Legislature:
Category:
Reset
Active:

Villa Gwardamangia

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu pproġettat li jsir bil-binja ta’ Villa Gwardamangia meta tkun restawrata? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser: i.    jiġu esebiti memorabilja ta’ żmien ir-Regina Eliżabetta II meta kienet tgħix f’pajjiżna; ii.    tintuża bħala venue għall-avvenimenti privati bħal tiġijiet, fost oħrajn; u iii.    tkun qed tintuża għal użu kummerċjali biss, bħal ristoranti u/jew cafeteria?

Response (BONNICI, OWEN)

Dettalji se jkunu qed jingħataw fiż-żmien li ġej. Madankollu, neskludi minnufih ix-xenarju (iii).

Performing Arts – Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jintroduċi skema jew mekkaniżmu speċjali sabiex dawk l-artisti fil-qasam tal-performing arts (bħal mużiċisti, atturi u artisti oħra), li jkollhom jieqfu kompletament milli jipprattikaw l-arti tagħhom meta jilħqu l-età tal-pensjoni u japplikaw għaliha, ikunu jistgħu jibqgħu jipprattikaw l-arti tagħhom b’mod limitat (pereżempju sa numru massimu ta’ sigħat fil-ġimgħa), mingħajr ma jitilfu d-dritt tagħhom għall-pensjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux jew humiex qed isiru studji jew konsultazzjonijiet dwar kif din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel, sabiex l-artisti jkunu jistgħu jibqgħu attivi fil-qasam tagħhom, u l-pubbliku jkompli jgawdi l-esperjenza u t-talent tagħhom wara li jkunu ħarġu bil-pensjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti, permezz tal-ħidma strateġika tiegħu, qed janalizza diversi modi kif l-artisti u l-kreattivi mhux biss ikollhom karriera professjonali, iżda wkoll jibnu mudelli sostenibbli għall-intrapriża tagħhom. Għaldaqstant, filwaqt li s-settur artistiku u kreattiv diġa' jista’ jibbenefika minn miżuri eżistenti li jippermettu lill-ħaddiema jkomplu l-ħidma tagħhom wara l-eta' tal-pensjoni, permezz ta’ studji u riċerka li qed isiru flimkien ma’ msieħba settorjali, il-Kunsill qed jesplora wkoll mudelli internazzjonali li jistgħu jiġu implimentati f’pajjiżna fejn l-artisti u l-kreattivi jiġu ssalvagwardjati u offruti opportunitajiet akbar ta’ prattika professjonali kontinwa f’dan l-istadju avvanzat tal-karriera tagħhom.

MICAS - Għanijiet u objettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet, l-objettivi u l-kisbiet li l-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) biħsiebha tikseb matul is-sena d-dieħla, fid-dawl li l-fond għall-MICAS fl-Estimi Finanzjarji għas-sena d-dieħla żdied għal €2.5 miljun?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-Estimi Finanzjarji għas-sena kurrenti allokati lill-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) , li jammontaw għal madwar €2.5 miljun, se tara lill-MICAS topera b’mod sħiħ u sostenibbli bħala mużew nazzjonali tal-arti kontemporanja. Din l-allokazzjoni tirrifletti l-impenn tal-Gvern li jinvesti b’mod serju u responsabbli fil-qasam kulturali, u li jiżgura li infrastruttura kulturali ta’ importanza nazzjonali bħall-MICAS ma tkunx biss bini miftuħ għall-pubbliku, iżda istituzzjoni ħajja, professjonali u effettiva fil-missjoni tagħha. Parti sostanzjali minn dawn il-fondi hija diretta lejn it-tisħiħ tar-riżorsi umani meħtieġa sabiex il-mużew jitħaddem b’mod xieraq, inkluż dak amministrattiv, kuratorjali, tekniku, ta’ servizzi lill-pubbliku, sigurtà u manutenzjoni. Dan huwa essenzjali sabiex il-MICAS ikun jista’ joffri programm ta’ kwalità, jilqa’ lill-pubbliku b’mod professjonali u jopera skont l-istandards internazzjonali mistennija minn istituzzjoni ta’ dan il-livell. Il-fondi jkopru wkoll spejjeż operattivi kontinwi, fosthom l-ispejjeż tal-utilitajiet, manutenzjoni tal-bini u tal-faċilitajiet, servizzi ta’ assigurazzjoni. Nixtieq nenfasizza li din iż-żieda mhijiex marbuta ma’ xogħlijiet kapitali jew spejjeż ta’ kostruzzjoni jew spejjez ghal programm artistiku.

Ħal Tarxien - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33484 Ħal-Tarxien 103 € 938.88 231

Il-Gudja - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33483 Il-Gudja 123 €1,064.34 293

Santa Luċija - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33482 Santa Luċija 32 € 468.03 45

Il-Birgu - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33481 Il-Birgu 193 € 1,996.59 156

L-Isla - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33480 L-Isla 18 € 323.39 39

Bormla - Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat bl-informazzjoni mitluba kif ġej: PQ Numru Lokalita’ Kotba ġodda mixtrija – Jan sa Diċ 2025 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025 Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, l-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025 33479 Bormla 159 € 1006.88 311

Baġit 2026 - Estimi Finanzjarji tal- - Line item 5947 - Fondi allokati

Question

B’referenza għal Line item 5947 tal-Estimi Finanzjarji tal-Baġit 2026 - International Cultural Relations, li l-fondi allokati huma dawk ta’ €380,000, jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall x’inhuma u fejn intefqu jew ser jintefqu dawn il-fondi u f’liema pajjiżi?

Response (BONNICI, OWEN)

It-total ta’ fondi allokati fil-line item 5947 huwa ta’ €380,000 li se jintefqu fuq Progett Pilota ta’ Cultural Representative gewwa l-Ingilterra kif ukoll fuq l-Edinburgh Fringe Mentorship Programme & Showcase gewwa Scotland. Dawn il-fondi se jintuzaw ukoll fil-partecipazzjoni ta’ Malta fil-EUNIC u EITM u f’top-ups tal-ICE u IPS.

Mużew Marittimu - Xogħlijiet ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx ir-restawr kollu fil-Mużew Marittimu mill-fondi Norveġiżi (EEA) u jagħti rendikont dettaljat tal-ispiża kollha li saret?  Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet oħra ta’ restawr f’dan il-post amministrat minn Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-fondi Norveġiżi (EEA) koprew parti mill-proġett ta’ restawr fil-proġett tal-Mużew Marittimu. Nikkonferma wkoll li hemm pjanijiet biex jitwettqu xogħlijiet ta’ restawr ulterjuri f’dan is-sit fil-futur.

Heritage Malta - Viżitaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li żaru (dħul) f’kull sit amministrat minn Heritage Malta, f’Malta u f’Għawdex, minn Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni għal kull sit individwalment, għal kull xahar u sena elenkati, u skont jekk il-viżitaturi kinux tfal, adulti jew anzjani?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

MICAS - Garanzija dwar arti esebita

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara din l-aħħar maltempata, daħlux ilmijiet fil-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS), ċentru artistiku li sewa madwar €30 miljun u li tlesta ftit aktar minn 15-il xahar ilu? F’każ li iva, jista’ jagħti garanzija li ma saret l-ebda ħsara lill-arti esebita?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minkejja li kien hemm xi dħul limitat ta’ ilma fil-binja tal-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) frott il-maltempata qawwija , ma saret l-ebda ħsara la lill-opri tal-arti esebiti u lanqas lill-istruttura tal-bini. Is-sitwazzjoni ġiet indirizzata minnufih u ttieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi żgurat li l-arti u l-faċilitajiet jibqgħu protetti u siguri.

Awtorità tal-Artijiet – Proprjetajiet meħuda “by Public Tenure”

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 31596 u 32153 dwar jekk il-Gvern għandux ħsieb illi jħallas lis-sidien tal-proprjetajiet meħuda minn għandhom “by Public Tenure” bejn is-sena 1960 u s-sena 1970 u li għalihom qed jirċievu r-Recognition Rent mill-Awtorità tal-Artijiet, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet li l-Gvern qed jippjana li japplika l-proviżjonijiet u t-termini kif stabbiliti fl-Artikolu 68 tal- Att Dwar l-Artijiet tal-Gvern, Kap. 573?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-propjetajiet għadhom qed jiġu determinati.

Il-Qrendi – Ċentru Ċiviku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32455, jista’ l-Ministru jelenka lista ta’ xogħlijiet li tlestew fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Qrendi u jgħid kemm ġie jiswa kull wieħed mix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Santa Verna - Żona ta’ protezzjoni arkeoloġika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan jew diskussjonijiet għaddejjin biex is-siti arkeoloġiċi ta’ Santa Verna, it-Tempji tal-Ġgantija u ċ-Ċirku tax-Xagħra jiġu integrati f’żona ta’ protezzjoni arkeoloġika unifikata?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza ma tarax il-bżonn f’dan l-istadju li ż-żoni ta’ protezzjoni eżistenti jiġu estiżi biex jiffurmaw żona ta’ protezzjoni arkeoloġika waħda. Fil-proċessi kollha, s-Sovrintendenza tieħu nota taż-żoni ta’ protezzjoni, kif ukoll tas-siti kollha magħrufa fil-madwar, sabiex tieħu l-miżuri kollha provduti mill-liġi biex il-wirt arkeoloġiku jiġi mħares.

Notte Bianca 2025 - Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33636 u jgħid x’kienet in-nefqa totali tal-Gvern fin-Notte Bianca 2025?

Response (BONNICI, OWEN)

In-Notte Bianca 2025 mill-ġdid attirat l-eluf lejn il-Belt Kapitali ta’ pajjiżna, Valletta, għal-esperjeza mill-isbaħ li ressqet lil dawk kollha li attendew aktar qrib il-wirt nazzjonali, l-arti u l-kultura ta’ Malta. Infurmant li fil-fatt, f’din l-attivita’ li għaliha postijiet ta’ interess ikunu wkoll miftuħa għall-pubbliku bla ħlas, rat il-parteċipazzjoni ta’ madwar 400 artist individwali f’76 proġett artistiku li in-nefqa għalihom kienet ta’ €387,474.75 (VAT eskluż ). Ġejt infurmat ukoll li l-ispiża kumplessiva marbuta man-Notte Bianca 2025 kienet ta’ ta’  €718,844.54 (VAT eskluż) (li allura jinkludu l-ispiża marbuta mal-proġetti artistiċi u anke spejjeż ta’ loġisitika  sabiex jitella’ l-avveniment, sigurta’, forzi tal-ordni u forzi ta’ koordinazzjoni tat-trasport, persuni tal-ewwel għajnuna, protezzjoni ċivili, kiri tal-postijiet fejn jittelgħu l-attivitajiet, insurances, etċ.)