Forti Ricasoli — Kiri lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25343 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba l-Forti Ricasoli jew partijiet minnu nkera lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min inkera, għal kemm żmien u l-prezz tal-kirja?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25344 li orġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk sarux kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema entità tal-Gvern iffirmat dawn il-kuntratti f’ismu? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn il-kuntratti?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal- Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk diversi skejjel ġewx diretti mill-Malta Libraries sabiex jintremew kotba definiti bħala ‘antiki’? Jekk dan hu l-każ, jista’ jgħid ikunx aħjar jekk jingħataw lill-istudenti jew istituzzjonijiet oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Malta Libraries għandha linja gwida dettaljata fuq weeding ta’ kotba fil-libreriji pubbliċi u tal-iskejjel. Din il-gwida tinkludi dettalji fuq suġġetti varji u meta jiġu absolete, kif ukoll tqis l-istat tal-ktieb u jekk hemmx bżonn jinbidel l-ktieb biex ikun f’kundizzjoni tajba għal-qarrejja. Nemmnu li l-libreriji tagħna għandhom jagħtu informazzjoni relevanti, kurrenti u korretta, kif ukoll kotba f’kundizzjoni tajba kif jixraq lill-poplu Malti u Għawdxi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25346 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min hu responsabbli għall-iffirmar ta’ kuntratti ta’ kiri tal-Forti Ricasoli jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/serje televiżivi? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Kummissjoni tal-Films tiġborx il-ħlasijiet dovuti u min iżomm dan id-dħul?
Kummissjoni tal-Films/ Screen Malta — Audited Accounts
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25347 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u li issa ġiet riferuta lilu u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Audited Accounts tal-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għas-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili kopja tal-Audited Audited Accounts tal-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għas-snin 2020, 2021, 2022.
Ninsab infurmat li l-Audited Accounts għas-snin 2023 u 2024 għadhom qed jiġu ffinaliżati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk entitajiet bħal Heritage Malta, MICAS u oħrajn humiex qegħdin jagħtu s-sapport tagħhom lill-awturi u pubblikaturi ta’ kotba Maltin fi ħdan il-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-MICAS joffri spazju għal-bejgħ ta' pubblikazzjonijiet Maltin fil-gift shop tiegħu, sabiex il-viżitaturi jkunu jistgħu jitgħallmu iżjed dwar l-arti kontemporanja Maltija, kif ukoll dwar aspetti oħra dwar il-kultura Maltija. MICAS jippromovi b’entuzjazmu l-preżenza ta' pubblikazzjonijiet Maltin ta' kwalità għolja dwar l-arti, l-wirt kulturali u l-istorja kulturali Maltija. Dan issaħħaħ ukoll l-esperjenza ġenerali taż-żjara, u tippermetti lill vizitaturi jieħdu magħhom perspettivi profondi u sinifikanti dwar l- arti u il-kultura Maltija li jesperjenzaw.
Ninforma l-Onor. Interpellant wkoll li mill-ħwienet tal-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta jinbiegħu kotba li tkun ippubblikat l-aġenzija stess, kif ukoll xi kotba oħra minn pubblikaturi Maltin. Il-maġġoranza assoluta tal-awturi ta’ dawn il-kotba huma Maltin. L-għażla tal-kotba tvarja u tiddependi mis-suġġett tal-mużew jew tas-sit partikolari.
Il-Malta Libraries, kull sena talloka budget biex takkwista kotba fuq suġġetti varji u ta’ kull ġeneru mingħand pubblikaturi u awturi Maltin biex tkompli ssaħħaħ il-kollezzjonijiet offruti mil-libreriji pubbliċi kollha ta’ Malta u Għawdex.
Skema ta' Rifużjoni tat-Taxxa — Benefiċjarji kulturali u ta’ patrimonju - Fondi
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-benefiċjarji kulturali u dawk ta’ patrimonju (cultural and heritage beneficiaries) li rċevew fondi mill-iskema ta' Rifużjoni tat-Taxxa u jagħti dettalji dwar l-ammonti rispettivi mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tiċċara ma’ liema skema ta’ fondi ta’ rifużjoni hija marbuta din il-mistoqsija għax it-tliet skemi li jinvolvu t-taxxa ma joffrux rifużjoni imma tnaqqis:
1. Rata ta' Taxxa Mnaqqsa ta’ 7.5% għal Prattikanti Kreattivi
2. Tnaqqis ta' Taxxa fuq Miżati mħallsa għal Korsijiet Kulturali u Kreattivi
3. Tnaqqis tat-taxxa ta’ 150% fuq donazzjonijiet lill-kultura
Minbarra minn dan dawn huma inċentivi fiskali u mhux kategorizzati bħala fondi.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Jista' l-Ministru jippubblika l-ispejjeż kollha relatati mal-Mediterrane Film Festivals li saru? Jista' jagħti break down inkluż tal-ispejjeż, għand min saret l-ispiża u d-data meta ngħataw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi għad-dokument numru 03194 li ġie ppreżentat fil-Parlament waqt is-seduta 212 tat-28 ta' Frar 2024 rigward il-Mediterrane Festival tas-sena 2023. Ninsab infurmat li r-rapport għal-Edizzjoni tal-Festival tas-sena 2024 jinsab fil-proċess tal-pubblikazzjoni.
L-Imġarr, Malta — Siti amministrati minn Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti li huma amministrati minn Heritage Malta jew taħt il-kontroll tagħha fil-konfini tal-Imġarr, Malta? Għal kull wieħed minn dawn is-siti, jista’ jgħid ukoll:
i. x’investiment sar matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena;
ii. jekk hux aċċessibbli għall-pubbliku;
iii. kif wieħed jista’ jidħol iżuru; u
iv. xi ħlas irid isir jekk hu l-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma Ta’ Ħaġrat u Skorba. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tax-xogħolijiet f’Ta’ Ħaġrat u Skorba f’dawn l-aħħar ħames snin. Dan ix-xogħol isir kollu internament permezz tal-impjegati tal-aġenzija u ma jistax jigi ikkwantifikat.
Iż-żewġ siti huma aċċessibbli għall-pubbliku kuljum minn Marzu sa Diċembru mid-9:00 sal-17:00 u mill-Erbgħa sat-Tnejn (magħluqin nhar ta’ Tlieta) mill-10:00 sas-18:00 f’Jannar u Frar. Biljetti jistgħu jinxtraw online jew inkella minn diversi stabbilimenti fl-Imġarr. Il-ħlas huwa ta’ €3.50 għall-adulti, €3 għal anzjani u studenti, u €2.50 għat-tfal għal kull sit, jew inkella €6 għall-adulti, €5 għall-anzjani u studenti u €4.50 għat-tfal għal Ta’ Ħaġrat u Skorba f’daqqa. Studenti u anzjani li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, kif ukoll membri ta’ Heritage Malta jidħlu fis-siti bla ħlas.
Il-Mellieħa — Siti amministrati minn Heritage Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti li huma amministrati minn Heritage Malta jew taħt il-kontroll tagħha, fil-konfini tal-Mellieħa? Għal kull wieħed minn dawn is-siti, jista’ jgħid ukoll:
i. x’investiment sar matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena;
ii. liema minn dawn is-siti huma aċċessibbli għall-pubbliku;
iii. kif wieħed jista’ jidħol f’kull wieħed minn dawn is-siti; u
iv. xi ħlas irid isir għal kull sit jekk hu l-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma tamministrax siti li jinsabu fil-konfini tal-Mellieħa.
Kummissjoni tal-Films/ Screen Malta — Forti Ricasoli - Titolu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni tal-Films/Screen Malta għandhiex titolu fuq Forti Ricasoli? Jista’ jgħid ukoll jekk iffirmatx kuntratti għall-kiri tas-sit jew partijiet minnu lill-produtturi tal-films/ serje televiżivi bejn is-sena 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li d-diskussjonijiet interni għadhom għaddejjin.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-‘Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis’ li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalita’ li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19385, jista’ l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fuq l-Ismoking Room f’Bighi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ restawr fuq l-iSmoking Room f’Bighi jinsab fi stadju avvanzat. Bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ restawr kemm fuq il-ġebla, kif ukoll fuq l-injam.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24670 u 25115 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?
Kunsilli Lokali – Talbiet għal xogħlijiet minn Infrastructure Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijaparlamentari 24891 u jippreżenta lista ta' toroq, maqsuma lokalità b’lokalità, li l-Kunsilli Lokali rispettivi talbu li jsiru minn Infrastructure Malta matul is-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 25185.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24670 u jgħid kemm intefqu flus mill-Ministeri kollha għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika, inkluż fir-reklamar?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern ta’ Malta fakkar -il 50 anniversarju ta’ Malta billi organizza diversi avvenimenti kommemorattivi. Il-FĊN mmirat li ssawwar legat li jdur madwar il-ġenerazzjonijiet, li juri r-reżiljenza ta’ Malta, id-diversitá kulturali, u r-rikkezza storika.
Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kienu jinkludu avveniment nazzjonali li kien organizzat fuq tlett ijiem fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta u li għalih il-pubbliku attenda bi ħġaru tant li ġejt infurmat li b’kollox attendew aktar minn 5,400 persuna fl-enclousre. Is-serata f’Jum ir-Repubblika kienet imxandra fuq l-istazzjonijiet tat-TV lokali.
Apparti dan saru attivitajiet u inizjattivi oħra fosthom produzzjoni ta’ kanzunetta ġdida “Qalb tad-Deheb” li rat is-sehem ta’ numru ta’ artisti lokali. Din il-kanzunetta tagħmel parti minn proġett Republikgħana – show teatrali li bħalissa qiegħed jittella fi skejjel diversi f’Malta u Għawdex. Mużika u Muturi Bike Ride, Publikazzjonijiet b’rabta mal-50 anniversarju tar-Repubblika ta’ Malta, Attivitajiet ta’ ġeneru Jazz, Dokumentarju li se jintwera fuq it-televiżjoni, show għat-tfal li se jixxandar fuq it-televiżjoni.
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 24119 fejn spjegajt illi n-nefqa fir-rigward ta’ twassil tal- informazzjoni dwar l-avvenimenti fi Pjazza San Ġorġ li mmarkaw dan l-anniversarju kienet parti mid-Design Contest li nħareġ mill-FĊN, skont il-proċedura uffiċjali li għaddiet mid-Dipartiment tal-Kuntratti, ninsab infurmat li n-nefqa globali għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 sena tar-Repubblika tammonta għal €2,365,453.24.