Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13703 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Età tal-persuni li jagħmlu talba għall-Herceptin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13631, 13032, 12804 u 11886 u jagħti l-etajiet ta' dawk il-persuni li għamlu talba għall-għoti tal-Herceptin u jgħid jekk kienx hemm iktar minn talba waħda mill-istess persuna?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13841 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar ta' l-Anzjani f'Bormla

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-waiting list sabiex jidħlu fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla? Minn liema lokalità ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13842 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li ġew issensjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minn Jannar sa Diċembru tas-sena 2009? Minn liema settur kienu ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13844 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Postijiet allokati mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali lokal b'lokal matul is-sena 2009? Jista' jgħid ukoll lil liema kategorija ġew allokati (ġuvni, single parent, miżżewweġ, separat)?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13935 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ftuħ ta' Ċentri ta' matul il-jum ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jinfetħu ċentri għal matul il-jum matul l-2010?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13936 Sitting 180 2010-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ċimiterji — estensjoni jew bini - talbiet pendenti

Question

Jista l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-lokalitajiet li preżentement għandhom talba għal estensjoni jew bini ta' ċimiterji madwar Malta u Għawdex? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

ħaddiema li telqu mit-tarzna — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10524, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk il-ħaddiema li telqu mit-tarzna u ġew impjegati, ġewx impjegati f'settur relatat mas-sengħa li kellhom jew inkella sabux xogħol f'xi sengħa differenti?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li kien hemm 1493 ħaddiema li telqu mit-tarzna. Minn dawn, 913 (61%), sabu xogħol u sal-lum għadhom qed jaħdmu. 10% (155) min dawk li sabu xogħol qegħdin f’impjieg li jidher li huwa relatat mas-sengħa tax-xogħol li kellhom it-Tarzna, filwaqt li 39% (758), sabu xogħol f’setturi ġodda. Għal aktar dettal wieħed/waħda jista’/tista’ jirreferi/tirreferi għal Fig. 1 , 2 u 3 ,li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, li juru in-numru ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu f’ċertu xogħlijiet it-Tarzna kif ukoll ix-xogħlijiet li qegħdin fihom illum.

Sptar Mater Dei — Statistika ta' kemm ġie jiswa l-bini ta' l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10507 u jagħti statistika finali ta' kemm ġie jiswa' finalment l-bini tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk dawn l-ispejjeż humiex kollha imħallsin jew jekk inkella għadx fadal dejn x'jiġi imħallas? Kemm kienet oriġinarjament l-ispiża u jekk sarx studju li identifika fejn kellhom jitħallsu iktar flus għal dak li kien proġettat li ghandu jsir b'irħas? Għaliex kien hemm differenza bejn dak li kien maħsub li sejjer jsir u fil-fatt dak li sar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Riforma fiċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10633 u jgħid jekk huwiex beħsiebu jwettaq xi riforma ħalli ċ-ċentri tas-saħħa jitjiebu iktar fis-servizzi li jipprovdu u jżidu aktar minn dawn is-servizzi matul is-sena 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern sejjer dalwaqt jibda konsultazzjoni estensiva dwar ir-riforma fis-saħħa primarja f'Malta u Għawdex. Din ir-riforma se jkollha impatt dirett fuq is-servizzi li jingħataw miċ-ċentri tas-Saħħa.

Studju dwar iċ-ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10632 u jgħid jekk sarx xi studju fejn wera li ċ-ċentri tas-saħħa jistgħu jnaqqsu mill-pressjoni li hemm fl-emerġenza ta' l-Isptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalkemm ma sarux studji formali u xjentifiki, ġew esplorati diversi soluzzjonijiet biex intaffu l-pressjoni li hemm fl-emerġenza.

riforma fis-sistema ta' l-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10631 u jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-Gvern li jagħmel riforma fis-sistema ta' l-emerġenza ħalli tkun aktar effiċjenti?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 12227.
Leg 11 PQ #13326 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kummissjoni li tipproteġi l-ugwaljanza — investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13009 u jgħid kemm-il każ ġie investigat fl-aħħar sentejn mill-Kummissjoni li xogħolha hi li tipproteġi l-ugwaljanza u tiġġieled id-diskriminazzjoni? Kif kien l-eżitu ta' kull każ b'mod ġenerali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub se jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #13600 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuni b'diżabilità reġistrati f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità reġistrati llum f'Malta u Għawdex separatament ?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-persuni reġistrati f'Malta huma 10,279 filwaqt li f'Għawdex huma 764.
Leg 11 PQ #13601 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

numru ta' trabi li twieldu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu matul din is-sena ? Kemm kien hemm bniet, subien jew tewmin eċċ.? Kemm minnhom twieldu minn ommijiet xebbiet u x'nazzjonalità kellhom ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar sa’ l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 1954 tarbija. Minn dawn 944 kienu bniet u 1010 kienu subien. F’dan il-perjodu twieldu 24 par tewmin u 1 ‘triplets’. Kien hemm ukoll 477 omm irraportati bħala ‘ single ’ minn dawn 37 kienu rraportati ta’ nazzjonalità barranija.
Leg 11 PQ #13602 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

numru ta' trabi li twieldu minn ommijiet ta' nazzjonalità barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trabi li twieldu minn ommijiet ta' nazzjonalità barranija matul din is-sena? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena twieldu 174 tarbija minn ommijiet irrapportati b’nazzjonalità barranija. It-tabella ta’ hawn taħt turi kemm twieldu trabi minn ommijiet irrapportati b’nazzjonalità barranija f’dawn l-aħħar ħames snin. Sena Trabi li twieldu minn ommijiet ta’ nazzjonalità barranija 2004 172 2005 239 2006 297 2007 311 2008 413
Leg 11 PQ #13639 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

provedimenti dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13434 u jgħid xi provedimenti ħa u għamel il-Gvern dwar faċilitajiet għall-persuni b'diżabilità serja a tenur ta' l-Artikolu 21 tal-Kap 210 tal-Ligijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 13644.
Leg 11 PQ #13640 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosija parlamentari 13433 u jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artikolu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #13641 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

persuna b'diżabilità gravi — impjieg

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13432 u jgħid kemm ingħataw permessi biex persuna b'diżabilità gravi li mhux reġistrata kif jipprovdi l-Kap 210 tiġi impjegata?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ETC m’għandhiex informazzjoni li l-Ministru qatt ta xi permessi taht l-Artiklu 18 ta’ Kap 210.
Leg 11 PQ #13642 Sitting 179 2010-01-12 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

investigazzjonijiet dwar reati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13431 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.