Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar billboards

Question

Jista' l-Prim Ministri jgħid min hu kkonsidrat bħala l-proprjetarju tal-billboards li huma mwaħħlin f'diversi postijiet madwar Malta li ħafna minnhom qed jintużaw biex fuqhom jitwaħħlu reklami? Min hu responsabbli għalihom? Jekk ir-reklami li qed jitwahhlu fuqhom humiex bi hlas, jinħtieġ permess għalihom? Min hu responsabbli għall-ħruġ tagħhom u għand min jgħaddu l-flus tar-reklami?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata xi seduta oħra.

MEPA — bini ta' breakwater u pontoon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Mepa Numru PA/05208/10 għal bini ta’ breakwater u pontoon fil-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-case officer fuq PA 5208/10 għadu qed jistenna sottomissjoni ta’ studji u informazzjoni mitluba, sabiex jiġi konkluż. Dan għaliex fl-20 ta' Frar 2012, il-Perit intalab mid-Direttorat tal-Ippjanar sabiex jissottometti studji mit- Transport Malta dwar l-impatt tal-proposta fuq l- ambient wave climate , kif ukoll hydrodynamic model li juri l-effett tal-iżvilupp propost. Filwaqt illi, fit-28 ta' Marzu 2012, id-Direttorat tal-Ambjent talbu informazzjoni relatata ma' mmanigjar ta' skart, u dettalji dwar servizzi u installazzjonijiet. Il-MEPA qed tistenna risposta mill-Perit/applikant dwar dawn iż-żewġ talbiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub.

MEPA — applikazzjoni għal floating pontoon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/05241/10 għat-tqegħid ta’ floating pontoon ‘il barra mill-port tal-Imġarr? Sar rapport minn Case Officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv jista’ jpoġġi kopja tiegġu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le għaliex għadu ma sarx? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-applikazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill- Case Officer fuq din l-applikazzjoni (PA 5242/10) għadu jrid jiġi konkluż in vista ta’ emendi li ddaħħlu mill-applikant reċentement. Fl-24 ta' Frar 2012 daħlu emendi li jikkonsistu f'revised site plan, ritratti u pjanti li juru t-tneħħija tat-trakkar u l-ankraġġ tal-biċċiet tal-baħar li se jkunu inklużi f'żewġ applikazzjonijiet separati għall-bdil fil-proposta li taqra: “It is proposed to place a floating pontoon” . Minħabba l-emendi li għamel il-perit fil-proposta u l-pjanti, din l-applikazzjoni għadha qed tiġi ipproċessata u għandha terġa' tiġi rreferita lill- Case Office r biex tiġi assessjata.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA — non executable permits

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ħarġu notifikazzjonijiet ta' non executable permits li ħarġet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar din is-sena? F'liema lokalitajiet ħarġu dawn in-notifikazzjonijiet u kemm f'kull lokalità?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Impjant ta' Sant'Antnin

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 35160 dwar l-iżvilupp ta’ family park f’Wied il-Għajn, b’mod partikolari għall-kundizzjoni Nru 5 li tinsab f'paġna 4 tal-Planning Gain fejn jingħad li l-proġett kellu jitwettaq fi żmien ħames snin minn mindu ngħatat id-deċiżjoni tal-permess tal-applikazzjoni (“The family park shall be implemented within 5 years from the issue of this permit”) PA 04607/06 fit-30 ta’ Jannar 2007, jiġifieri jiskadi fit-30 ta’ Jannar 2012, ma jidhirlux il-Ministru li l-kelma “implement” li bl-Ingliż tfisser “carry into effect”, bil-Malti tfisser “twettaq” u “twettaq” għal xi ħaġa bħal dan il-każ, park tal-familja, ifisser ikun komplut? Ma jaħsibx li n-nuqqas li jitlesta l-proġett kif imwiegħed jista’ jwassal biex residenti ta’ din il-lokalità jiftħu kawża biex jieħdu dak li kien imwiegħed lilhom snin ilu?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — applikazzjonijiet pendenti fil-Qawra u San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, bejn Triq il-Kurazza, il-bus terminuts tal-Qawra u Triq it-Turisti, f'San Pawl il-Baħar? Meta saru dawn l-applikazzjonijiet, meta ġew approvati? Jekk ġew, xi żvilupp hemm propost?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m'hijiex f'pożizzjoni li tagħti nformazzjoni fuq applikazzjonijiet fiż-żona bejn il-bus terminus u Triq it-Turisti u għalhekk qed tagħti żewġ listi, waħda ta' applikazzjonijiet pendenti u oħra ta' applikazzjonijiet approvati fit-toroq ta' Triq it-Turisti u Triq il-Kurazza fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar. Din l-informazzjoni inġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet li għandhom fil-lokalità tal-iżvilupp propost waħda mill-kliem "Turisti" jew "Kurazza". Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — construction site management regulations

Question

B'referenza għal construction site management regulations imposta mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq siti li ma kenux konformi ma' dawn ir-regolamenti matul is-snin 2010, 2011 u 2012 sal-lum kull sena separatament? Kemm minn dawn l-enforcement notices inħarġu għax siti ta' kostruzzjoni ma kenux magħluqa bl-iscaffolding u ma pprovdux safe passage għal terzi?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

commercial premises — permessi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'permessi għandhom ikollhom il-commercial premises f'dan il-każ snack bars u bars sew mill-2001 meta ġew taħt l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u qabel 2001 meta kienu taħt il-pulizija? Jista' jgħid x'wieħed irid jippreżenta sabiex tinħareġ il-liċenzja tal-awtorità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-bars u snack bars ilhom jiġu liċenzjati mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu sa mis-sena 2001 u 2002 rispettivament bis-saħħa ta’ KAP 409 dwar Servizzi ta’ l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta. Dan jgħodd kemm għal kull liċenza li toħroġ l-Awtorita kif ukoll għal kull liċenza li kienet ħarġet mill-Puluzija qabel il-permessi għaddew taħt ir-responsabbilita’ ta’ l-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu. Biex wieħed tinħariġlu liċenza ta’ bar jew ta’ snack bar mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu jeħtieġ li l-applikant jipprovdi dawn id-dokumenti: 1. Kondotta tal-Pulizija tal-applikant; 2. Kopja tal-Karta tal-Identita’; 3. Pjanta tal-istabbiliment kif ikun propost; 4. Ritratti tal-faċċata; 5. Permess mid-Dipartiment tal-Artijiet (f’każ li l-post ikun mikri mingħand il-Gvern); 6. Kopja tal-Memorandum and Articles of Association (jekk l-applikant ikun qed japplika f’isem kumpanija kummerċjali); 7. Kopja tal-valur tal-kera minn Perit jew il-kuntratt tal-kera; 8. Permess ta’ class 6 maħruġ mill-MEPA; 9. Approvazzjoni mill- Food Safety Unit fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa u l-menu kif approvat mill-istess Food Safety Unit; 10. Approvazzjoni mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma li jiċċertifikaw li l-istabbiliment għandu mezz sabiex isaffi l-ilma tal-kċina (Grease Trap); 11. CV jew dettalji tal-operatur; 12. Dokument li jiċċertifika li l-istabbiliment hu sigur kontra r-riskju tan-nar

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Staff klerikali li għandhom degree mill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff klerikali li jaħdmu fid-dipartimenti u l-uffiċini kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom degree mill-Università? Jista' jgħid x'inhi d-degree u f'liema dipartimenti qegħdin? Jista' jgħid jekk humiex nisa jew irġiel?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA -spiża fuq pagi u benefiċċji tal-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35022 u 31739 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni ta' kemm qed jiswew lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar l-uffiċċji taċ-chairman, tas-CEO u tal-erba' diretturi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-gradi, il-paga, il-perkaċċi u l-overtime li tħallsu lil kull impjegat f'dawn l-uffiċċji? Tista' din l-informazzjoni tkun maqsuma sena b'sena mil-1998 sal-lum u tingħata spjegazzjoni ta' kif telgħu l-ispejjeż fuq kull individwu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

MEPA — informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq l-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar Numru PA/03051/03? Sar rapport minn case officer dwar din l-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, għaliex għadu ma sarx disa’ snin wara li saret l-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tal-applikazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport mill-case officer fuq PA 3051/03 għadu ma sarx. Dan minħabba li ntalbu li jsiru Environment Impact Assessment (EIA) u Appropriate Assessment (AA) dwar din l-applikazzjoni. Il-proċess tal-EIA inbeda fl-2003 u għadu ma ġiex konkluż, filwaqt li skond il-konklużjoni tal-AA, il-proposta hija oġġezzjonabbli fi prinċipju. Id-Direttorat tal-Ippjanar qed jikkonsulta mal-applikant sabiex jiġi determinat jekk hux se jitkompla il-proċess tal-EIA. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-applikazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

San Pawl il-Baħar — slielem matul ix-xatt

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta talbitx li jiġu stallati slielem iktar milli kien hemm matul is-snin li għaddew, għal din is-sena, matul ix-xatt kollu li jagħmel parti mill-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva, fejn intalbu li jiżdiedu dawn is-slielem?

Response (DEMARCO, MARIO)

Is-slielem ta’ matul il-xatt ta’ Malta kollha jsiru mill-MRRA (CSD Section). Huwa normalment il-Kunsilli Lokali li jitolbu lill MRRA fejn hemm bżonn jsiru dawn is-slienen.

MEPA — applikazzjonijiet għar-riabilitazzjoni tal-binjiet tal-fortizza

Question

Minnbarra l-informazzjoni mogħtija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34972, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk, minbarra l-applikazzjonijiet formali li hemm referenza fir-risposta, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ukoll xi studji mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ipjannar jew ħaddieħor biex isir riabilitazzjoni tal-bosta binjiet li jiffurmaw il-fortizza?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda studju ieħor mill-MEPA. Il-kompitu ta' studji dwar fortifikazzjonijiet u tfasil ta' pjan strateġiku dwar ir-restwar u riabilitazzjoni tal-bosta fortizzi fil-Gżejjer Maltin kien fi ħdan is-Sovrintendent tal-Fortifikazzjonijiet fid-Direttorat tar-Restwar tad-Divisjoni tax-Xogħolijiet, li xi ftit snin inbidillu it-titlu u l-funzjoni tiegħu għal dak ta' co-ordinatur tar-riċerka.

informazzjoni dwar permessi ta' pjan terran

Question

Jista' l-Minsitru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkonferma li ċertu xogħol li qed isir fil-pjan terran li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, huwiex isir bil-permessi meħtieġa u x’azzjoni tista' tittieħed biex dan ix-xogħol li allegatament qed isir mingħajr permess qed iwassal biex jkun sors sabiex jidħlu saħansitra ġrieden fl-imsemmi block b’inkonvenjent kbir għar-residenti nfushom, jitwaqqaf?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qed isir xogħol strutturali f'żewġ appartamenti separati fil-pjan terran tas-sit indikat. Waqt li l-iżvilupp f' wieħed mill-appartamenti (Flat nru 8) huwa kopert bil-permess ta' żvilupp (PA 1493/08) maħruġ fl-20 ta' Ġunju, 2008, ix-xogħol fl-ieħor (Flat Nru 7) mhux awtorizat skond rifjut tal-applikazzjoni PA 2175/07, datat 22 t'Awwissu, 2007. Dwar dan l-iżvilupp illegali li preżentamant jinsab wieqaf, kien inħareġ Avviż biex Tieqaf u tat-Twettiq ECF 795/07 kontra l-persuna responsabbli talli sar żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn ftuħ ta' tieqa' fuq il-faċċata li tagħti għal ġewwa l-basement kif ukoll twaqqa' parti mill-boundary wall. Il-każ għadu pendenti.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Hawker ticket seller — proċedura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru huwiex responsabbli mill-ħruġ ta' hawker ticket seller? Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura addottata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura mhuwiex responsabbli mill-ħruġ ta’ hawker ticket seller għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MEPA — appelli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell ġdid daħal quddiem il-Bord tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar/Environment and Planning Review Tribunal tul dawn l-aħħar għaxar snin, jiġifieri bejn is-sena 2002 u s-sena 2011? Jista' jagħti din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. L-ammont ta’ appelli fl-2011 żdiedu meta mqabbla mas-snin preċedenti għaliex fl-2011 ma baqax aktar id-dritt ta’ rikonsiderazzjoni ħlief minn kondizzjonijiet maħruġa f’każ ta’ approvazzjoni ta’ applikazzjoni, u għalhekk filwaqt li qabel f’każ ta’ rifjut ta’ applikazzjoni kien hemm żewġ rimedji: ir-rikonsiderazzjoni jew appell, issa r-rimedju huwa biss dak ta’ appell.