Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi - Triq San Bastjan - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq San Bastjan, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33560.

Ħal Qormi - Triq il-Belt Valletta - Xogħlijiet

Question

Fid-dawl ta’ bosta lmenti ta’ residenti Qriema dwar l-istat ħażin f’partijiet ta’ Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33560.

Is-Siġġiewi - Triq Mons. Mikiel Azzopardi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti update fuq ix-xogħol li għaddej fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi? Jista’ jgħid ukoll meta se jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi ġew iffinalizzati x-xogħlijiet ewlenin ta’ servizzi ġodda, inkluż l-ilma għax xorb, lqugħ għall-ilma tax-xita, drenaġġ u irrigazzjoni għal planters. Bdiet titqiegħed l-kurduna l-ġdida li ser tifforma l-parkeġġi ġodda li jifirdu is-service road minn mal-main road. Qiegħed ukoll jingħata wiċċ ġdid lill-bankina man-naħa tal-belvedere bit-tqegħid ta’ madum li għandu finish ta’ exposed aggregate. Ix xogħol kollu f’din it-triq għandu jitlesta fis-sajf ta’ din is-sena.

Ħal Qormi - Toroq - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li saru f’Ħal Qormi mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jelenka x’tip ta’ xogħol sar f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi sena 2024 sar: ·        xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq id-Dielja, P/O Triq il-Ħarifa u Triq is-Sajf. ·        ingħata wiċċ ġdid fiTriq Manuel Borg Gauci, fit- toroq rurali fl-akwati tal-Ħandaq, (qrib ir-roundabout tal-Monument tat-Tieni Gwerra Dinjija), kif ukoll fi Triq l-Imdina. ·        xogħol ta’manutenzjoni fi Triq il-Mithna u Triq id-Dukkara. Fis-sena 2025, sar ·        xogħol ta’ rikostruzzjoni ta’ Triq Guze Duca. ·        xogħol ta’ manutenzjoni ta’ parti minn Ħamrun Bypass u Triq ħal Qormi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (BONETT, CHRIS)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ir-Rabat, Malta - Triq il-Buskett - Patching ta’ ħofor

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33579 dwar il- ‘patching’ tal-ħofor fi Triq il-Buskett bejn ir-Rabat u l-Buskett, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-‘patching’ hux ser isir fl-immedjat jew jekk hux ser isir ‘patching’ temporanju sakemm jitlesta l-proġett peress li l-ħofor huma tant kbar li qed jikkawżaw ħsarat lill-karozzi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-offerti ġiet ippubblikata riċentament u x-xogħol mistenni jibda fix-xhur li ġejjin. Sadanittant, infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat wettaq xogħol ta’ patching temporanju.

Liċenzji tas-sewqan – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33569 u 33863 u jgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Transport Malta matul l-2025? Kemm minn dawn il-liċenzji nħarġu lil persuni Maltin, u kemm lil persuni mhux Maltin? Minn liema pajjiżi huma l-persuni mhux Maltin li nħarġitilhom il-liċenzja tas-sewqan u x’inhu n-numru ta’ liċenzji maħruġa, maqsuma skont in-nazzjonalità? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx statistika tal-etajiet ta’ dawk li tinħarġilhom il-liċenzja?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32119, ninfurmaha li l-informazzjoni addizzjonali għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward issaħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttiva li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha taħbat fit-tieni nofs tas-sena 2026 hija s-segwenti: DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1801 tat-23 ta’ Ġunju 2025 li tadatta għall-progress xjentifiku u tekniku l-Annessi I u II tad-Direttiva (UE) 2022/1999 tal- Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar proċeduri uniformi għal kontrolli fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq. 23/06/2026 Din id-Direttiva għadha ma ġietx trasposta fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadha pendenti.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor Interpellat għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33409.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li jien responsabbli minnu, fejn huwa possibbli u x-xogħol jippermetti, jaddottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Ta’ Qali - Picnic Area - Kopja tal-Method Statement

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Method Statement dettaljat u approvat li se jkun qed jintuża bħala gwida għax-xogħlijiet ta’ restawr fil-picnic area f’Ta’ Qali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isiru l-investigazzjonijet neċessarji, sabiex eventwalment il-Method Statement jiġi ffinalizzat.

Segretarjat għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Ottubru 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33939.

In-Naxxar - Triq l-Emigranti - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għall-parti ta’ fuq ta’ Triq l-Emigranti fin-Naxxar u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq l-Emigranti fin-Naxxar hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fiha, liema xogħlijiet huma previsti li jibdew fil-futur qarib.

In-Naxxar - Triq il-Missjunarji - Pjanijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet infrastrutturali għal Triq il-Missjunarji fin-Naxxar u x’inhuma dawn il-pjanijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ser twettaq spezzjonijiet sabiex issir evalwazzjoni tal-ħsarat u tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Principal Technician Colloquium - Riżultati tas-sejħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati tas-sejħa (posting) għall-kariga ta’ Principal Technician Colloquium? Jista’ wkoll jipprovdi tqassim (break down) tar-riżultati kif ingħataw, kif ukoll il-kariga u l-grad preċedenti tal-persuni li ġew intervistati (mingħajr ma jissemmew l-ismijiet)?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħeml il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Settur tal-Y Plates - Studju

Question

Fid-dawl li fis-sena 2024, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u/jew l-Awtorità għat-Trasport f’Malta u/jew entitajiet jew dipartimenti oħra governattivi, ikkummissjonaw studju dwar is-settur tal-Y Plates (Light Passenger Transport Vehicles) mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru: i.   jgħid kemm ġie jiswa dan l-istudju u liema Ministeru u/jew entità governattiva ffinanzja dan l-istudju; ii.   jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-Terms of Reference li ġie bbażat fuqu l-istudju; u iii.  jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju in kwistjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Il-Fgura u Ħal Tarxien – Triq San Tumas u Triq Dun Karm Sant – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir fi Triq Dun Karm Sant, Ħal Tarxien, u fi Triq San Tumas, il-Fgura, huwiex qed isir minn x’entità li taqa’ taħtu? Jekk iva, jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol, kemm hu mistenni li se jiġi jiswa, u meta hu mistenni li jitlesta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija mhumiex isiru minn dan il-Ministeru.

Charging Points li kienu jintużaw mill-Kumpanija GOTO

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33962, u ċjoè: Fid-dawl ta’ nuqqas ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi, jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhumiex qed jintużaw il-pilastri tal-iċċarġjar li kienu jintużaw mill-kumpanija GOTO, li waqqfet l-operat tagħha f’Settembru 2022, u li minnhom hawn aktar minn 400 pilastru?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33961.