Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward issaħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Strateġija biex jiżdied it-teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-istrateġija tal-ministeru biex jiżdied it-teleworking sabiex jissaħħaħ il-kunċett ta’ work-life balance u jitnaqqas it-traffiku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 33366.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Entitajiet li ma jippermettux teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet governattivi fi ħdan il-ministeru ma jippermettux teleworking u x’inhi r-raġuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 33406.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Teleworking – Medja ta’ sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet fil-ministeru li jaqgħu taħtu li jippermettu teleworking u x’inhi hi l-medja tan-numru ta’ sigħat ta’ teleworking fil-ġimgħa f’kull entità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li, fejn huwa possibli u x-xogħol jippermetti, l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru, jadottaw miżuri ta’ prattiki tax-xogħol moderni għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Pest control - Ċertifikazzjoni jew permess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29721, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u li issa ġiet referuta lilu u jgħid jekk persuna li tixtieq toffri servizz ta’ pest control, għandhiex bżonn xi ċertifikazzjoni jew permess biex topera u toffri dan is-servizz, jekk iva, ma’ liema awtorità, dipartiment jew agenzija persuna għandha tikseb din l-informazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Sptar Mater Dei - Disposable blades

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jerġgħu jkunu disponibbli d-‘disposable blades with handles size 15’ fil-kliniċi u fl-Isptar Mater Dei wara li ilhom xhur b’limited stock u issa ma fadalx minħabba li dawn jintużaw għal xogħol ta’ kuljum fuq il-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-‘disposable blades’ kif deskritti mill-Onor. Interpellant, huma disponibbli.

Servizz tas-Silver T - Konfini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jwessa’ l-konfini tar-reġjuni li fihom jingħata s-servizz tas-Silver T u dan minħabba diversi ilmenti li s-servizz mhux qed jingħata jekk ikun meħtieġ barra l-konfini?  Jekk iva, jista’ jgħid meta u kif ser ikunu qegħdin jitwessgħu dawn il-konfini?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità kontinwament tevalwa s-servizzi tagħha biex tassigura li huma skont il-ħtiġijiet tal-anzjani. Is-Servizz tas-Silver T huwa maqsum f’reġjuni li huma mfassla biex jiżguraw servizz effiċjenti, li jippermetti li jintlaħaq l-ogħla numru ta’ anzjani fi żmien raġjonevoli, filwaqt li jiġi evitat dewmien mhux meħtieġ. L-għan tas-Servizz tas-Silver T mhux li  jidduplika  jew  jieħu post servizzi  oħra tat-trasport diġà eżistenti, bħalma huma dawk offruti mill-Kunsilli Lokali, sptarijiet u entitajiet oħra, iżda li jkun ta’ għajnuna għall-anzjani fil-qadi tagħhom fil-komunità fejn jgħixu.

CDAU - Lift bil-ħsara

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33885 u ċjoè: Fid-dawl li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jintuża minn pazjenti li jkollhom mobilità limitata u ġieli anke jużaw il-wheelchairs, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex il-lift li hemm fil-binja tas-CDAU fl-Isptar San Luqa, ilu ma jaħdimx għal diversi ġranet (minn tal-inqas mill-15 ta’ Jannar sat-28 ta’ Jannar), b’inkonvenjenza u detriment għal dawk il-persuni li jkollhom jużaw it-taraġ biex mil-livell tar-reception (level 0) jitilgħu fil-livelli ta’ fuq, b’mod partikolari fil-livelli 3 u 4?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġa ħabbart fil-Parlament u anke kif weġibt fil-PQ 33886, fi żmien qasir is-servizzi li kienu jingħataw mill-bini fl-Isptar San Luqa ser jimxu għall-binja aktar moderna u b’aktar faċilitajiet f’B’Kara.

Coeliac Voucher Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi tibdil dwar il-mod ta’ kif persuni li huma coeliac jirċievu l-vouchers taħt is-Coeliac Voucher Scheme?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sar titjib importanti fl-appoġġ mogħti lil individwi li għandhom il- kundizzjoni magħrufa bħala Coeliac , fejn għandna aktar minn 2000 pazjent reġistrat . Fl-isforzi kontinwi biex innaqqsu l-burokrazija żejda u ntejbu l-aċċess għall-kura, b’effett minn din is-sena, kif fil-fatt tħabbar fil-Bagit 2026, l-iSkema tal-Vawċers tal-POYC ġiet trasformata  għall-mudell ta' Ħlas Dirett fil-kont bankarju tal- individwi. B'dan l-aġġornament, l-individwi rispettivi m’humiex aktar ristretti li jsarrfu vawċers  fi prodotti mingħajr glutina minn ħwienet speċifiċi. Minflok, issa għandhom il-libertà kollha li jagħżlu minn fejn u kif jużaw il-benefiċċju, inkluż fuq ikel naturali mingħajr glutina, li jista' joffri għażliet aktar b'saħħithom. Barra minn hekk, l-individwi issa m’għandhomx limitu ta’ meta jistgħu jużaw il-benefiċċju bħal ma kellhom bis-sistema tal-vawċers. Titjib ieħor importanti marbut ma dan il-benefiċċju tħabbar ukoll fil-Baġit 2026 u jirriggwaqrda ż-żieda ta’ € 20 fix-xahar lil kull individwu mal-ammont li kien jirċievi qabel.

Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani – Laqgħat tal-Kunsill

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba jiltaqa' l-Kunsill għall-Anzjani maħtur taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani? Jista' jgħid ukoll meta saret l-aħħar laqgħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onorevoli Interpellanta, biex tirefferi għall-Mistoqsija Parlamentari 34026.

Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani – Membri tal-Kunsill

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Kunsill għall-Anzjani li nħatru taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li l-ħatra tal-membri tal-Kunsill għall-Anzjani għas-snin 2026 – 2027, maħtura taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani, se tiġi kkomunikata uffiċjalment ladarba l-proċess ikun konkluż skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi u mill-amministrazzjoni pubblika.

Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiżdiedu l-faċilitajiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, u jekk iva, liema faċilitajiet ġodda huma ppjanati li jkun hemm? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-ispazju u jekk iva, kif se jsir dan? Jekk le, x’alternattivi qed jiġu kkunsidrati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 33905 u 33907.

Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lil Onorevoli Interpelant jireferi għall-Mistoqsija Parlamentari bin-Numru 33930.

L-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-ewwel fażi tax-xogħol tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li sal-lum kellu jkun lest?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-ewwel fażi tax-xogħol relatata mat-trasformazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, li kienet tinkludi studji ġeotekniċi u inputs tekniċi oħra meħtieġa għall-iżvilupp tal-Master Plan tal-Kampus tas-Saħħa ta’ Għawdex, tlestiet matul is-sena li għaddiet.

Servizz Meals on Wheels

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx waiting list għal dan is-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 1,739 persuna li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels u m’hemm ħadd fuq il-lista ta’ stennija għal dan is-servizz.

Il-Mosta – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizzi mogħtija miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta hux ser jiżdiedu, u jekk iva, x’inhuma u meta se jibdew?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li se jkun hemm titjieb fis-servizzi tal-fiżjoterrapija, podjatrija, GPs, teatri u fil-kmamar tat-trattament.  Mistenni wkoll li jiġi introdott is-servizz tal-ultrasound.