mill-5pm sas-7am. Nhar id-9 ta' April, 2008 il- watchman kien xogħol mill-5pm-7am. Il- watchman xehed li bejn is-6.00pm – 7.00pm, kien għand il-professur ma’ missieru. Il- watchman ġie mtella’ quddiem Bord tad-Dixxiplina u kien sospiz għal tlett ijiem (3), f’dawn il-ġranet : 14, 15 u 18 ta’ Settembru 2008. Evening Classes ma kienx hemm dak inhar.
Leg 11 PQ #36189 Sitting 500 2012-07-09 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Scholarships — second degree courses jew PhD fil-European Studies

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35991, tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija kif magħmula jiġifieri fuq dawn l-aħħar 20 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja għandu rekords mill-2006 ’l hawn (jiġifieri minn meta bdiet l-ewwel skema tal-MGSS). L-ischolarships mogħtija jidhru fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35,991. Għall-perjodu ta’ qabel l-2006, ma nstabux dokumenti li juru li ġew mogħtja scholarships għal Masters jew PhD fil-European Studies mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Madankollu, mhux eskluż li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranija, li joffri wkoll scholarships , seta’ offra xi boroż ta’ studju li jwasslu għall-Masters u PhD fil-European Studies. F’dan il-każ, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

nurseries tat-tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fil-waiting list biex jidħlu f 'nurseries tat-tfal? Tista' tgħid kemm huma l-ħlasijiet għal dawn in-nurseries?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MCAST — kuntratti lecturing posts

Question

Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, minn mindu twaqqaf l-MCAST sal-lum, kemm ingħataw kuntratti definiti għal lecturing posts, kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time, u kemm minnhom ma ġewx imġedda għal bażi indefinita?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni li jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 35540 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Minn liema lokalità jiġu dawn il-persuni cioè numru ta' persuni minn kull lokalità li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ? Kemm hu intitolat li wieħed jew waħda tieħu bħala benefiċċju fi flus fil-ġimgħa meta din il-persuna tkun qed tirreġistra għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reġistru tax-xogħol u taħriġ

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari 35541 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilha u tgħid mis-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 għal kull sena, kemm kien hemm persuni li rreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol u taħriġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #35981 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

każ fejn LSA tiġi maqbuża

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċertu LSAs bħalma hi li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija Għawdxija u taħdem Malta, qegħdin ripetutament jiġu maqbuża minn oħrajn li bi dritt jiġu warajhom b'xi skuża jew oħra? Din ġustizzja? Huwa ġust li din l-LSA ġiet maqbuża mhux inqas minn tletin darba?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Is-sistema wżata sabiex Għawdxin fil-grad ta’ LSA 2 li jaħdmu Malta jiġu trasferiti għal Għawdex tiddependi minn klassifika li hija bbażata strettament fuq l-anzjanita` tal-individwu. Il-persuna msemmija tinsab fit-tieni post biex tiġi trasferita. Kultant jinqala` xi każ ġenwin fejn LSA Għawdxija li tkun taħdem Malta tiġi trasferita fuq bażi temporanja f’Għawdex minħabba raġunijiet umanitarji.
Leg 11 PQ #36044 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistant

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ ta' tifla li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha bżonn learning support assistant wara li l-ġenituri għamlu rapport privat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iStatementing Moderating Panel ma għandu l-ebda applikazzjoni pendenti f’isem din it-tifla.
Leg 11 PQ #36047 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

kors li mhuix se jiftaħ

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra għaliex il-kors li jwassal għal B Ed (early education and care) din is-sena mhux se jiftaħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors li jwassal għal grad ta’ B.Ed.(Hons.) fil-qasam tat-tfulija bikrija (Early childhood education & care) infetaħ fl-2009, fl-2010 u fl-2011 dejjem bħala evening course li jtul għal ħames snin. L-għan għal dan kien li jintlaħqu nies li diġà kienu bdew u bnew/qed jibnu karriera f’dan il-qasam imma riedu jtejbu l-grad tagħhom fid-dawl tal-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT (2007) li minn 2015 ’l quddiem, nies li jaħdmu f’dan il-qasam u għandhom grad universitarju fil-qasam, jitqiesu bħala għalliema kwalifikati. Fil- cohorts ta’ tliet snin, in-numru ta’ nies li qed japplikaw u jidħlu għall-kors li huma diġà impjegati fil-qasam dejjem naqas. Rajna ukoll żieda ta’ numru ta’ studenti li qed ifittxu bidla fil-karriera tagħhom. Għalhekk, din is-sena, il-Fakultà mhux se toffri l- evening course biex (a) tirrevedi l-kors u tagħmel reviżjonijiet meħtieġa (b) issir diskussjoni dwar il-possibilità li dan il-kors jibda jsir full-time biex b’hekk jibdew jitħarrġu studenti żgħażagħ f’dan il-qasam.
Leg 11 PQ #36050 Sitting 497 2012-07-03 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Intervisti fuq TVM

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 35789 u tgħid kemm kien in-numru ta’ intervisti li saru mal-Prim Ministru fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Prim Ministru bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, mal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-kapaċità kostituzzjonali tiegħu, mal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala Mexxej tal-Partit Laburista, mal-Ministri u mas-Segretarji Parlamentari, mal-Assistenti Parlamentari u mal-Kelliema tal-Grupp Parlamentari Laburista, li kienu mxandra fil-bulettini tal-aħbarijiet tat-8.00 pm ta’ TVM fl-2011 u bejn Jannar u Mejju 2012, b’mod separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Xi informazzjoni mitluba bejn Ottubru 2011 u Ġunju 2012 diġa’ ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 34367. Ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba se tieħu ż-żmien minħabba x-xogħol li hemm bżonn għat-tweġiba u għalhekk din se tingħata f’xi Seduta oħra.

persuni b'diżabilità li qed jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna b'diżabilità qiegħda tirreġistra għax-xogħol taħt part I u part II bħalissa? X'inhuma l-opportunitajiet ta' xogħol varji li qed ifittxu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direttorati tal-Edukazzjoni — post vakanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm postijiet vakanti fid-Direttorati tal-Edukazzjoni? Liema grad? Fejn wasal il-proċess biex jimtlew? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

persuni barranin li jaħdmu Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn persuni li l-oriġini tat-twelid tagħhom mhux Malti u li dawn kienu qed jaħdmu f"Malta bil-permessi kollha neċessarji fl-aħħar ta' Ġunju 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lil Ministru kkonċernat.

persuni li korrew fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bejn l-2006 u l-2011 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2012 kienx hawn persuni li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol jew anki tilfu ħajjithom u li dawn ma kinux suppost qed jaħdmu waqt li kienu f'Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #35752 Sitting 496 2012-07-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

language schools reġistrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm language schools reġistrati f’Malta u f'Għawdex separatament? Kemm jimpjegaw għalliema u kemm jesgħu studenti? Ta' liema lingwi huma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa hawn 40 skola tal-EFL liċenzjata, 39 f’Malta u 1 f’Għawdex. Skont l-istatistika l-iktar reċenti tal-NSO jiġifieri tal-2011 għandna l-informazzjoni li ġejja: Fl-2011, 1,287 għalliema ħadmu fl-iskejjel tal-EFL liċenzjati f’Malta u Għawdex Fl-2011, 69,297 student tal-EFL ġew Malta, bl-Italja, Ġermanja, Russja u Franza ikunu l-ikbar suq. Italja – 12,364 student Germanja - 11,874 student Russja - 8, 238 student Franza - 8,083 student Informazzjoni dwar kemm studenti jistgħu jieħdu ma tistax tiġi determinata minħabba meta Skola tal-EFL tilħaq il-kapaċita massima tagħha tista’ tapplika għal Anness u tuża spazju ta’ klassijiet addizzjonali.

Applikazzjoni għall-għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta t-tifel lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jingħata l-għajnuna meħtieġa għax lill-ġenituri qalulhom li hemm stennija ta' sena qabel jagħtuhom risposta x'tip ta' għajnuna se jingħata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iSatementing Moderating Panel għadu ma rċeviex applikazzjoni għan-nom ta’ dan it-tifel. Skont l-iskola din se tintbagħat fil-jiem li ġejjin. Dan it-tifel m'għandu l-ebda diżabilità u diġà qed jibbenefika mis-support ta’ żewġ learning support assistants li qegħdin fil-klassi.

Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm tfal bħalissa qed jistennew li jingħataw risposta wara li applikaw għal-Learning Support Assistant jew shared Learning Support Assistant minħabba: a) xi diżabilità li għandhom; u b) minħabba xi learning difficulty? Meta hu maħsub li jingħataw l-għajnuna meħtieġa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Sa l-aħħar ta’ Mejju kien hemm 443 każ pendenti quddiem l-Istatementing Moderating Panel. Minn dawn ma hemm l-ebda każ ta’ diżabilità għaliex il-panel jagħti dejjem priorita’ lil dawn it-tip ta’ każijiet u l-ġenituri qed jingħataw appuntament appena tidħol l-applikazzjoni. Li hemm pendenti huma kollha każijiet ta’ learning difficulty li ma jidħlux taħt ir-remit tal-Istatementing Moderating Panel. Madanakollu jingħataw appuntament skont il-lista tar-reġistrazzjoni u skont id-diffikultajiet li jkollhom. Ħafna minn dawn it-tfal diġà qed jibbenefikaw mis-support li diġà hemm fil-klassi u minn servizzi oħra.

Supply ta' Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għax-xogħol ta' supply Learning Support Assistant? Kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Bħalissa, hemm 169 applikazzjoni pendenti għax-xoghol minn supply learning support assistants biex jiġu impjegati. Qabel ma jkun konkluż l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni għas-sena skolastika segwenti li jinvolvi trasferimenti rikjesti minn LSAs, ċaqliq biex jimtlew vakanzi kkawzati minn nuqqasijiet minn LSAs li huma żejda u biex ikomplu jiġu assenjati LSAs ma’ tfal li għadhom fil-proċess ta’ statementing, ma nkunux f’pożizzjoni li nindikaw kemm minnhom se jiġu assunti sal-aħħar tas-sena 2012.

Kapijiet tas-Skejjel tal-Knisja

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33280, tista' l-Ministru tgħid kemm mis-16-il kap lajk li hemm fl-iskejjel tal-knisja qiegħed jaħdem fil-livell primarju, sekondarju u post-sekondarju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.