Il-Mellieħa – Triq it-Tabib Joseph Grech Attard — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9488, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq it-Tabib Joseph Grech Attard fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9488, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq ir-Rattan fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9488, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Wilġa fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
Awtorità għat-Trasport f’Malta – talba mill-kunsilli lokali għal Controlled Residents Parking Scheme
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li ippreżentaw talba lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex fil-lokalità tagħhom tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema toroq kienu jirreferu dawn it-talbiet, liema minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?
Awtorità għat-Trasport f’Malta – studju intern dwar miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta
Question
Jista' l-Ministru jindika l-isem, il-kunjom u l-kariga tal-persuna jew persuni fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport f'Malta li ġew inkarigati mill-istess Awtorità sabiex iwettqu "studju intern sabiex jinħolqu miżuri favur aktar parkeġġ madwar Malta" u b'mod partikolari iżda mhux biss dwar l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)?
Bastimenti barranin li daħlu fil-portijiet ta’ Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm daħlu bastimenti barranin fil-portijiet ta' Malta u Għawdex sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-isem ta' kull wieħed mill-bastimenti u jekk kienx bastiment militari jew inkella bastiment ċivili? Jista' jgħid ukoll f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti barranin u kemm dam?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tat-Trasport.
Peress li waqt li għaddej il-proċess dwar il-proġett tal-mina u ftit li xejn qed jissemma li se jsir Strategic Impact Assessment dwar dan il-proġett, jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk hemmx il-ħsieb li jsir dan l-assessment?
B’referenza għall-proġett tal-mina, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx ippreżentata applikazzjoni formali mal-Awtorità tal-Ippjanar? Jista’ jgħid meta se jiġi ppubblikat il-pre-qualification questionnaire?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux surveys topografiċi fiż-żona fejn qegħdin jiġu proposti l-fetħiet tal-mina f’Malta u anke f’Għawdex? Jista’ jgħid jekk tħejjiex ukoll il-conceptual design? Jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?
Pembroke — Żona ta' Saint Andrew's - pjanti għal xogħlijiet fit-toroq
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti kollha li ġew imħejjija mill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta dwar xogħlijiet fit-toroq li jinsabu fiż-żona ta' Saint Andrew's, Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta twaqqfet fl-2018 sabiex twettaq il-pjan nazzjonali tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurezza u s-sostenibilità tal-infrastruttura ta' pajjżna.
Malli twaqqfet, din l-aġenzija mill-ewwel bdiet twettaq ħidma kbira li qatt qabel ma rajna bħalha fit-toroq Maltin. Fost oħrajn, beda x-xogħol tal-investiment bla preċedent ta' €700 miljun biex nibnu mill-ġdid u ntejbu l-kwalità tat-toroq residenzjali f'kull lokalità. Fl-istess waqt, Infrastructure Malta bdiet ukoll ħidma biex ittejjeb il-kwalità tat-toroq arterjali, li jintu¿aw minn għexieren t'eluf ta' persuni kuljum. F'dawn it-toroq, mhux biss qed issir ħidma biex jonqsu il-ħin tal-ivvjaġġar u r-riskji tal-aċċidenti, iżda qed isir ukoll investiment biex jinħolqu aktar faċilitajiet għal mezzi tal-ivvjaġġar aktar sostenibbli, bħall-mixi, t-trasport pubbliku u r-roti.
Fl-istess waqt, Infrastructure Malta qed twettaq ukoll xogħlijiet f'toroq oħra, fosthom dawk rurali li jintużaw ħafna mill-bdiewa, kif ukoll fl-infrastruttura max-xtut u fil-portijiet, speċjalment dawk u¿ati mis-sajjieda u minn setturi marittimi oħra.
Kif spjegat, Infrastructure Malta għandha ħafna xogħlijiet differenti għaddejjin u ppjanati f'toroq differenti f'Malta. Għalhekk, ikun apprezzat jekk jiġi speċifikat eżattament għal liema xogħlijiet jew għal liema toroq qed issir referenza għalihom.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (BORG, IAN)
Ninsab informat illi biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Kosta fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Prinjol fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq ta’ Qadi fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
In-Naxxar – Triq li tmiss ma’ Triq l-Imdawra — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi triq li tmiss ma’ Triq l-Imdawra fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi triq tal-Budaq, fil-limiti tan-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9487, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Kampanjol fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11217.
Marsa Junction Project – inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers li jiffurmaw parti mill-Marsa Junction Project u li saret nhar l-20 ta' Settembru 2019? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija inawgurazzjoni?
Response (BORG, IAN)
Il-Marsa Junction Project huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq Maltin, sabiex intejbu l-effiċjenza u s-sigurezza tal-ħolqa ewlenija fir-rotta minn u lejn in-nofsinhar ta’ Malta, u li minnha ta’ kuljum jgħaddu aktar minn 100,000 persuna.
Is-seba’
flyovers
ta’ dan il-proġett, li gradwalment qed jeliminaw it-
traffic lights
ta’ ħdejn l-Addolorata, u aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li se jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, qed joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-tramuntana kif ukoll lejn in-nofsinhar bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu f’din il-ħolqa. B’hekk qed jiġu eliminati l-ħin ta’ stennija li kien ikun hemm tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta u jonqsu l-emissjonijiet ikkaġunati mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Bil-proġett qed jiġu introdotti wkoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi ta’ trasport, fosthom bankini u korsiji għar-roti, pontijiet għall-mixi, waqfiet u korsiji għall-karozzi tal-linja, żona ta’
park and ride
u żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti, fost infrastruttura oħra ġdida.
L-ewwel żewġ fażijiet tal-proġett, li kienu jinkludu l-bini mill-ġdid ta’ Triq Aldo Moro, Triq il-Gvern Lokali u toroq oħrajn fil-madwar, tlestew is-sena l-oħra. F’Diċembru li għadda, Infrastructure Malta bdiet it-tielet fażi, li prinċipalment tikkonsisti fil-bini tal-flyovers. Fil-ġimgħat li għaddew, tlestew l-ewwel żewġ strutturi ta’
flyovers
.
Iż-żewġ strutturi ta’
flyovers
ġodda huma l-aktar waħda wiesgħa u l-iżjed waħda għolja li qatt inbnew f’Malta. Bi gverta t’erba’ korsiji, l-ewwel struttura ta’
flyover
fi Triq Aldo Moro hija l-aktar struttura wiesgħa tax-xorta tagħha fil-pajjiż. Il-gverta hija ffurmata minn 56 travu tal-konkos, b’kull wieħed jiżen 36,000 kilo (36 tunnellata). Fl-ogħla parti tagħha, din il-
flyover
tingħaqad mat-tieni struttura ta’
flyover
, li testendi minn Triq Giuseppe Garibaldi. It-tielet struttura ta’
flyover
li qed tinbena bi dritt Vjal Santa Luċija eventwalment ukoll se tingħaqad ma’ l-ewwel
flyover
.
It-tieni struttura ta’
flyover
hija dik li se tkun l-iżjed fil-għoli, maqtugħa aktar minn erba’ sulari mill-art biex minn taħtha mbagħad tgħaddi
flyover
oħra. It-13-il travu tal-azzar li jiffurmaw il-liwja ta’ din il-
flyover
inħadmu t-Turkija, imbagħad inġiebu Malta bil-baħar u fis-sajf ingħaqdu fuq is-sit u ttellgħu f’posthom. Uħud minn dawn it-travi huma itwal minn 100 metru.
Iż-żewġ strutturi ġodda jserrħu fuq 16-il kolonna magħmulin mill-azzar u l-konkos li nbnew fuq pedamenti li jinkludu 137 pilastru tal-konkos, li wħud minnhom tniżżlu mas-seba’ metri taħt l-art. Biex saret din il-konnessjoni ġdida, intużaw aktar minn 800 tunnellata azzar, 7,500 tunnellata konkos u 1,400 tunnellata asfalt.
Iż-żewġ strutturi ġodda ta’ dan l-investiment ta’ €70 miljun iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea kienu inawgurati mill-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, waqt attività ta’ ringrazzjament u rikonoxximent għall-uffiċjali, ħaddiema u rappreżentanti oħra ta’ entitajiet, awtoritajiet u kumpaniji involuti f’dan il-proġett. Għal din l-attività, Infrastructure Malta ħejjiet post sigur minn fejn dawk involuti fil-proġett, flimkien mal-mezzi tal-media, setgħu jsegwu l-ftuħ tal-flyovers. Din l-attività ta’ ringrazzjament għal dawk li qed jaħdmu biex iwettqu dan il-proġett storiku u l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, li diġà bdew igawdu minnu eluf ta’ ċittadini, swiet €40,000.
I¿-¿ewġ strutturi ta’
flyovers
ġodda, li magħqudin flimkien ikopru distanza ta’ madwar nofs kilometru, qed joħolqu rotta diretta bejn il-Marsa u Ħal Luqa, lejn l-Ajruport u l-mini ta’ Ħal Kirkop, flok dik eżistenti mit-traffic lights ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
Għall-ewwel, sakemm kmieni s-sena d-dieħla jinfetħu wkoll it-tielet u r-raba’
flyovers
ta’ dan il-proġett, din il-konnessjoni b’żewġ korsiji qed tintuża bil-kontra fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar, minn Triq Aldo Moro (Marsa) lejn Triq Giuseppe Garibaldi (Ħal Luqa).
Dan sar biex Infrastructure Malta setgħet tagħlaq il-korsiji temporanji li qabel kienu jservu din ir-rotta, fl-inħawi tal-parkeġġ tal-Addolorata, ħalli tkompli tibni l-istrutturi l-oħrajn tal-proġett. Dawn jinkludu l-istrutturi tat-tielet u r-raba’
flyovers
, li qed jinbnew taħt iż-żewġ
flyovers
li Infrastructure Malta fetħet ix-xahar li għadda, biex jiffurmaw iż-żewġ korsiji li finalment se jgħaqqdu r-rotta tan-nofsinhar, minn Triq Aldo Moro lejn Triq Garibaldi. L-ewwel żewġ
flyovers
imbagħad jibdew jintużaw fir-rotta lejn it-tramuntana, biex b’hekk tkun kompluta l-konnessjoni f’żewġ direzzjonijiet, bejn dawn iż-żewġ toroq arterjali.
B’mod simili, l-istrutturi tal-
flyovers
l-oħrajn u l-korsiji ġodda li Infrastructure Malta qed tibni bħala parti minn dan il-proġett se joħolqu konnessjonijiet diretti bejn Triq Aldo Moro u t-toroq l-oħrajn li jingħaqdu fit-
traffic lights
tal-Addolorata, li jinkludu Vjal Sir Paul Boffa (lejn Kordin u Raħal Ġdid), Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) u Triq il-Marsa (lejn Ħal Qormi). Filwaqt li l-kuntratturi diġà lestew aktar minn 35 fil-mija tal-proġett, ix-xogħol fuq dawn il-konnessjonijiet ġodda u infrastruttura oħra ġdida qed ikompli javvanza.
Siġġiewi – Zuntier tal-Knisja Arċipretali – xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isir ix-xogħol ta' restawr u/jew bini mill-ġdid taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali tas-Siġġiewi? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, rapporti u/jew stimi li tħejjew b'rabta ma' dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett imsemmi kienu saru pjanti preliminari għalih lura fl-2007. Jidher li kien tħalla biss fuq il-pjanti.
Nikkonferma li riċentement kien hemm diskussjoni dwar dan is-suġġett wara numru ta’ snin.