Legislature:
Category:
Reset
Active:

Paceville Town Management Committee — Bord

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16684, 17738 u 18335, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom billi jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni tal-Paceville Town Management Committee li jinsabu fuq dan il-bord?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16684.

Kemmuna — Tindif

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18340, jista’ l-Minsitru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tal-indafa pubblika, jagħmilx tindif tal-Bajja ta’ Kemmuna? Jekk iva, jista’ jgħid kull meta u kemm persuni jagħmlu dan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18340.

Birżebbuġa – Tender għal xogħlijiet fuq il-promenade

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender CT2286/2023 (Works tender for the construction, mechanical and electrical works at the Birzebbuga promenade using environmentally friendly products) ġiex ikkanċellat u jekk fl-affermattiv, jagħti r-raġuni għaliex ġie kkanċellat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14790, ninfurmah li t-tender reġa’ ġie ppublikat il-ġimgħa l-oħra.

Dipartiment tal-Indafa Pubblika — Impjegati fuq bażi full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fuq bażi full-time mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika fl-1 ta' Jannar, 2024 u f'liema grad?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa — Wied il-Buni - Proġett tal-promenade

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar disinn u d-dokumenti relatati mal-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, f'Birżebbuġa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan il-proġett jibda u kemm huwa mistenni li jieħu żmien?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14792.

SmartCity – Sejħa pubblika għall-bini ta’ ITS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex toħroġ is-sejħa pubblika għall-bini ta’ ITS Campus ġdid ġewwa SmartCity? Jista’ jgħid ukoll meta bejn wieħed u ieħor hu ppjanat li jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni u li jitlesta dan il-proġett biex ikun jista’ jilqa’ fih l-ewwel studenti? Jista’ jgħid ukoll jekk dan il-proġett huwiex se jkun iffinanzjat minn xi programm tal-Unjoni Ewropea u jekk iva, minn liema programm u minn liema baġit?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess li jwassal għas-sejħa pubblika għall-bini tal-ITS Campus ġewwa Smart City għadu għaddej.

FTZD – Kuntratt ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18336 fejn il-Ministru tkellem fuq il-proċedura dwar kif jinħatar l-Advisor tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD), jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti l-isem u l-kunjom tal-individwu li f’Novembru 2021 inħatar bħala advisor għal salarju ta’ €26,438? Jista’ jgħid ukoll kemm sigħat jaħdem u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għal din il-ħatra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li data personali ta’ persuni li jokkupaw karigi inqas mill-iskali ta’ management ma jingħatawx sabiex jitħaddem il-prinċipju tal-bilanċ bejn il-protezzjoni tad-data u l-interess pubbliku.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W91.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2024 ma sar l-ebda nfiq ta’ flus mill-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħtu fuq programmi tar-radju kif indikat fil-mistoqsija.

Malta, Għawdex u Kemmuna — applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kiri ta’ umbrellel u/jew deckchairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b'sena f dawn l-aħħar ħdax-il sena, kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda minn operaturi u kemm ingħataw permessi ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna għal-liċenzja biex jikru umbrellel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn ġew milqugħa jew inkella rifjutati? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti? Globalment kemm hemm operaturi li għandhom il-permessi ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna u fejn jinsabu għal-liċenzja biex jikru umbrellel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10038, ninfurmah li biex tinġabar l-informazzjoni kollha mitluba, jinqabeż l-advisory cost kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.

Kemmuna – Sejħa għal Operaturi biex jikru umbrellel u deckchairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex toħrog is-sejħa qabel is-sajf 2024 biex jintgħażlu operatur/i għal-kiri tad-deckchairs u umbrellel ġewwa Kemmuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara l-eżerċizzju li sar is-sena l-oħra fejn kien hemm tnaqqis ta’ deckchairs/umbrellel, kif ukoll parti minn encroachment eżistenti ġie spustat għal parti oħra, u tneħħiet encroachment oħra sabiex ġiet vakata ż-żona tal-moll, il-bajja, kif ukoll ir-rampa li tagħti għall-bajja, qed tingħata estensjoni.

Kemmuna — Studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir studju fuq Kemmuna qabel ma jinħareġ tender għal deck chairs u umbrelel, u jgħid fejn wasal dan l-istudju? Jista’ jagħti data meta ser jinħareġ dan it-tender?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17830.

Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp – Kumpanija

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid, l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Eko-Kontribuzzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ‘eco-contribution’ illi nġabret, mid-data tal-introduzzjoni tagħha fl-2016 sal-aħħar tal-2023, applikabbli taħt it-Tieni Skeda (Artikolu 3(1)) tal-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Kap 473 tal-Liġijiet ta’ Malta u x’użu sar mill-ammont miġbur?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12581.

Programm fuq stazzjon televiżiv Ingliz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża totali tal-produzzjoni tal-programm li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li ntwera f’ħames partijiet waqt prime time (fil-ħin tal-ikel mit-Tnejn sal-Ġimgħa) fuq stazzjon televiżiv ġewwa r-Renju Unit? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu l-ispejjeż separatament fuq reklamar, ivjaġġar, akkomodazzjoni, editing tal-programm, l-ispiża tal-airtime ġewwa r-Renju Unit u anke l-fee tal-preżentatur fost oħrajn?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Paceville Town Management Committee – Aġenda ta’ laqgħa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17505, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda ta-Kamra kopja tal-Aġenda tal-lagħqa li jmiss tal-Paceville Town Management Committee?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din hija l-aġenda tat-tieni laqgħa: - Rimarki tal-ftuħ miċ-Chairman tal-Kumitat - Approvazzjoni tal-minuti tal-laqgħa ta’ qabel - Progress tax-xogħlijiet fi Triq Paceville - Aġġornament dwar il- Purple Flag - Xogħlijiet f’Paceville - Kummenti oħra.

Paceville Town Management Committee – Bord

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16684 u 17738, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet fl-intier tagħhom billi jagħti l-ismijiet tal-persuni tal-Paceville Town Management Committee li jinsabu fuq dan il-bord?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16684 u 17738.

FTZD – Kuntratt ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17743 fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4644, jista’ l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-individwu li f’Novembru 2021 inħatar bħala Advisor mal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) għal salarju ta’ €26,438? Fid-dawl li dan qed jitħallas minn fondi pubbliċi, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda ta-Kamra kopja tal-kuntratt ta’ din il-ħatra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ingaġġata skont kif jipprovdi l-Manwal tas-Servizz Pubbliku.