Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – dħul minn Minor Amendment Fees

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorita tal-Ippjanar/MEPA minn 'Minor Amendment Fees', sena b'sena, mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati dawn il-flus?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'Minor Amendment Fees' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Dawn il-flus jiġu utilizzati għall-operat tal-istess Awtorità. Sena Valur € 2013 212,470 2014 209,375 2015 196,500 2016 237,125 2017 288,400 2018 339,650 2019 409,245 2020 455,100 2021 529,500 2022 503,100 2023 (sa Marzu) 132,000

Awtorità tal-Ippjanar – out of courts settlements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm 'out of court settlements' imħallsa mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA lil terzi, sena b'sena, mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kien l-ammont ta' dawn l-'out of court settlements', għal liema raġuni tħallsu dawn l-'out of court settlements' u lil min tħallsu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – deċiżjoni tal-qorti li tiddikjara applikazzjoni ħażina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar meta jkun hemm sentenza tal-qorti li tgħid li l-applikazzjoni kienet waħda ħażina u kontra l-liġi iżda l-bini jkun laħaq tela’? Jista’ jikkonferma li skont it-Taqsima IX tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) l-Awtorità tista’ titlob li dan jitwaqqa’?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni predominentment residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi għal stabbilimenti ta’ ikel u xorb f’żoni predominentement residenzjali mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA f'Malta u Għawdex, sena b'sena u lokalità b'lokalità separatament mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Min ġietu rifjutata l-applikazzjoni, appella mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi kemm ġew approvati applikazzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA jew it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal-stabbilimenti ta’ ikel u xorb mill-bidu tal-2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2022. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 1977 applikazzjoni ġew approvati mill-Awtorità fl-ewwel stadju filwaqt li 45 applikazzjoni ġew rifjutati fl-istess stadju. Dwar dawn ta’ l-aħħar, saru 46 Appell quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, dwar 43 il-applikazzjoni. Minn dawn l-appelli 42 ntlaqgħu u 4 ġew irtirati.

Awtorità tal-Ippjanar — Environment Initiative Partnership Programme – fondi disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi disponibbli permezz tal-Environment Initiative Partnership Programme (EIPP) tal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid kif intużaw dawn il-fondi, sena b'sena, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jindirizza din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – traffic impact assessments

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema tipi ta' applikazzjonijiet l-Awtorità tal-Ippjanar titlob li jsir 'traffic impact assesment' jew 'traffic impact statement'? Kemm-il talba għal 'traffic impact assessment/traffic impact statement' saret fuq talba mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkulari għall-periti li tispjega il-kriterji stabbiliti għal liema tipi ta’ applikazzjonijiet l-Awtorità ta’ l-Ippjanar titlob li jsir 'Traffic Impact Assessment'. Skond id-data base tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar, l-istess Awtorità għamlet 153 talba għal dan l-istudju mis-sena 2013 sakemm ġiet imwieġba din il-mistoqsija.

Awtorità tal-Ippjanar — Social Impact Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema tipi ta' applikazzjonijiet l-Awtorità tal-Ippjanar titlob li jsir 'social impact assessment'? Kemm-il social impact assessment sar fuq talba mill-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – Development Permit Fees

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'Development Permit Fees' sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, d-dħul tal-Awtorita tal-Ippjanar/MEPA minn 'Development Permit Fees' mill-2013 sa Marzu 2023 huwa kif indikat fit-tabella t'hawn taħt. Sena Valur € 2013 6,475,475 2014 5,702,847 2015 6,612,367 2016 10,607,303 2017 12,609,160 2018 17,780,677 2019 15,063,993 2020 10,364,444 2021 10,553,524 2022 10,527,072 2023 (sa Marzu) 2,641,936

Awtorità tal-Ippjanar – Infrastructure Services Contribution Administrative Charges

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA minn 'Infrastructure Services Contribution Administrative Charges' sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Peress li dawn il-'fees' jiġu mħallsa meta persuna tapplika għal permess biex jingħata t-tarmak fit-triq u jiġu pprovduti bis-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ quddiem is-sit fejn ikun propost l-iżvilupp, jista’ l-Ministru jgħid xi jsir minn dawn il-flus miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar u jekk dawn fil-fatt imorrux għall-iskop li jkunu miġbura peress li hawn min ilu s-snin li ħallas dawn il-'fees' però għadu bla tarmak quddiem il-proprjetà li jkun bena?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 6226, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Appell b’rabta ma’ enforcement notice

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9346 dwar enforcement notice, fejn intqal li m’hemmx infurzar għaliex hemm l-appell PAB35/16, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed iżomm lill-Awtorità tal-Ippjanar milli tmexxi dan l-appell meta dan kien sottomess fl-2016? Jista’ jgħid meta hija s-seduta li jmiss?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) huwa tribunal indipendenti, imwaqqaf bil-liġi u għalhekk huwa meqjus distint mill-ħidma tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Awtorità tal-Ippjanar – Enforcement Unit/Department

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9347, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx enforcement unit/department fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar li jinforza fejn hemm ħruġ ta’ enforcements notices? Min huma l-membri ta’ dan il-unit/department u minn min jitmexxa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, nikkonferma li l-Awtorita’ tal-Ippjanar għandha taqsima tal-infurzar. Id-Direttur ta’ din it-qasima huwa il-Perit Raphael Axiak li jmexxi 55 ħaddiem.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċ1i u l-Ippjanar – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9205 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għaddiet ċekk b’valur ta’ mitejn ewro f‘Ottubru tal-2019 lill-Fondazzjoni Marigold, li minnhom €85 inġabbru direttament mill-ħaddiema tagħha, filwaqt li €115 inħarġu mill-fondi tal-OHSA. Ma kien hemm ebda’ donazzjoni oħra mill-OHSA lill-istess Fondazzjoni matul il-perjodu msemmi fil-mistoqsija parlamentari.

Development Planning Fund – fondi riżervati għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi riżervati għal kull kunsill lokali taħt id-Development Planning Fund?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, il-fondi disponibbli bbażati fuq introjtu kkalkulat sal-bidu ta’ April ta’ din is-sena u li jieħdu wkoll kont ta’ proġetti diġa kuntrattati biex jibbenefikaw minn fondi tal-Awtorità ta’ l-Ippjanar u/jew proġetti diġa sottomessi biex similarment jikkwalifikaw imma fejn għadu ma sarx kuntratt, huma indikati fit-Tabella A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ix-Xemxija – żona tal-Ex Mistra Village – twaqqigħ u tqattigħ ta’ trinek

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex iż-żona tal-Eks Mistra Village x-Xemxija fejn għadhom għaddejjin ix-xogħlijiet kienet eskluża mil-lokalitajiet turistiċi? Għalfejn din l-area Triq Raddett ir-Roti ma wasslitx sa tarf bħal kull triq oħra fil-lista, fejn mhux permess li jsir twaqqigħ u qtugħ ta’ trinek wara l-15 ta’ Ġunju?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ix-Xemxija – Żona tal-Eks Mistra Village — xogħlijiet

Question

Jista' l-Minsitru jispjega għaliex iż-żona tal-Eks Mistra Village fix-Xemxija għadha għaddejja minn xogħlijiet ta' żvilupp anke wara li trid tiġi riveduta mit-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? Jista' jispjega x'inhi l-proċedura ta' każijiet bħal dawn u jekk hux se jinbidlu l-policies jew isiru policies ġodda fejn permessi li huma taħt appell iridu jwaqqfu x-xogħlijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema — railings

Question

B’referenza għar-railing matul il-promenade minn San Ġiljan sa Tas-Sliema, peress li hemm diversi partijiet minnu li jinsab f’qagħda ħażina minħabba l-elementi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jinbidel u jsir ġdid?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jindirizza din il-mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – evalwazzjoni tas-sistema kurrenti tal-ippjanar

Question

Fir-rigward tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju ta' evalwazzjoni tas-sistema kurrenti tal-ippjanar partikolarment il-pjan ta' struttura fuq l-iżvilupp ġenerali minn meta kien imniedi l-pjan ta' struttura viġenti, sabiex din l-evalwazzjoni isservi bħala punt ta' tluq għall-proċess tal-ippjanar?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, l-Pjan ta’ Struttura li kien sar fl-1992, jew aħjar Structure Plan for the Maltese Islands, dam fis-seħħ għal 23 sena u kien ġie rivedut u mibdul fl-2015 permezz ta’ l-iSPED jew aħjar l-iStrategic Plan for the Environment and Development. Bħalissa qed isiru l-istudji biex iservu ta’ bażi għar-reviżjoni tal-iSPED.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal residenzi ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal residenzi ta' raħħala (sia għal bini mill-ġdid jew sanzjonar) mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X’inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant jispeċifika t-talba tiegħu.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal irziezet tal-ħnieżer, baqar, ngħaġ, mogħoż, tiġieġ u fniek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għal irziezet tal-ħnieżer, baqar, ngħaġ u mogħoż, tiġieġ u fniek mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu n-numru ta' referenza tal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA ta' dawn l-istess applikazzjonijiet? F'kull każ, f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati u kemm minnhom ġew rifjutati? Min ġietu rifjutata l-applikazzjoni, appella mid-deċiżjoni mat-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT)? X'kien l-eżitu tal-appell mal-EPRT?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi kemm saru applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar/MEPA, lokalità b'lokalità u sena b'sena, għat-tip ta’ rziezet msemmija mill-bidu tal-2013 u l-14 ta’ Ġunju 2023. Mill-informazzjoni miġbura: 306 applikazzjoni ġew approvati u 79 applikazzjoni ġew miċħuda. Minn dawk li ġew rifjutati, sar appell wieħed quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ntlaqa’.