Legislature:
Category:
Reset
Active:

Suldati trasferiti lejn Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il suldat ġie trasferit lejn Għawdex, mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellantli mill-persunal eliġibbli, kien hemm 13-il suldat residenti Għawdex, li minnhom 11 esprimew l-interess tagħhom li jiġu trasferiti għas-sub-unit ta’ Għawdex.

Ix-Xewkija – Protezzjoni Ċivili – Post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsib post alternattiv għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li bħalissa jinsabu stazzjonati ġewwa x-Xewkija, Għawdex, u preżentement qegħdin joperaw minn ġo portable containers?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva nikkonferma illi d-dipartiment qiegħed ifittex post alternattiv.

Għawdex - Pulizija, Forzi Armati u Protezzjoni Ċivili – Żieda fl-uffiċjali u membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija, il-Membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u jekk huwa l-każ, meta huwa ppjanat li jsir dan u kemm huwa n-numru ta’ persuni/uffiċjali li se jiżdiedu, kif ukoll ir-rank tagħhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

Għawdex – Korp tal-Pulizija – Vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi, inklużi muturi, allokati għal-Korp tal-Pulizija fid-distrett ta' Għawdex u jagħti d-dettalji dwar il-mudell u s-sena ta’ manifattura tal-imsemmija vetturi u muturi? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn il-vetturi humiex l-istess bħal dawk użati mill-pulizija stazzjonati f'Malta, u jekk le, x’inhi r-raġuni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx distinzjoni bejn vetturi f’Malta u Għawdex. L-informazzjoni mitluba qed tingħata fit-tabella t’hawn taħt. Make YOM Nature Model 1 Toyota 1983 Van Hilux 2 Ssangyong 2022 Truck Musso 3 Ssangyong 2022 Truck Musso 4 Hyundai 2025 Hatchback I20 5 Honda 2007 Hatchback Civic 6 AEON 2015 Quad Bike AU20 7 Toyota 2017 Truck DYNA 8 Hyundai 2025 SUV Kona EV 9 Ford 2002 Panel Van Transit 10 SYM 2023 Motorcycle SYMPHONY ST 11 SYM 2023 Motorcycle SYMPHONY ST 12 Ford 2013 Saloon Focus 13 Fiat 2017 Hatchback Tipo 14 Ford 2013 CABIN VAN Transit 15 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 16 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 17 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 18 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 19 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 20 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 21 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 22 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 23 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 24 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 25 BMW 2018 Motorcycle F800 GT 26 Peugeot 2019 Hatchback 308 27 Peugeot 2019 Hatchback 308 28 Peugeot 2019 Hatchback 308 29 Peugeot 2019 Hatchback 308 30 Ford 2011 Saloon Focus 31 Hyundai 2020 Jeep Tucson

Għawdex – Skwadra ta’ kontra d-droga – Investiment u riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir investiment fi skwadra ta' kontra d-droga f’Għawdex u, jekk iva, x’riżorsi, inklużi riżorsi umani, huma mistennija li jiġu allokati għal dan il-għan u jispeċifika meta se jsir tali investiment?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pulizija għandha skwadra ta’ kontra d-droga li tkopri l-pajjiz kollu, inkluż Għawdex.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Ħaddiema ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Priġunieri nisa minħabba prostituzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ priġunieri nisa li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minħabba prostituzzjoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li, sa 23 ta’ Ġunju 2026, ma kien hemm l-ebda priġunieri nisa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li nstabu ħatja ta reati relatati mal-prostituzzjoni.

Baħar iċ-Ċagħaq – Caravans li qed jokkupaw il-kosta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar il-caravans li qegħdin jokkupaw il-kosta ta' Baħar iċ-Ċagħaq, uħud b'mod permanenti, tant li saħansitra qed jinkrew b'mod kummerċjali, b'abbuż sħiħ tar-regolamenti?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Faċilitajiet sportivi - Użu għall-pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba l-faċilitajiet sportivi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin infetħu għall-użu tar-residenti ta’ Raħal Ġdid minn meta saret l-attività tal-Kunsill Lokali fil-15 ta’ Lulju 2025, li matulha tħabbar il-ftehim sabiex dawn il-faċilitajiet ikunu aċċessibbli għall-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll f’liema ġranet kienu aċċessibbli u kif wieħed għandu japplika sabiex ikun jista’ jagħmel użu minnhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-faċilitajiet sportivi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin huma aċċessibbli għall-pubbliku kull nhar ta’ Ġimgħa, wara li ssir applikazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid. Il-faċilitajiet huma aċċessibbli, kif il-kunsill lokali jkunu f’pożizzjoni li jipproċessaw l-applikazzjonijiet għal tali użu, jkunu jistgħu jintużaw mill-kommunita.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hemm 128 defibrillators fil-binjiet tad-Dipartimenti, Aġenziji u Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall- Intern u s-Sigurtà.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 2,783 First Aiders ċċertifikati fid-Dipartimenti, Aġenziji u Entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għall- Intern u s-Sigurtà .

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li fil-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà (eskluż l-entitajiet) hemm tmien (8) First Aiders iċċertifikati.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nfurmat li Health & Safety Officer impjegat full-time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant fl-entitajiet li llum jaqgħu taħt il-mansjoni ta’ dan il-Ministeru fl-2024 kien hemm 3 rapporti ta’ fastidju sesswali. F’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant fl-entitajiet li llum jaqgħu taħt il-mansjoni ta’ dan il-Ministeru fl-2025 kien hemm 5 rapporti ta’ fastidju sesswali. F’kull każ ittieħdu l-proċeduri/passi amministrattivi relattivi.