Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10399, 11055, 11804, 12115 u 12663 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803, 12116 u 12664 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430 u 12665 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
San Ġiljan — Xatt is-Sajjieda - Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11875, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ser isiru x-xogħlijiet li bdew fuq il-loġġa tas-sajjieda bħala parti mill-proġett ta’ riġenerazzjoni tax-Xatt tas-Sajjieda, ġewwa San Ġiljan u jekk dawk involuti, pereżempju sajjieda u sidien ta’ negozji kienu/huma nfurmati bid-data ta’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11875, ninfurmah li x-xogħol tat-twaqqigħ tas-saqaf tal-loġġa diġà beda. Il-persuni involuti, inkluż is-sajjieda, is-sidien ta’ negozji li jmissu mal-binja u anke l-Kunsill Lokali, qegħdin kontinwament jiġu infurmati bil-progress tax-xogħlijiet.
San Ġiljan — Xatt is-Sajjieda - Xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11875, fejn kien mitlub fejn waslu x-xogħlijiet fuq il-promenade/xatt, jista’ l-Ministru jagħti t-tracking number mal-Awtorità tal-Ippjanar (PA)?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11875, it-tracking number mal-Awtorità tal-Ippjanar huwa 7196/21.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm massage parlours f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni ma tinżammx mill-Ministeru għat-Turiżmu u lanqas mill-entitajiet fi ħdanu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm Gentlemen’s Clubs f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13484 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9759 u jgħid xi proġetti saru mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ġewwa Għawdex u Kemmuna matul l-aħħar sentejn u kemm kienet in-nefqa? Jista’ jgħid ukoll xi proġetti saru jew se jsiru mill-MTA ġewwa Għawdex u Kemmuna matul is-sena 2023 u kemm se tkun in-nefqa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmet fuq dawn il-proġetti:
· Scuttling tal-vapur Hephaestus sabiex issir sikka artifiċjali. Dan il-proġett sar bħala parti mid-Diving Master Plan għal Malta u Għawdex b’nefqa ta’ madwar €600,000.
· Preżenza ta’ lifeguards f’numru ta’ bajjiet f’Għawdex u Kemmuna b’nefqa ta’ madwar €420,000 kull sena.
· Restawr tat-Torri tad-Dwejra flimkien ma’ Din l-Art Ħelwa b’nefqa ta’ madwar €260,000.
· Festival tan-nar b’nefqa ta’ madwar €100,000.
Għal din is-sena, l-MTA qed terġa’ tkopri l-ispiża ta’ madwar €420,000 għal-lifeguards fil-bajjiet, filwaqt li qegħdin jaħdmu sabiex jgħinu lil Din l-Art Ħelwa f’xogħol ta’ restawr tat-Torri ta’ Kemmuna bi spiża ta’ madwar €250,000. Ser ikunu qed jagħtu għajnuna fil-proġett ta’ restawr ta’ żewġ pitturi ta’ Michele Busuttil ġewwa l-Katidral t’Għawdex għal nefqa ta’ madwar €35,000.
Ministeru għat-Turiżmu — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu 2022 sal-lum, jien informat illi l-Ministeru għat-Turiżmu, inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċevew 121 talba. Minn dawn, 31 intlaqgħu, 50 ma ntlaqgħux waqt li 40 talba għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ingaġġati miegħi huma skont kif jipprovdi l-Manwal tas-Servizz Pubbliku.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar — Tenders għal xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12293, fejn jingħad li la l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u lanqas xi entità li taqa’ taħtha ma ħarġu tenders għax-xogħlijiet fil-Mellieha, fin-Naxxar u f’San Pawl il-Baħar li saru dikjarazzjonijiet dwarhom mill-Ministru, jista’ l-Ministru jgħid minn min inħarġu t-tenders għal dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender tat-tisbiħ tal-Belveder ħareġ mill-Ministeru għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn it-tieni sitt xhur tas-sena, jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2023?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja l-laqgħa Informali tal-Ministri għat-Turiżmu (Informal Council for Tourism Ministers) f’Palma de Mallorca. Minħabba esiġenzi li jirrikjedu l-preżenza tiegħi hawn Malta, din il-laqgħa qed jattendi għaliha s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid x'forma ta' kuntratt u/jew relazzjoni għandu ċ-ċiklista li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u kemm jiswa dan il-kuntratt?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu msemmi għandu kuntratt ta’ sena biex jagħti pariri lill-Awtorità dwar l-attività tal-marketing fl-isfera internazzjonali taċ-ċikliżmu. Dan il-kuntratt jiswa €20,000.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijjiet parlamentari 10399, 11055, 11804 u 12115 u jgħid kemm se jiġi jiswa liċ-ċittadin Malti, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal-launch tal-Mediterrane Film Festival? Jista’ jagħti rendikont separat ta' flights, hotels, recordings, presenting u oħrajn? Jista’ jgħid għalfejn intgħażel dan l-individwu meta seta’ ntgħażel xi ħadd Malti u meta dan lanqas mhu ġej mill-pajjiżi li se jkunu qegħdin jipparteċipaw f'dan il-festival, fosthom l-Italja, Spanja, Franza, Kroazja, Greċja, Slovenia, Portugal, Ċipru u Malta?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10771, 11052, 11803 u 12116 u jagħti break down dettaljat tal-ispiża totali għall-Mediterrane Film Festival li tinkludi lista tal-ismijiet ta’ kull persuna mistiedna mill-Kummissjoni Maltija tal-Films jew mill-Ministeru tiegħu u li tinkludi wkoll l-ispejjeż imħallsa minn fondi pubbliċi għal vjaġġar, akkomodazzjoni, trasport, ikel u xorb kif ukoll spejjeż oħra relatati għal kull persuna? Jista' jipprovdi break down finanzjarju għal kull nefqa li saret għas-serata tal-Gala Awards? Jista’ jippubblika lista sħiħa tal-ġurnalisti barranin li ġew mistiedna u r-rappurtaġġ li taw lil pajjiżna u jgħid jekk tali rappurtaġġ kienx imħallas ukoll u kemm? Jista’ wkoll jippubblika n-nefqa minn fondi pubbliċi f’forma ta’ break down finanzjarju għan-nefqa f’marketing li saret għal dan il-Festival?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109 u 12430 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110 u 12431 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12520, jista' l-Ministru jgħid jekk it-talba daħlitx għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) permezz ta’ email jew b'xi formola apposta? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll fejn kien avżat kif jagħmel din it-talba l-"pubbliku inġenerali"?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hi prassi li hekk kif toqrob id-data tal-kunċert, l-entità kkonċernata tibda tirċievi talbiet għal biljetti permezz tat-telefon u in persona. Il-biljetti jitqassmu “on a first come first served basis” sakemm il-biljetti jiġu eżawriti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12519, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kif tqassmu l-ammonti ta' biljetti bejn l-entitajiet, stakeholders u l-pubbliku inġenerali, u liema kienu dawn l-entitajiet u l-ammont li ħadet kull entità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jinżamm l-ebda rendikont lil min ikunu ngħataw il-biljetti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12519, jista' l-Ministru jgħid jekk il-biljetti ġewx provduti b'xejn mill-organizzaturi jew kinux mixtrija mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), u jekk kienu mixtrija, kemm kien l-ammont li tħallas f'kull kunċert imsemmi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda ħlas għal tali biljetti.