Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #27780 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-qorti fis-sena 2010 fuq l-akkużi ta': a) serq aggravat; b) stupru; ċ) ħsara volontarja; d) feriment gravi; e) attentat ta' omiċidju; u f) omiċidju?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Reat Serq * Stupru Hsara volontarja Feriti gravi Attentat omicidju Omicidju Numru ta’ persuni mressqa l-Qorti 556 2 79 146 17 3 * Rigward l-informazzjoni fuq 'Serq Aggravat' ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata separata taħt din il-kategorija. .
Leg 11 PQ #27781 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed issir xi ħaġa sabiex it-taħriġ tal-armi mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, ma jibqax isir fl-akkademja eżistenti tal-Pulizija fil-Belt Valletta u b'hekk jitnaqqas l-iskomdu għar-residenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-taħriġ fl-isparar bl-armi tan-nar ġewwa l-Forti Sant Iermu ilu jsir għal bosta żmien, sa minn qabel dan il-Forti beda jservi bħala Akkademja tal-Pulizija. Sabiex kemm jista' jkun ma jkunx hemm inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi, dan it-taħriġ qed ikun limitat sa mhux aktar tard mis-2.30pm. Però kif jaf kulħadd, issa beda l-proġett ta’ bini ta’ Akkedemja ġdida ġewwa Ta’ Kandja u għalhekk, kif jitlesta x-xogħol fuq l-Akkademja l-ġdida, it-taħriġ tal-membri tal-Korp tal-Pulizija ma jibqax isir fil-Forti Sant Iermu.
Leg 11 PQ #27998 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

notifika bil-purtier b'eżitu negattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ssir emenda fil-ligi fis-sens li meta notifika bil-purtier ikollha eżitu negattiv, tkun awtorizzata awtomatikament bil-liġi notifika wara l-ħinijiet legali u, sussegwentement notifika bl-affissjoni u pubblikazzjoni, mingħajr il-ħtiega li wieħed jippreżenta rikors ad hoc għall-awtorizzazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant qed jiġi kkonsidrat.
Leg 11 PQ #27999 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

proċedura dwar atti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li jdaħħal proċedura fejn atti (mhux ir-rikors ġuramentat konċernanti l-Qorti t’Għawdex) ikunu jistgħu jiġu ppreżentati kemm fir-reġistru tal-Qorti t'Għawdex kif ukoll fir-reġistru tal-Qorti ta’ Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi diġa' qed isiru diskussjonijiet bejn ir-Reġistru ta' Malta u dak ta' Għawdex biex din il-proċedura tista' tiġi attwata.
Leg 11 PQ #28000 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti tal-Familja — notifiki bil-purtiera

Question

Jista' l-Ministru jerġa’ jintroduċi l-proċedura ta’ qabel fejn notifiki tar-rikorsi fil-Qorti tal-Familja jsiru b’mod awtomatiku bil-purtiera?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’referenza għad-domanda tal-Onorevoli Interpellant, jiġi rilevat li fil-Qorti tal-Familja jidħlu ammont kbir ta’ rikorsi kuljum u kull notifika ssir bil-posta kif isir fir-rikorsi kollha li jidħlu quddiem il-Qrati differenti. Fil-Qorti tal-Familja jiġi rilevat li mhux il-każijiet kollha jkunu ta’ natura urġenti però fejn ikun hemm urġenza, il-partijiet stess jitolbu li n-notifika ssir bil-purtier.
Leg 11 PQ #28001 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Imħallef għal Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jikkonsidra li jintroduċi mħallef għal Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Preżentament, fuq il-Mejda tal-Kamra hemm preżentata mozzjoni sabiex dan is-suġġett jiġi dibattut. Huwa prudenti li wieħed jistenna l-eżitu tiegħu.
Leg 11 PQ #28002 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ġurijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ġurijiet pendenti quddiem il-qrati u kemm hemm appelli fuq deċiżjonijiet preliminari tal-Qorti kriminali pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem il-Qorti Kriminali, sal-aħħar ta' Lulju 2011, kien hemm 109 ġurijiet pendenti. Infurmat ukoll illi hemm sitta minn dawn il-ġurijiet li jinsabu quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali wara deċizjonijiet preliminari li ngħata mill-Qorti Kriminali.
Leg 11 PQ #28003 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

ġurijiet determinati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew determinati ġurijiet fis-snin 2010 u 2011 u jindika l-Imħallef?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2010 sal-aħħar ta' Lulju 2011 ġew deċiżi 66 ġurijiet mill-Qorti Kriminali kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt:- 2010 Imħallef Ġurijiet Deċiżi Vincent Degaetano 5 Joseph Galea Debono 20 Giannino Caruana Demajo 1 Michael Mallia 8 2011 Michael Mallia 21 (sal-aħħar ta’ Lulju 2011) Lawrence Quintano 11

Arja kundizzjonata fl-għases

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema għases tal-pulizija ġiet introdotta l-arja kkundizzjonata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi hemm 11-il Għassa tal-Pulizija li fihom hemm installat apparat tal-arja kondizzjonata li huma s-segwenti:- Valletta Pinto Qormi Cospicua Żejtun B’Bugia Sliema B’Kara Qawra Victoria (Għawdex) M.I.A.
Leg 11 PQ #28085 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuna li salvat ċittadin Franċiż mill-għarqa

Question

Billi tħabbar fil-midja li fit-22 ta' Lulju Ashih Tekleab Haile mill-Eritrea salva mill-għarqa ċittadin Franċiż u li fil-proċess għereq hu, jista' l-Ministru jgħid: a) jekk sarx rapport mill-pulizija u/jew mill-maġistrat tal-għassa dwar dan l-inċident; b) jekk le, għaliex le; u ċ) jekk iva, jista' jpoġġi r-rapport jew rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-inċident fejn tilef ħajtu Ashih Tekleab Haile huwa soġġett ta' Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża.
Leg 11 PQ #28168 Sitting 388 2011-10-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern — talbiet għal reduced hours, telework u career breaks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet għal reduced hours, telework u career breaks f'kull dipartiment u uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm minn dawk it-talbiet saru minn nisa u kemm minn irgiel? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent ma hemm l-ebda talba pendenti.

Diskriminazzjoni fil-Qorti tal-Familja

Question

B'referenza għad-digrieti li ngħataw fil-Qorti tal-Familja u d-dettalji li qed jidhru separatament, jista' l-Ministru jindaga kif mill-Qorti tal-Familja joħroġ digriet ta' kura u kustodja konġunta, imbagħad jingħata aċċess limitat u miżeru lill-missier fil-ħin stipulat tiegħu tax-xogħol? Jista' l-Ministru jindaga kif minkejja r-rikorsi li saru biex jispjegaw is-sitwazzjoni tal-ħin a dispożizzjoni tal-missier minħabba n-natura tax-xogħol tiegħu u li huwa abbażi ta' day in, day out xorta waħda jingħata aċċess proprju fil-ġranet li huwa jkun xogħol u li b'mod kontinwu qed ikollu jieħu l-vacation leave, li ġieli jkun rifjutat u għaldaqstant ma jkunx jista' jiltaqa' ma' ibnu, u dan apparti l-fatt li hemm limitazzjoni ta' kemm jista' jieħu vacation leave? Jista' l-Ministru jgħid jekk hix ġustizzja li missier li jingħata l-kura u l-kustodja konġunta fejn ikunu ġew isseparati l-ulied, dak il-wild li ma jkunx jabita mal-missier ma jitħalla qatt ikollu sleep over fil-weekend għand missieru, sabiex igawdi lil oħtu ukoll?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dan il-każ li qed tagħmel referenza għalih l-Onorevoli Membru jinsab pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja u li din il-Qorti pprovdiet fuq ir-rikorsi li sarulha wara li tkun semgħet liż-żewġ partijiet u għalhekk mhuwiex opportun jew korrett li nikkummenta dwar din il-materja.
Leg 11 PQ #282 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni — prosekutur speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fi ħdan il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni kienx inħatar prosekutur speċjali b'poteri eżekuttivi ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni? Jekk le, għad hemm il-ħsieb li dan isir?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Abbozz ta’ Liġi Nru. 57 “Att tal-2010 li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni” jinsab fuq l-aġenda biex jiġi diskuss fi stadju ta’ kumitat quddiem il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġi.

sentence regarding priests found guilty of child abuse

Question

One of the priests recently found guilty of child abuse was freed of a rape charge due to a failing of the prosecution, led by the Attorney General. The charge sheet said the rape took place in Marfa, not Santa Venera, as the victim had testified, an error that could have been rectified up to the point when the prosecution closed its case during the eight year period leading up to the sentence which was passed last week. This has been confirmed by a number of criminal lawyers, including the Honourable Franco Debono. Does the Honourable Minister feel that this is a serious failing on the part of the Attorney General's Office? Does he feel that steps should be taken with respect to the responsible public officials? What steps does he consider to be adequate, considering the seriousness of this failing and its legal implications?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Il-fatti ta' dan il-każ għad iridu jiġu eżaminati fi grad ta' appell u dan kemm minħabba l-appell li ġie preżentat mill-akkużati fit-12 ta' Awwissu 2011, kif ukoll minħabba l-appell preżentat mill-Avukat Ġenerali fis-17 ta' Awwissu 2011.
Leg 11 PQ #303 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — remissions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum, in-numru ta' priġunieri li kkwalifikaw għall-għoti ta' remission? Jista' jgħid kif ikun deċiż li priġunier jikkwalifika għar-remission? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jingħata remission? Jista' jgħid xi jkun l-effett tal-għoti tar-remission fuq sentenza li jkun qed jiksonta priġunier?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ prigunieri li kkwalifikaw għall-għoti ta’ remission huma s-segwenti:- Sena Sentenzi li Kwalifikaw għar- Remission Sentenzi li ma ikkwalifikawx għar- remission * 2000 126 46 2001 141 89 2002 164 117 2003 187 64 2004 168 196 2005 147 195 2006 249 212 2007 237 221 2008 279 181 2009 374 137 2010 492 150 2011 (Awwissu) 220 83 Priġunieri li mhumiex intitollati għal tnaqqis mis-sentenza huma dawk li:- · Meta sentenza tkun ta’ inqas minn xahar ħabs (30 ġurnata); · Meta sentenza ta’ multa tiġi konvertita f’perjodu ta’ priġunerija; · Meta sentenza tkun ta’ priġunerija għal għomor. B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal-1995, priġunieri li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija għal żmien ta’ iżjed minn xahar jisgħtu, minħabba l-imġieba tajba tagħhom, jaqilgħu tnaqqis mis-sentenza. It-tnaqqis li jinqala’ ma’għandux jeċċedi terz tat-total taż-żmien ta’ kundanna għall-priġunerija kif ridott taħt l-Artiklu 22 tal-Kodiċi Kriminali u kull żmien ieħor li tulu l-akkużat kien inżamm f’kustodja qabel ma nstab ħati għal reat/i li jkun ġie impriġunat. Id-Direttur jew persuna awtorizzata minnu għal dan il-għan għandu jikkonsidra fost ħwejjeġ oħra, l-andament tal-priġunier fuq il-lant tax-xogħol, taħriġ jew programmi edukattivi u rijabiltazzjoni, jekk ikun il-każ, kif ukoll l-imġieba tajba ġenerali fuq kollox tal-priġunier.
Leg 11 PQ #304 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — telf ta' remission

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-affarijiet li jwasslu biex priġunier jitlef ir-remission u kif ikun deċiż l-ammont ta' remission mitluf? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jitlef ir-remission?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal-1995, id-Direttur jew persuna awtorizzata minnu, jekk isib lill-priġunier ħati ta’ reat kontra d-dixxiplina jista’ jimponni telf ta' mhux iżjed minn mija u għoxrin jum ta’ tnaqqis mis-sentenza (remission) kemm jekk maqlugħ jew prospettiv għal reati gravi ta’ ksur tar-regolamenti.
Leg 11 PQ #305 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — remission

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx mod kif priġunier li jitlef ir-remission, tista' tiġi restitwita lilu r-remission kollha jew parti minnha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm kien hemm każijiet fejn ir-remission kollha jew parti minnha ġiet restitwita lil xi priġunier sena b'sena, mill-2000 sal-lum? Jista' jgħid min jieħu d-deċiżjoni li priġunier jingħata lura r-remission kollha jew parti minnha?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

B’saħħa tar-Regolamenti dwar il-Ħabs tal- 1995, Artiklu 83, 2 (a u b) it-tnaqqis mis-sentenza ta’ ġranet mħassra lill-priġunier ħati ta’ reat kontra id-dixxiplina fil-ħabs tista’, bl-awtorità tal-Ministru tingħata lura lill-priġunier kollha kemm hi jew parti minnha b’ kunsiderazzjoni ta’ mġieba meritevoli sussegwenti. Ninsab infurmat illi mill-2007 sallum kien hemm 124 priġunier fejn ir-remission kollha jew parti minnha ġiet restitwita. Infurmat ukoll illi mill-2000 sal-2007 ma kientx tinżamm statistika kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #306 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ġurijiet pendenti fuq akkużi ta' traffikar ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ġurijiet pendenti fejn hemm akkużi ta' traffikar ta' droga? Jista' jagħti dettalji ta' kemm ilu pendenti kull ġuri? Jista' jagħti d-dettalji tal-akkuża f'kull ġuri? Jista' jgħid kemm huma l-persuni akkużati f'kull ġuri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' ġurijiet pendenti fejn hemm akkużi ta’ traffikar ta’ droga huwa ta' 61. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda tidher fit-tabelli t'hawn taħt:- Ġurijiet li ilhom pendenti huma s-segwenti:- Sena Numru 2002 1 2005 1 2007 1 2008 2 2009 13 2010 33 2011 10 Infurmat ukoll illi l-akkużi f’ kull ġuri huma s-segwenti:- Numru Akkużi 34 assoċjazzjoni u traffikar kokaina 20 assoċjazzjoni u traffikar eroina 5 traffikar u pussess cannabis 2 traffikar Ecstacy. Numru ta' persuni akkużati f’kull ġuri huwa s-segwenti:- Żewġ ġurijiet 4 persuni akkużati flimkien Ġuri wieħed 3 persuni akkużati flimkien Għaxar ġurijiet 2 persuni akkużati flimkien. Tmienja w erbgħin ġuri persuna waħda akkużata.
Leg 11 PQ #307 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Priġunieri — sentenzi mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li weħlu sentenza ta' priġunerija bejn is-sena 1999 u l-2010 u li għamlu/qed jagħmlu parti minn din is-sentenza jew is-sentenza kollha, mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid għaliex teżisti din il-prassi? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet is-sentenza ta' priġunerija mogħtija u kemm minn din is-sentenza ma ġietx skontata fil-Faċilità Korrettiva ta' Kodin? Jista' jgħid f'kull każ dwar liema reat il-persuni konċernati instabu ħatja? Jista' jgħid f'kull każ fejn 'l barra mill-bini tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, servew/qed iservu s-sentenzi tagħhom il-persuni konċernati? Jista' jgħid xi jkunu d-differenzi fil-kundizzjonijiet bejn persuna li tiskonta s-sentenza tagħha fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u persuna li tagħmel parti mis-sentenza jew is-sentenza kollha barra minn din il-faċilità? Jista' jgħid min jieħu deċiżjoni li priġunier jiskonta parti mis-sentenza jew is-sentenza kollha tiegħu mhux fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma inżammittx statistika komputerizzata bejn il-perjodu tal-1999 u l-2000. Għalhekk qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista ta’ priġunieri li, bejn l-2004 u l-2010, skontaw jew qed jiskontaw parti mis-sentenza barra mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Il-Forensic Unit, fl-isptar Monte Carmeli, kif ukoll is-SATU (li jinsab fil-bini li qabel kien iservi bħala l-iskola primarja tal-Imtaħleb), huma parti mill-ħabs skont Leġislazzjoni Sussidjarja 260.02. Għar-rigward il-Forensic Unit, kull persuna li tidħol bħala priġunier/a fil-Ħabs, tiġi eżaminata mit-tabib tal-Ħabs li jiddeċiedi l-bżonnijiet ta’ dik il-persuna. Jekk ikollha bżonn kura għal problema tad-droga jew il-persuna tkun qed tbagħti minn xi forma ta’ disturbu mentali, skont il-gravità u l-urġenza tal-każ, it-tabib jew jirreferihom immedjatament il-Forensic Unit jew inkella għand il-Psikjatra li jattendi fil-klinika tal-Ħabs nhar ta’ Tnejn jew nhar ta’ Ġimgħa. Ikun hemm każi ukoll fejn il-Qorti tirrikmanda li l-persuna tintbagħat il-Forensic Unit sabiex tiġi eżaminata mill-Psikjatra. Ta’ min isemmi li huwa biss il-psikjatra li għandu s-setgħa li jibgħat pazjent għall-kura fil-Forensic Unit jew li jirrilaxxah minn hemm u ħadd ħliefu. L-amministrazzjoni ma għandiex setgħa f'dan ħlief li ssegwi d-direttivi tal-psikjatra. Huma r-Regolamenti dwar il-Ħabs (s.l. 260.03) li jipprovdu għal leave mill-ħabs kif ġej:- ‘61. (1) Leave mill-ħabs jista’ jingħata mid-Direttur, skont dawk id-direttivi ġenerali li jistgħu jingħataw mill-Ministru minn żmien għal żmien, lil priġunier taħt dawk il-kundizzjomijiet li d-Direttur jista’ jiddeċiedi skond dawk id-direttivi kif ġej:- ( e ) (i) għal dawk il-perijodi li jkunu meħtieġa sabiex priġunier jiġi kkurat u rijabilitat mit-teħid tad-drogi ġewwa faċilità jew komunità terapewtika barra mill-ħabs approvata mill-Ministru, jew għar-rigward ta’ priġunier li jkun qed jagħmel programm ta’ rijabilitazzjoni kontra d-droga ġewwa l-ħabs, għal dawk l-għanijiet li jwasslu għall-kura tal-priġunier; (ii) għal dawk il-perijodi skond kif ikun meħtieġ biex priġunieri żgħażagħ jgħaddu parti jew iż- żmien kollu tal-priġunerija tagħhom f’istituzzjoni għar-rijabilitazzjoni ta’ ħatjin żgħażagħ jew ġewwa faċilità oħra simili skond kif approvat mill-Ministru.’ Priġunier li jixtieq jirrijabilta ruħu, japplika għal programm wara li jiġi segwiet mit-Taqsima tal-kura fil-Faċilità u wara li jkun wera ċertu progress. Bord ad hoc, il-PSAAB (Prisoners’ Substances Abuse Assessment Board) kompost minn diversi persuni ġejjin minn diversi entitajiet, anke dawk barra l-Faċilità, jagħmlu rakkomandazzjoni jekk il-priġunier imurx għal tali programm jew le. Kull post ta’ kura u rijabilitazzjoni għandu regoli u kundizzjonijiet differenti, imma bażikament għandhom l-istess regoli fejn tidħol dixxiplina u mġieba. Diversi huma l-każi fejn priġunieri jintbgħatu lura il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għaliex ma jkunux osservati tali regoli. *Vide PL 8207 li ngħatat nhar l-Erbgħa 19 ta' Ottubru 2011 fis-Seduta 395
Leg 11 PQ #308 Sitting 387 2011-10-03 Written · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

tfittxijiet fuq l-immigranti irregolari

Question

Jista' l-Ministru jgħid mit-tfittxijiet fuq l-immigranti rregolari li daħlu Malta s'issa din is-sena, kemm instabu fuqhom flus kontanti, telephones ċellulari, credit cards u passaporti? X'sar minn dawn l-affarijiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi wara tfittxija li saret mill-Pulizija fuq immigranti illegali mal-wasla tagħhom f'Malta mill-ewwel ta' Jannar sas-17 ta' Awwissu ta' din is-sena, instabu 134.561 dollaru Amerikan, €8,010 u 1,180 Dinar Libjan fi flus kontanti, 838 telephones ċellulari, 6 credit cards u 187 passaport. Infurmat ukoll illi wara li l-immigranti illegali jingħataw irċevuta ta' dawn l-affarijiet misjuba fuqhom, dawn jinżammu għand il-Pulizija sakem l-immigranti illegali jkunu taħt detenzjoni u jiġu kkonsenjati lura meta joħorġu mid-detenzjoni.