Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10787, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid, sena b’sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm iddaħħlu flus mis-CVA?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mis-CVA (eskluż spejjeż) kien is-segwenti:
2020 - €770,034.86
2021 - €850,964.52
2022 - €689,603.26
Jannar sa’ Awissu 2023 - €525,589.63
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10787, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u jgħid, sena b’sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm iddaħħlu flus mis-CVA?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mis-CVA (eskluż spejjeż) kien is-segwenti:
2020- € 770,034.86
2021- € 850,964.52
2022- € 689,603.26
Jannar sa’ Awissu 2023 - € 525,589.63
Jista’ l-Ministru jara li r-rotta 84 fiż-Żejtun ikollha ħinijiet aħjar billi ssir kull 30 minuta u li l-iskedi jinżammu għaliex hemm diversi residenti li qed isofru? Jista' jara wkoll li l-istess rotta tgħaddi minn Triq il-Qadi kollha, ġewwa ż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 84 diġà topera bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa. Ninsab infurmat ukoll li ittieħdet nota għal aktar konsiderazzjoni tas-suġġeriment li tiġi estiża din ir-rotta sabiex tkopri Triq il-Qadi, kollha.
Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelters li jinsabu mifruxa fil-lokalità taż-Żejtun jitnaddfu u jiġu miżmuma aħjar billi bħalissa huma mitluqin, kif ukoll diversi passiġġieri qegħdin ibatu minħabba nuqqas ta’ lqugħ fis-sajf mix-xemx u fix-xitwa mix-xita?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti legali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10720 u jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10721 u jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar it-trasport pubbliku biex jiġu stabbiliti rotot u frekwenza aħjar tat-trasport pubbliku ħalli jkun aktar effiċjenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dan l-istudju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex rotot bħar-Rotta Nru 101 mhux qed jitqiesu li jgħaddu wkoll mill-Mosta biex inaqqsu l- passenger capacity li titlaq mit-tramuntana ta’ Malta bħax-Xemxija, Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Rotta 101 tagħti konnessjoni miċ-Ċikewwa, Għadira, Mellieħa, Manikata, Għajn Tuffieħa, Imġarr is-sena kollha. Fil-perjodu tas-sajf din tiġi estiża għall-bajja tal-Ġnejna. Għaldaqstant jekk din ir-rotta tiġi modifikata kif qiegħed jiġi propost il-konnessjonijiet preżenti jintilfu.
Servizz tat-trasport pubbliku — rotot li jwasslu għal Buġibba
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rotot li jwasslu għal Buġibba ma jgħaddux lejn ix-Xemxija u lura lejn Buġibba biex titnaqqas il-kapaċità tal-passiġġieri li jmorru l-Mellieħa, ix-Xemxija u l-Bajja ta' San Pawl il-Baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu rotot li jservu l-Mellieħa, ix-Xemxija u l-Bajja ta' San Pawl il-Baħar ser ikunu qegħdin jaraw żieda fil-frekwenza tagħhom fix-xhur li ġejjin. Se tkun qiegħda tiżdied ukoll il-frekwenza fuq rotta li titlaq minn Buġibba u li sservi wkoll parti minn San Pawl il-Baħar. Dan sabiex tkompli żżid il-kapaċità f’din il-lokalità.
Karozzi tal-linja — evidenza dwar spezzjonar tas-sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra evidenza dwar l-ispezzjonar ta' sigurtà fuq il-karozzi tal-linja?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra sample ta’ kopji tal- formoli tal-ispezzjonijiet ta' sigurtà fuq il-karozzi tal-linja.
Malta Public Transport — Studju minn Customer Experience Focus Group
Question
Fid-dawl li f'Ġunju 2022 sar Customer Experience Focus Group mill-Malta Public Transport, jista’ l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' dan l-istudju?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan li studju sar minn Malta Public Transport li hija kumpanija privata u għaldaqstant jista' jintalab lill-kumpanija direttament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-trasport pubbliku huwiex pet-friendly?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġarr ta' annimali fuq il-mezzi tat-trasport pubbliku huwa rregolat permezz tal-leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.56, Regolamenti dwar il-Ġarr Tal-Passiġġieri, Kaptiolu 68 J(1) li tgħid u nikkwota:
· Ħadd m’għandu jgħabbi jew itella’ annimali, ħlief klieb li jservu ta’ gwida, fuq motor route bus kemm-il darba dawk l-annimali ma jkunux f’kontenitur jew ġarriera u dawn jinżammu fuq il-ħoġor tal-passiġġier li jkun qiegħed iġorrhom
Dawn ir-regolamenti jispjegaw ukoll f’kapitlu 41 dan li ġej:
Ix-xufiera u l-operaturi m’għandhomx iżommu lill-passiġġieri milli jitilgħu fuq vettura għall-ġarr tal-passiġġieri akkumpanjati minn kelb tal-assistenza li għandu jinkludi klieb ta’ gwida, u klieb tas-smigħ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jkunu qegħdin isiru x-xogħlijiet tant meħtieġa fi Triq Sant’Anna, f'Wied il-Għajn, peress li din tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta li qiegħda taħdem mal-Kunsilli Lokali u x-xogħol tat-toroq jiġi allokkat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalità rispettiva tagħhom. Ninsab infurmat li Infrastructure Malta u l-kunsilli lokali ta' Marsaskala għaddejjin b’diskussjonijiet dwar ix xoghol tat-toroq li jrid jigi allokat.
Iż-Żejtun — lista ta’ linji sofor u/jew parkeġġi riservati
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' linji sofor u/jew parkeġġi riservati approvati minn Transport Malta fi Triq id-Duluri, Triq Santu Wistin, Triq il-Qalb ta' Ġesu, Triq Mikiel Cachia u Triq Dun Spir Grixti fiż-Żejtun?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-segwenti lista ta’ linji sofor / parkeġġi riservati approvati minn Transport Malta fit-toroq imsemmija:
Triq
Linji Sofor
Parkeġġi Riservati
Triq id-Duluri
1
2
Triq Santu Wistin
2
Xejn
Triq il-Qalb ta' Ġesu
Xejn
Xejn
Triq Mikiel Cachia
Xejn
1
Triq Dun Spir Grixti
1
1
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatawx direct orders għal tħawwil ta' siġar f'dawn l-aħħar tliet snin ġewwa l-Birguma Bypass li hi milquta minn tliet toroq? Jekk fl-affermattiv, kemm kien l-ammont ta' flus li tħallsu? Kemm-il siġra ġiet imħawla? Jista’ jgħid jekk dawn is-siġar ġewx imħawla fuq kull naħa tat-triq jew fuq naħa waħda biss? Fuq liema bażi ġie deċiż kif dawn saru?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Triq Margaret Murray, Triq Andrea Debono u Triq Jean Houel, Naxxar, tħawlu madwar 385 siġra u 2250 arbuxell, bi spiża ta’ €750,000. Il-kuntrattur li kien reponsabbli mill-manutenzjoni taż-żoni ta’ tisbiħ ambjentali ġie appuntat biex jesegwixxi dan ix-xogħol. It-tħawwil tas-siġar u l-arbuxelli sar fiż-żoni fejn ma kienx hemm servizzi taħt il-livell tat-triq sabiex b’hekk kien hemm il-possibbiltà li jinbena lqugħ ghal ħamrija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10901 u jgħid kemm inbnew bus shelters ġodda mill-2013 sal-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm inbnew bus shelters ġodda fl-2023? Jista’ jgħid fejn inbnew u kemm sewa kull bus shelter?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat li minn Marzu 2013 sal-aħħar 2022 twaħħlu ħames canopies kbar fejn wieħed ikun jista’ jistkenn mill-elementi waqt li jkun qiegħed jistenna l-karrozzi tal-linja. Dawn il-canopies twaħħlu 2 ġewwa l-Isptar Mater Dei, fil-Ferry Terminal taċ-Ċirkewwa, il-Bombi u Marsascala.
Infurmat ukoll li twaħħlu 49-il bus shelter ġdid fil-lokalitajiet sussegwenti:
Fgura
6
Marsaskala
2
Marsa
1
Qawra/ Buġibba
1
Birkirkara/ Fleur De Lys
3
Sliema
4
Ta’Xbiex
1
Mtarfa
5
Qrendi
1
Rahal Ġdid
1
San Pawl il-Baħar
7
Naxxar
7
Mosta
2
San Ġwann
1
Qormi
1
Luqa
1
Santa Luċija/Tarxien
2
Mġarr
1
Balzan
1
Dingli
1
Ninsab infurmat li mis-sena 2023, il-bus shelters ġodda reġgħu waqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.79 ‘Ordni dwar delegazzjoni ta’ funzjoni lil Kunsilli Lokali (Bus Shelters)’. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat mill-Gvern Lokali għal aktar informazzjoni minn dik id data 'l quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jiġu proposti mill-awtoritajiet sabiex it-traffiku li ta’ kuljum jgħaddi minn Triq Anton Buttigieg, fiż-Żejtun, jiġi b’xi mod ridott u razzjonalizzat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Anton Buttigieg hija amministrata mill-Kunsill Lokali u Transport Malta ma għandha l-ebda talbiet pendenti fir-rigward tat-traffiku li jgħaddi minn din it-triq. Madanakollu, qed isir studju konġunt bejn Transport Malta u Infrastructure Malta biex jittaffa t-traffiku fi Triq il-Għadam, liema triq tagħti minn Triq Anton Buttigieg għaċ-ċentru taż- Żejtun.
In oltre
, riċentement kien għaddej xogħol fi Triq Għar Dalam, f’ Birżebbuġa. Din it-triq ingħalqet diversi drabi u dan seta’ ħalla impatt fuq it-traffiku fi Triq Anton Buttigieg. Dan ix-xogħol illum tlesta u fadal biss xogħol fuq il-bankini li mhux suppost ikollu aktar impatt fuq it-traffiku.