Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — ilmenti mill-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti mill-pubbliku quddiem dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għas-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn ġew riżolti permezz tal-medjazzjoni, kemm kienu dawk l-ilmenti li ma ġewx riżolti permezz tal-medjazzjoni u mbagħad il-konsumaturi għażlu li ma jipproċedux quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur u kemm-il każ ġie mgħoddi biex jiġi deċiż quddiem it-Tribunal?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif ġej 2008 2009 2010 2011 Jannar - April 2012 Ilmenti reġistrati 1,587 2,482 2,632 2,136 514 Każijiet riżolti permezz tal-medjazzjoni 460 792 941 766 225 Każijiet fejn il-konsumatur iddeċida li ma jirreġistrax it-talba mat-Tribunal 210 381 529 233 57 Oħrajn – diversi raġunijiet li lment ġie rtirat mil konsumatur 428 683 578 597 118 Każijiet reġistrati mat-Tribunal 489 626 584 540 114

ħlasijiet għall-użu tal-karrijiet tal-mejtin

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm tnaqqsu l-ħlasijiet għall-użu tal-karrijiet tal-mejtin waqt il-funerali minn meta saret il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur? Kemm-il darba nġabret, minn dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u issa mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, informazzjoni marbuta ma' dan ix-xogħol mil-liberalizzazzjoni sal-lum? F'liema stadju waslet l-analiżi li kellha ssir sabiex jiġi evalwat jekk l-operat fis-suq in kwistjoni huwiex konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni u mal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Din l-informazzjoni, jew rapport, anke f'format mhux kunfidenzjali, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

mediċini li roħsu

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm u liema mediċini roħsu fil-ewwel xhur tas-sena 2012 u kemm roħsu? Jista' jgħid ukoll dawn il-mediċini li roħsu kemm jinbiegħu ġewwa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħal Spanja, l-Italja, Portugal u l-Greċja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kara. Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-mekkaniżmu presenti, il-Ġreċja mhix wieħed mit-tnax-il pajjiż li nieħdu fil-mekkaniżmu sabiex naslu għal prezz medju.

Stazzjon ta' Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jieħu ħsieb 'l hekk imsejjaħ Stazzjon ta' Birkirkara fejn l-ex venda tal-linja u jimmaniġġjaħ għall-prosperità, partikolarmanet wara li riċentament il-parti fejn kien hemm il-garaxxijiet tat-trains spiċċat kompletament u minflokk hemm ħofra?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-istazzjon ta’ Birkirkara ġie devolut lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Permezz ta’ din id-devoluzzjoni, l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-istazzjon tinsab fi ħdan il-kunsill.

Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33506 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33506.

Bjut ta' appartamenti tal-gvern — photovolaic panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-GPD hux jagħtu permessi sabiex fuq bjut ta' appartamenti tal-gvern jitwaħħlu photovoltaic panels ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-gvern ma joħroġx permessi għal installazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltajċi, ħlief għal ‘no objection’ fejn jidħlu istallazzjonijiet fuq binjiet li huma proprjetà tal-gvern. Permessi ta’ istallazzjonijiet jinħarġu biss mill-MEPA.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sabiex inkwilini jixtru l-proprjetà li jgħixu fiha? Jista' jgħid f'liema lokalità jinsabu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32688. Ta’ min wieħed jippreċiża li n-nefqa globali tas-safar li tikkonċerna lis-Segretarju Parlamentari u li llum huwa l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur qed tiġi riprodotta kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà

Question

B'refernza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tl-Kamra.

Rendikont tal-qbiela tar-raba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta’ kif, minn min u lil min il-qbiela tar-raba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament inqalbet matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi r-raba’ li d-dettalji tiegħu intbagħat separatament kien trasferit lill-Gvern permezz tal-Ftehim tal-1991 ta’ bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Meta r-raba’ kien trasferit lill-Gvern, il-qbiela kien jitħallas mill-persuna. F’Awwissu tal-2007, din il-persuna għamlet skrittura privata fejn ċediet il-qbiela lit-tifla tagħha. A bażi ta’ din l-iskrittura privata, f’ Ottubru tal-2007, id-dipartiment irrikonoxxa lil din il-persuna fil-qbiela ta’ dan ir-raba’.

Dipartiment tal-Artijiet — tweġiba għall-ittra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33664 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu jara li d-Dipartiment tal-Artijiet twieġeb l-ittra li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed fil-proċess li jixtri l-art kollha li qegħda għand il-Gvern b’titlu ta’ Pussess u Użu jew Dominju Pubbliku u li fuqha hemm residenzi mibnija. L-art akkwistata tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar permezz ta’ avviz legali. Wara, l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tbiegħ ir-residenzi attwali li hemm mibnija, lil inkwilini. Fil-kaz indikat separatament, l-art li fuqa hemm mibnija r- residenza msemmija, għada ma ġietx akkwistata mill-Gvern, għalhekk għalissa ma tistax tiġi mixtrija mir-residenti. Pero’, kif ingħad aktar ’il fuq, għaddej eżerċizzju intensiv biex tinxtara l-art kollha. Bħalissa għaddej ix-xoghol fuq l- area ta’ Bormla u għalhekk huwa previst li sa żmien sena ikun jista’ jsir it-trasferiment tal-art u konsegwentement il-bejgħ tar-residenza lill-persuni indikati. Id-Dipartiment se jieħu ħsieb ukoll li jagħti risposta għall-ittra li d-dettalji tagħha ntbgħatu separatament.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tliet xhur ma ġew impjegati ebda persuni b’diżabilità.

talba biex ċens jiġi mifdi

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ tas-sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li talab biex jifdi ċ-ċens ta' post li qabel kien każin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li dan l-aħħar saru kuntatti bejn id-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u s-sinjur li d-dettalji dwaru ntbagħtu separtament sabiex it-talba tiegħu tkun tista’ tiġi proċessata.

Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienu ħadulha r-raba xi 30 sena ilu fejn infetħet triq ġewwa l-Gudja (tal-Ħofra), tingħata l-kumpens mistħoq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mill-informazzjoni li ngħatat separatament, mhux possibbli li mir-records tad-dipartiment, tiġi identifikata l-art li ġiet użata biex tinfetaħ triq fil-Gudja (tal-Ħofra) u li s-sinjura anzjana hija s-sid tagħha. Ta’ min jgħid li mhux possibbli li jinżamm record tas-sidien ta’ l-art li ttieħdet mill-gvern peress li diversi drabi dawn ma jkunux magħrufa l-aktar għar-raġuni li s-sidien tal-art ivarjaw matul is-snin minħabba wirt jew bejgħ tal-art. Għalhekk, l-anzjana li d-dettalji tagħha ngħataw separatament għandha tibgħat site plan tal-art in kwistjoni fid-Dipartiment biex il-każ tagħha jkun jista' jiġi ttratat. F’każ li dan huwa difficli għaliha, tista' tibgħat persuna ta’ fiduċja tagħha fid-dipartiment li jkun kapaċi jiddentifika l-art tagħha.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn mindu twaqqaf iktar kmieni din is-sena il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur ma sar l-ebda ħlas lill-Avukat u l-kumpanija indikati minnu f’din il-mistoqsija parlamentari.