Legislature:
Category:
Reset
Active:

security firms — kuntratti tax-xogħol

Question

Billi qed ikun hemm diversi rapporti fil-media tax-xogħol allegatament prekarju billi qed jingħaq li f'ħafna każijiet ċerti security firms qegħdin jingħataw kuntratti fejn il-kumpaniji qed jingħataw kuntratti għal ħlas li meta jitnaqqas minnhom il-VAT ikun ifisser li jkunu qegħdin iħallsu lin-nies saħansitra anqas mir-rata ta' paga minima nazzjonali, jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm inkoraġġiment ta' saħansitra aktar xogħol prekarju fejn b'dan il-ħlas ma jkunx hemm flus biżżejjed biex ikunu koperti l-ħlasijiet minimi bażiċi tal-ħaddiema?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fatt li tikkwota rata anqas f’tender ghal servizzi ta’ sigurta’ jew servizzi ohra mir-rata li hi applikabbli bhala minimu nazzjonali mhux necessarjament ikun ifisser li d-drittijiet minimi tal-impieg mhumiex qed jinghataw. L-istess jista’ jinghad li jekk ir-rata kwotata tkun oghla bilfors id-drittijiet tal-impjegati jigu osservati. Fuq bazi regolari l-ispettorat tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg iwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet dwar kundizzjonijiet tal-impieg f’setturi differenti tal-industrija, inkluz f’dak tas-servizzi ta’ sigurta’. Mill-investigazzjonijiet li jsiru, kull fejn jirrizultaw nuqqasijiet minn naha tal- employer , l-istess employer jintalab jirranga l-irregolarita’ u japplika dak li hu stabbilit bhala l-kundizzjonijiet applikabbli bil-ligi. Fejn l- employer jonqos li jimxi mal-ligi jittiehdu l-passi necessarji kontrih quddiem il-qorti. Fejn irrizulta li hemm decizjonijiet tal-Qorti li sabet kundizzjonijiet tal-haddiema gew miksura, l-kuntratt gie xolt.

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

B'referenza għall-każ ta' housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, peress li bħalissa qed tgawdi minn sussidju ta' xi €80 fix-xahar fuq l-appartament tagħha u peress li l-kera tlaħħaq madwar €360 u xorta mhix f'pożizzjoni li tlaħħaq mal-ispejjeż involuti tal-akkomodazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibli li tingħata post alternattiv?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. Id-dħul tal-applikanta għas-sena 2011 kien jammonta għal €7438.13. Hija tikri post mis-settur privat izda tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għal €966.69 fis-sena. Il-lokalita’ preferuta tal-applikanta hija Raħal Ġdid. L-Awtorita’ tad-Djar prezentament għandha 239 persuna li jibbenefikaw minn sussidju tal-kera izda li wkoll għandhom applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva.

Spiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tiġi l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità u għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ghas-sena 2011 l-ispiża għal kull klijent li jattendi fiċ-Ċentri tal-Persuni b'Diżabilità huwa ta` € 10,952 fis-sena ghal-kull klijent individwali u ta` €57,406 fis-sena għal kull resident li jgħix f'xi dar residenzjali mmexxija mill-Aġenzija Sapport

Aġenzija Sapport — ħidma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma twettqet mill-Aġenzija Sapport f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Agenzija SAPPORT wettqet din il-hidma mis-sena 2007 ‘l hawn: · l-Agenzija kompliet topera s-Servizzi taghha li kienet bdiet sal-2007, fejn kienet qed tintervjeni f’medja 223 kaz fix-xahar permezz tas-Servizzi ta’ Hidma Socjali, fejn kompliet taghti sapport ‘l fuq minn 100 familja fil-gimgha permezz tas-Servizzi fil-Komunita’ u fejn kienet qed taghti sapport kontinwu, 24 siegha kuljum, lill-persuni b’dizabilità fid-djar residenzjali taghha fil-Fgura, Kirkop, Mtarfa u Marsaskala; · l-Agenzija hadmet biex ittejjeb u zzid l-intervent professjonali fi hdan is-Servizzi taghha u ghalhekk gew assenjati iktar Professional Support Workers fis-Servizzi ta’ Matul il-Jum u Social Workers fis-Servizzi fil-Komunità, fis-Servizzi ta’ Matul il-Jum u fis-Servizzi Residenzjali; · hadet sehem fi programmi tal-EU kemm biex jinkiseb tahrig mill-haddiema u kif ukoll biex jinghataw opportunitajiet ta’ skambju lill-klijenti; · f’April tal-2007 is-Servizzi ta’ Matul il-Jum għaddew taħt l-Aġenzija SAPPORT, u ghalhekk in-numru ta’ klijenti u n-numru ta’ haddiema zdiedu b’mod konsiderevoli; · f’Ġunju tal-2007 beda jingħata Servizz Residenzjali permezz ta’ Dar Pirotta, Birkirkara (permezz ta’ kuntratt bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u l-Kurja tal-Arcisqof); · f’Diċembru tal-2007 infetaħ id-disa’ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa Raħal Ġdid fi qbil mal-NGO Physically Handicapped Rehabilitation Fund (PHRF); · f’Awwissu tal-2008, bdiet it-transizzjoni ta’ uħud mill-klijenti li kienu ser jidħlu jgħixu fir-Residenza ta’ Bormla; · f’Novembru tal-2009, ingħata bidu għall-programm ME2 (iffinanzjat permezz tal-ESF); · f’Lulju tal-2011 beda jingħata Servizz Residenzjali permezz ta’ Dar il-Wens, Kalkara u Għajn Dwieli (permezz ta’ kuntratt bejn il-Ministeru tal-Politika Socjali u Fondazzjoni Wens); · f’Settembru tal-2011 l-Agenzija kisbet il-fondi mill-ESF biex twettaq progett fejn tharreg trainers sabiex ikunu jistghu iharrgu nies ghomja fuq mobiltà u orjentazzjoni, liema progett irid jitwettaq sa’ Gunju 2014; · f’Marzu tal-2012 l-Agenzija SAPPORT bdiet topera minn uffiċini ġodda f’Santa Venera; · f’April tal-2012 twaqqfet il-Kooperattiva tal-ME2 (Me2 Co-op); · f’Awwissu tal-2012 il-Kumitat li jalloka s-Servizzi (SAC) gie ristrutturat u appuntat mill-Ministru tal-MJDF u nghata l-karigu biex jevalwa ukoll sitwazzjonijiet u jalloka fondi mill-Vot 5594 (Independent Supported Living); · matul l-2012 l-Agenzija hadmet ukoll fuq zewg progetti, wiehed biex tinfetah l-ewwel Residenza ghall-minuri b’dizabiltà gewwa Birzebbuga u l-iehor biex ic-Centru ta’ Rizorsi ghall-persuni b’dizabilità gewwa l-Imtarfa jestendi ruhu u jilqa’ fih 11-il klijenti ohra.

Awtorità tad-Djar — passi neċessarji biex jitneħħa periklu minn dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu l-passi neċessarji sabiex it-talba tal-persuna li d-dettali dwarha qed jingħataw separatament tiġi solvuta b'urġenza speċjalment minħabba l-periklu li hemm fil-fond indikat?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar lestiet tliet tenders għal xogħlijiet simili f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex. Dawn ser joħorġu fil-ħmistax li ġejjin.

Applikazzjoni biex persuna ssir sid tad-Dar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35717, jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ikun jista' jkun sid ta' daru wara li żmien twil ilu għamel talba għal dan il-każ peress li dan għandu art u ċens huwa tal-knisja li issa ġie tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenza msemmija mhix proprjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar, u ghalhekk, l-Awtorita’ tad-Djar ma’ tistax toffriha ghall-bejgh.

kumpess lill-ħaddiema tad-dockyard

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, se tieħu xi kumpens mir-riforma li saret li tikkonċerna lill-ħaddiema tad-dockyard peress li ġiet infurmata li se tingħata kumpens imma s'issa għadha ma rċeviet xejn?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — infiq fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kunsill Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: €1,843.96 - Fondazzjoni ghas-Servizzi tal-Harsien Socjali li jinkludi l-Agenziji Sedqa, Appogg, Sapport u Day Centres ghall-Persuni b’dizabilta’: €134,807 - MEUSAC: €3,773.54 - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - Awtorita’ tad-Djar: €21,297.14 - Kummissarju ghat-Tfal: €1,071.34 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,462.34 - MCESD: €4,623.10 - Qrati tal-Gustizzja: €79,198.07 - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: €1,435.32 - Dipartiment ghar-Relazzjonijiet Industrijali: €1,723.90 - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: €2,762.50 - Sigurta’ Socjali: €16,261.29 - Kummissjoni ghal Vjolenza Domestika: nil

Għawdex — Rabat - rranġar ta' post

Question

Peress li madwar il-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hemm diżlivell u m'hemm ebda lqugħ u peress li dan huwa ta' periklu kbir, jista' l-Ministru jara li dan il-periklu jitneħħa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għaddej xogħol ta’ tisbieħ f’dan il-qasam ta’ binjiet b’fondi tal-Awtorità tad-Djar moghtija lill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Għawdex. Ix-xoghol qed isir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat Ghawdex. L-Awtorità ser tiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill Lokali dwar din l-Interpellenza sabiex jittieħdu l-passi neċessarji.

informazzjoni dwar Ombudsman

Question

Jista' l- Ministru jgħarraf lil din il-Kamra jekk minn meta ġie nominat minn din il-Kamra fit-12 ta' Diċembru 2005 sat-30 ta' Settembru 2012 l-Ombudsman li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament qatt ġiex appuntat u serva bħala arbitru f'arbitraġġi taħt l-Awtorità tal-Malta Arbitration Centre u/jew jekk matul dan il-perjodu għamilx kwalunkwe xogħol ieħor konness mal-qasam tal-arbitraġġi li ġie assenjat lilu mill-Malta Arbitration Centre?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu indikat, l-Ombudsman gie appuntat bhala arbitru mill-partijiet fi tmien (8) kazi ta’ arbitragg kif ukoll ma ghamel l-ebda xoghol iehor konness mal-qasam tal-arbitraggi li gie assenjat lilu minn dan ic-Centru.

każijiet riferuti lill-avukat tat-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet riferuti lill-avukati tat-tfal f'din l-aħħar sena kull avukat separatament kemm fil-qorti Malta u kif ukoll f'Għawdex?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba bejn it-8 t'Ottubru 2011 u t-8 t'Ottubru 2012, kien hemm s-segwenti nomini lill-avukatitat-tfal: Qorti Civili u Tribunali (Malta) Dr Tanya Sammut Catania – 10 Dr Stephanie Galea - 10 Dr Mary Muscat – 4 Qorti ta’ Ghawdex F’din l-aħħar sena kien hemm każ wieħed fil-Qorti ta’ Għawdex riferut lill-avukat tat-tfal.

nies li minn jirreġistraw inqelbu għall-assistenza soċjali

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont ta’ kemm kienu dawk li nqelbu minn fuq l-għajnuna tal-qgħad, jiġifieri dawk li jirreġistraw taħt part 1 u part 2 għal fuq l-assistenza soċjali minn Settembru 2011 sa Settembru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li qalbu minn fuq l-Għajnuna tal-Qagħad(UA) , jiġifieri dawk li jirregistraw taħt Part I u Part II għal fuq l-Assistenza Soċjali (SA), għall-perjodu bejn Settembru 2011 u Settembru 2012, kien ta’ 343.

bord mediku — tabib kadidat

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li professjonijist li jipprattika ta’ tabib, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa kandidat ikkonfermat mal-Partit Nazzjonalista, qed ikun mgħajjat sabiex iservi bħala membru tal-bord mediku magħżul mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali? Jista’ wkoll jikkonferma jekk hix etika li bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali jkun iservi f’dawn il-bordijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabib li qed jagħmel riferenza għaliħ jidher fil-lista’ ta’ 39 Tabbib li huma maħtura taħt l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali biex jagħti parir fuq l-aspett mediku ta’ talbiet li jkunu qed isiru minn applikanti għal benefiċċji soċjali.

Awtorità tad-Djar — safar ta' uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn April 2008 sal-aħħar ta' Settembru 2012, sar safar minn uffiċċjali tal-Awtorità tad-Djar, il-grad tal-persuna li approvat kull safra, x'kienet ir-raġuni ta' kull safra, fejn kienet u x'kienet l-ispiża ta' kull safra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qieghda titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar — laqgħat tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-Awtorità tad-Djar matul din is-sena? F'kull każ, fejn saru dawn il-laqgħat u kemm kienet l-ispiża għal kull laqgħa?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena l-bord tal-Awtorita’ tad-Djar ltaqa’ kif gej:- Board Meetings - 2012 Meeting No Month - Venue Cost € 1 January HA Nil 2 February HA Nil 3 March HA Nil 4 April HA Nil 5 May HA Nil 6 June HA Nil 7 July MEUSEC - MCESD Offices - Gozo 307.35 8 August HA Nil 9 September HA Nil 10 October HA Nil

infiq fuq mobile phones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq mobile phones, inkluz xiri ta' mobile phones u kontijiet, minn April 2008 sal-lum, minn dawk l-uffiċċjali kollha li huma intitolati għalih u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż awtoritajiet u entitajiet oħra?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza: kontijiet €3,861.34, xiri ta’ mobile phones: nil - Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’: Kontijiet €8,150.98, xiri ta’ mobile phones: €375 - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali: kontijiet: €7,964.49 xiri ta’ mobile phones: €544 - Kummissarju ghall-Ghaqdiet Volontarji: nil - MCESD: kontijiet €11,171.47, xiri ta’ mobile phones nil - MEUSAC: kontijiet €7,075.19, xiri ta’ mobile phones €435 - Kummissarju ghat-Tfal: kontijiet €1,694.68, xiri ta’ mobile phones:nil - Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali: Kontijiet €20,918.18, xiri ta’ mobile phones nil - Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali: kontijiet €2,697.56, xiri ta’ mobile phones €186.35 - Awtorita’ tad-Djar: kontijiet €54,328.96, xiri ta’ mobile phones €1,357.36 - Qrati tal-Gustizzja: kontijiet €93,154.04, xiri ta’ mobile phones €3,560.30 - Sigurta’ Socjali: kontijiet €104,925.04 (total jinkludi zieda fid-Diretturi u bejn l-2009 u l-2010 is-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha u ghall-Anzjani), xiri ta’ mobile phones €934

Siġġiewi — kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali

Question

Jista' l-Ministriu jispjega għaliex uħud mir-residenti li joqgħodu fi Triq Salvu Curso u fi Triq in-Nirien fis-Siġġiewi ma rċevewx avviż biex jersqu għall-kuntrat ta' akkwist tal-propjetà residenzjali tagħhom li huma kienu akkwistaw mingħand il-gvern meta oħrajn fl-istess toroq ġew mitluba jagħmlu l-kuntratti ta' akkwist?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern ghadu kemm iffinalizza l-akkwist ta’ l-art ta’ bosta mill-plots li jinsabu fit-toroq imsemmija. Uhud minn dawn il-plots diga’ gew trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar permezz ta’ Avviz Legali 235/2012 u ghalhekk il-beneficjarji taghhom gew imsejha sabiex jiffirmaw il-kuntratt finali. Plots ohrajn se jigu trasferiti lill-Awtorita’ tad-Djar fil-futur qrib u b’hekk l-Awtorita’ tad-Djar tkun tista ssejjah lilhom ukoll sabiex jiffirmaw il-kuntratt.

żieda fil-pensjoni ta' servizz

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-kriterji li abbażi tagħhom tiżdied il-pensjoni ta' servizz meta l-pensjonant jagħlaq 72 sena?

Response (SAID, CHRIS)

Ghandi nifhem li l-Onor Interpellant qed jistaqsi dwar provedimenti fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jirregolaw ir-revizjoni ta’ pensjoni kontributorja tas-sigurta’ soċjali ta’ persuna meta tagħlaq it-72 sena u mhux dwar ir-rata tal-pensjoni tas-servizz. Ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tiddependi minn ħafna fatturi fosthom il-fatt jekk il-pensjonant ikollux pensjoni tas-servizz. Meta jkun qed jirċievi pensjoni tas-servizz, fil-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali, d-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali jieħu konsiderazzjoni tal-pensjoni tas-servizz kollha inkluz il-parti tal-pensjoni li tkun ġiet ikkomutata mill-pensjonant. L-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali fost ħwejjeġ oħra jistipula li fejn ikun hemm parti minn pensjoni tas-servizz kommutata, din għandha tiġi kkunsidrata b’mod sħiħ ħlief għal meta l-pensjonant jagħlaq it-72 sena meta għandha tiġi kkunsidrata biss nofs il-parti tal-pensjoni kommutata. Mela filwaqt li meta l-persuna tkun għalqet il-61 sena tkun ġiet ikkunsidrata l-parti kollha tal-kommutazzjoni ta’ pensjoni tas-servizz, ma’ l-eta’ ta’ 72 sena nofs il-parti kommutata tiġi njorata għal fini tal-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Kemm il-darba bejn iż-żewġ pensjonijiet (dik tas-sigurta’ soċjali u dik tas-servizz) il-pensjonant ikun qed jirċievi total akbar minn żewġ terzi tad-dħul pensjonabbli jista’ jkun li r-revizjoni ma’ l-eta’ ta’ 72 sena ma tirriżultax fi żieda fil-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Jekk b’riżultat ta’ dan it-tnaqqis il-pensjonant jispiċċa b’total tal-pensjonijiet (jiġifieri l-pensjoni tas-sigurta’ u l-pensjoni tas-servizz mnaqqsa bil-parti kommutata kif imsemmi hawn fuq) li jkun anqas miż-żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli tiegħu, hemmhekk trid tiżdied il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Iż-żieda fir-rata tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali trid taċċerta li l-persuna kkonċernata tkun qed tirċievi ta’ lanqas żewġ terzi tad-Dħul Pensjonabbli bejn iż-żewġ pensjonijiet.

spezzjoni fuq post

Question

Jista' l-Ministru jgħid issa li l-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar għamlu spezzjoni fuq il-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, x'sar minnu dan il-każ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda proċessata mal-applikazzjoni l-oħra għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-Awtorita’ tad-Djar pre¿entament għandha 332 applikazzjoni għall-akkommodazzjoni soċjali minn persuni li joqogħdu ġo post tal-Gvern u li għamlu t-talba tagħhom biex ibiddlu l-post tagħhom.