Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ambulanzi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm minnhom huma mikrija u l-prezz tal-kirja ta’ kull waħda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex huwa mgħammar b'6 ambulanzi. Waħda mill-ambulanzi hija proprjetà tal-GGH u l-oħrajn huma mikrija.
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet awtorizzati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12321, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew awtorizzati skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt:
Year
2020
2021
2022
2023
Prior-Authorisation Approvals
4
5
6
8
Servizzi ta’ kura barra minn Malta — Każijiet li ġew rimborsati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12322, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ każijiet li ġew rimborsati fl-ispejjeż skont il-proċedura stabbilita għal kura barra minn Malta fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella t'hawn taħt. Dawn il-każijiet jinkludu dawk li jgħaddu mill-proċess ta’ Prior Authorisation , u oħrajn li ma jirrikjedux dan il-proċess.
2020
2021
2022
2023
3
18
14
15
Community Treatment Order – infermiera li jagħmlu monitoraġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera tal-Outreach li jagħmlu monitoraġġ tal-pazjenti taħt Community Treatment Orders (CTOs)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm 26 infermier li jagħmlu xogħol ta' monitoraġġ tal-pazjenti taħt Community Treatment Order.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm għandna kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità f'Malta u f'Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’Malta għandna 7 kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità. Waqt li f’Għawdex hemm is-Psychiatric Out-patients li jinsab ġewwa Gozo General Hospital għal-pazjenti fil-komunità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm issegwi pazjenti fil-komunità kull klinika ta-saħħa mentali? Jista’ jgħid jekk tabib (GP) jistax jirreferi persuni direttament għal servizz ta’ psikologu mingħajr ma jirreferi għal psikjatra f’dawn il-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità, peress li ssib persuni li jkunu lesti li jmorru għand psikologu imma ma jkunux lesti li jmorru għand psikjatra u ma jkunux iridu mediċina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tabib tal-familja jista' jirreferi persuni direttament għas-servizz ta’ psikologu mingħajr ma jirreferi għal psikjatra. Kull klinika tas-saħħa mentali ssegwi numru ta’ pazjenti fil-lokalitajiet rispettivi kif spjegat fis-segwenti:
Furjana: 2951
Paola: 1428
Qormi: 2703
Cospicua: 1021
Mtarfa: 1826
Mosta: 212
Qawra: 149
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11908 dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Qawra, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-Traffic Impact Assessment li skont l-istess tweġiba, sar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-Rapport finali tat-Traffic Impact Assessment bħalissa qed jiġi vvalutat mill-Awtorità tal-Ippjanar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11908 dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Qawra, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar l-Environmental Impact Assessment fuq dan il-proġett?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-diskussjonijiet mal-Awtorità tal-Ambjent dwar l-aspetti ambjentali għadhom għaddejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu permezz tal-Pest Control Unit għadux jieħu miżuri biex jiġi kkontrollat in-numru ta' ġrieden li hawn kemm fl-ibliet u l-irħula, kif ukoll fil-kampanja? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' miżuri qed jieħu l-Ministeru biex dawn il-ġrieden jonqsu, b'mod partikolari minħabba l-ħsarat li qed jagħmlu lill-prodotti agrikoli kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ iġjene fl-ibliet u fl-irħula?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħaddiema mill-Pest Control Unit iwettqu diversi trattamenti għal kontra l-ġrieden permezz ta’ programm annwali ta’ tqegħid ta’ velenu fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex u wara ħmistax-il ġurnata jsir follow-up. Fl-għelieqi fejn ikun hemm prodotti agrikoli ma jsirux trattamenti għal kontra l-ġrieden peress li dawn huma meqjusa bħala proprjetà privata.
Ministeru għas-Saħħa — Talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-istess dekasteru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minnhom għadhom pendenti, u kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux? Għal kull waħda mit-talbiet li ma ntlaqgħux, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan, u jindika lil liema fergħa tad-dekasteru ġew preżentati t-talbiet?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-perjodu mitlub minnu l-Ministeru għas-Saħħa inkluż l-Awtoritajiet Pubbliċi kkonċernati, irċievew 55 talba. Minn dawn 30 intlaqgħu, 22 ma ntlaqgħux, waqt li 3 talbiet għadhom qed ikunu evalwati. Fejn it-talbiet kienu rifjutati dan sar għaliex id-dokumenti mitluba huma esklużi mill-iskop tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ konsulenti li jaħdmu mad-dipartiment tas-Saħħa u li qed jagħtu servizz mediku lill-pazjenti Maltin u Għawdxin huwa 370, li minnhom 39 konsulenti ġew ingaġġati bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023. Dawn il-konsulenti inħattru permezz ta’ sejħa għall-Applikazzjonijiet. Il-kuntratti tagħhom huma indefiniti u skont il-ftehim settorali.
Saħħa mentali — nefqa fuq kampanja ta’ prevenzjoni
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12009, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'kienet in-nefqa fuq il-promozzjoni għas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kampanja Nazzjonali fis-Saħħa Mentali għadha għaddejja.
Sptar Mater Dei – Ittestjar tal-ilma tal-water fountains
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta ġie ttestjat l-ilma minn meta ġew installati l-water fountains għall-ilma tax-xorb fl-isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Mater Dei għandu kuntratt mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li wara l-installazzjoni u l-ikkummissjonar ta’ kull funtana tal-ilma, il-WSC twettaq kontrolli u testijiet fuq l-ilma darba fix-xahar. L-aħħar ittestjar li sar fuq il-water fountains għall-ilma tax-xorb sar f’Settembru 2023.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12006, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mediċina Keppra li tintuża minn pazjenti li jbatu mill-epilessija kinetx out of stock jew limited order f'dawn l-aħħar 10 xhur u mhux biss jekk hux available illum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm pazjent wieħed li għandu l-approvazzjoni mill-Exceptional Medicinal Treatment Committee biex jieħu il-mediċina li semma hu mingħajr ħlas. Minkejja diffikultajiet sabiex dan il-prodott jinġieb f’Malta għal dan il-pazjent, is-Central Procurement and Supplies Unit dejjem jirnexxilu jagħmel hekk.
Servizz għal persuni bi problema ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet hemm biex ikun hemm team 24/7 magħmul minn persuni mħarrġa li joħorġu jintervjenu fuq il-post meta jkun hemm persuna, li ma jkunux għadha taħt Treatment Order jew Community Treatment Order, li tkun ta’ periklu għaliha nnifisha jew għal ħaddiehor minħabba problema ta' saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Crisis Resolution Home Treatment huwa offrut lil pazjenti adulti, li mhux qed jiġu segwiti minn tim komunitarju tas-saħħa mentali u li jkunu fi kriżi tas-saħħa mentali iżda ma jeħtiġux dħul psikjatriku. Pazjenti li jkunu f’din il-kriżi jistgħu jagħmlu użu mis-Servizz ta’ Emerġenza Psikjatrika f’Mater Dei, li hu offrut fuq bażi ta’ 24 siegħa. It-tabib psikjatriku jirreferi l-pazjent għas-servizzi psikjatriċi lit-Tim Crisis Resolution Home Treatment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9789, fejn saret referenza għall-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT), jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kriterji jridu jilħqu l-persuni biex jagħmlu użu minn dan is-servizz? Jista’ jgħid jekk il-pazjent iridx ikun diġà taħt kura psikjatrika biex jagħmel użu minn dan is-servizz? Persuna li tkun għadha ma tużax is-servizzi ta’ saħħa mentali u tkun qiegħda fi kriżi, tista' tagħmel użu mill-Crisis Resolution Home Treatment? Jekk iva, kif?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm swali ġewwa l-Isptar Mount Carmel? Kemm minn dawn is-swali huma magħluqa u mhux qed jintużaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġewwa l-Isptar Mount Carmel hemm:
17-il sala li bħalissa qed jintużaw;
4 swali li qed jiġu ristrutturati;
3 swali li jinsabu fl-istadju tad-disinn.