Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċjal tal-Pulizija — inkjesta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk infetħitx inkjesta jew stħarriġ ieħor biex jiġi stabbilit jekk ġietx segwita l-liġi u regolamenti applikabbli kif ukoll il-protokoll applikabbli fil-każ fejn ġie arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dan il-każ ġie rriferut u huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija. Intqal pubblikament ukoll li, kif normalment isir, hemm l-iskrutinju tal-Kummissarju dwar is-Saħħa Mentali.

Arrest ta’ uffiċjal tal-Pulizija – imġiba tal-pulizija involuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-imġiba tal-Pulizija involuti fl-arrest tal-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019 u li ttieħed l-Isptar Mount Carmel kenitx imġieba konformi mal-liġi, regolamenti u/jew kodiċi applikabbli għall-Pulizija involuti f’operazzjonijiet simili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà ġie indikat fit-tweġibiet oħra fuq l-istess suġġett mill-Onor. Interpellant, dan il-każ huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.

Intervent tal-pulizija biex individwu jittieħed fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema ċirkustanzi huwa maħsub u ġustifikat skont il-liġi li l-Pulizija jintervjenu sabiex tiġi arrestata persuna minn darha u meħuda l-Isptar Mount Carmel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-provedimenti tal-liġi li jirregolaw ċirkostanzi bħal dawk imsemmija mill-Onor. Interpellant, jinsab fl-Artikolu 44 ta' Kap. 525 tal-Liġijiet ta’ Malta u ċjoè l-Att dwar is-Saħħa Mentali.

Intervent tal-pulizija biex individwu jittieħed fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ seħħ minn Marzu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena, li l-Pulizija kienet involuta sabiex tiġi arrestata persuna minn darha u meħuda l-Isptar Mount Carmel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-istatistika tal-Pulizija tiġbor l-ammont ta’ rapporti dwar il-każi kollha relatati ma’ insanità ta’ persuni. Dawn jinkludi talbiet fejn il-Pulizija tintalab tikkontrolla tali persuni. Dawn l-ammonti jidhru fit-tabella t’hawn taħt li tkopri l-perjodu mill-ewwel ta’ Marzu 2013 sas-sebgħa u għoxrin ta’ Frar 2019. Sena 2013 (minn Marzu) 2014 2015 2016 2017 2018 2019 (sa 27 ta’ Frar) Total Ammont 250 319 294 373 336 341 42 1955 Ta’ min jinnota li bejn is-sena 2014 u s-sena 2018 (5 snin) kien hemm 1,663 każ, filwaqt li bejn is-sena 2008 u s-sena 2013 (5 snin) kien hemm 1,591 każ.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Soċjali — miri tal-Horizon 2020

Question

Il-miri tal-Horizon 2020 huma li: a) tal-inqas 40% tal-persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni jkunu nisa; b) tal-inqas 50% tal-persuni f’ advisory groups ikunu nisa; u c) jiżdied in-numru ta’ nisa fir-riċerka u l-innovazzjoni billi jitneħħew il-forom kollha ta’ deskrizzjoni a bażi tal-ġeneru. Għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri;u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 9279.

Marsaskala — inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’dawn l-aħħar tliet snin f’Marsaskala? F’liema toroq seħħew dawn l-inċidenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u t-28 ta’ Frar 2019, il-pulizija rreġistrat mija u tmien (108) inċident tat-traffiku f’Marsaskala fit-toroq li huma indikati fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat illi din il-figura ma tinkludix kolliżżjonijiet ‘Front to Rear’ u inċidenti oħra li kienu rreferuti lill-Gwardjani lokali.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – nefqa fuq reklamar fil-media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtu f’reklamar fuq kull mezz tal-media bejn l-2004 u l-2018, maqsuma xahar b’xahar u mqassam kemm skont il-mezz ta’ reklamar (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) kif ukoll il-benefiċjarju (eż. Facebook, LinkedIn, Allied, Mediatoday, eċċ)?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Neighbourhood watch

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet u/jew iż-żoni f'Malta u f'Għawdex fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-unika żona fejn hemm fis-seħħ l-inizjattiva ta' neighbourhood watch hija dik tal-Madliena li tagħmel parti mill-Kunsill tas-Swieqi. Din ilha hemm għal diversi xhur.

In-Nadur Għawdex – Barracks tal-Forzi Armati

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġetti mħabbra fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6271 għall-Forzi Armati ta’ Malta ġewwa Għawdex u fiex waslu u x’sar u dan b'referenza li skont il-Ministru kellhom jitjiebu l-abluzzjonijiet, il-kwartieri tas-suldati, it-tkabbir tal-helipad u r-rilokazzjoni tal-irbit tal-bastimenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Barracks tal-Forzi Armati fin-Nadur sar xogħol kif ġej. Tindif u tiswija tal-fossa, inkluż it-twaħħil ta’ manholes ġodda, rinnovazzjoni tal-Guard Room, installazzjoni ta’ aperturi interni ġodda, separazzjoni tas-sala prinċipali f'żoni għall-irġiel u n-nisa u xogħlijiet fid-doċċi u l-ablużjonijiet, manutenzjoni fuq sistema tal-elettriku u tal-plumbing, rinnovazzjoni tal-locker rooms u l-installazzjoni u manutenzjoni ta’ sistemi tal-arja kkundizzjonata. Bħalissa qiegħed jiġi studjat it-tkabbir tal- helipad biex tilħaq il-ħtiġijiet militari ġodda. Qed isiru wkoll laqgħat bejn l-AFM, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu.

Korp tal-Pulizija – operazzjoni għall-arrest ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il membru tal-Korp tal-Pulizija kien involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019 u x’kien, wieħed wieħed, il-grad tagħhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-proċess biex, fuq parir mediku, jieħdu l-Isptar Mater Dei lill-persuna indikata mill-Onor. Interpellant biex isirulha iżjed eżamijiet, kien hemm Spettur u żewġ kuntistabblijiet. Dawn kienu taħt is-superviżjoni ta’ Supretendent. Bħalma jiġri f’każijiet partikolari tittieħed kull prekawzjoni neċessarja.

Korp tal-Pulizija — operazzjoni għall-arrest ta’ individwu – preżenza ta’ uffiċjal mediku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm preżenti uffiċjal mediku waqt u flimkien mal-membru tal-Korp tal-Pulizija li kienu involut fl-operazzjoni biex jiġi arrestat u meħud l-Isptar Mount Carmel l-eks uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-Pulizija intervjeniet wara parir mediku, waqt illi kif diġà ġie indikat fi tweġibiet oħra dan il-każ huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija u f’dan l-istadju ma jista’ jingħad xejn iżjed biex il-proċeduri ma jiġux ippreġudikati.

Pulizija – Ordni għall-arrest ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ta l-ordni biex il-Pulizija jarrestaw u jieħdu l-Isptar Mount Carmel lill-eks uffiċjal tal-Pulizija li ismu qed jingħata separatament nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Frar 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li dan il-każ huwa suġġett ta' investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.

Persuni taħt it-18- il sena mressqa l-Qorti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Qorti s-sena li għaddiet, u dwar xiex tressqu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2018 kien hemm tliet mija u persuna (301) li kienu taħt it-18-il sena u li tressqu quddiem il-Qorti kif ukoll tletin li tressqu quddiem it-Tribunal minħabba reati relatati ma' droga. Dawk li tressqu l-Qorti kienu għal reati li jvarjaw però jinkludu reati ta’ theddid u insulti – pussess tad-droga – traffikar ta’ droga – feriti ħfief fuq il-persuna – feriti gravi fuq il-persuna – serq – ħsara voluntarja – reati ta’ bon ordni pubblika – sewqan mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni – sewqan perikoluż - offiżi oħra tat-traffiku - diżubbidjenza ta’ ordnijiet minn uffiċjali pubbliċi – użu ħażin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni – użu ta' forza kontra l-persuna – attentat ta’ qtil – ħruq ta’ vettura – ksur ta’ probation – pussess ta’ pornografija – u attivitajiet sesswali ma minuri.

Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) – persuni akkużati bi traffikar ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew akkużati fil-Qorti tal Maġistrati (Għawdex) bi traffikar ta’ droga, sena b’sena, matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn instabu ħatja? Kemm minnhom kienu membri tal-Korp tal-Pulizija? Qed issir xi forma ta’ investigazzjoni bejn ir-rabta li jista’ jkun hemm bejn din il-forma ta’ kriminalità u xi uffiċjal jew uffiċjali fil-Korp tal-Pulizija ġo Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Korp tal-Pulizija – membri fil-Korp li għandhom sentenza sospiża

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6687 u jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li hemm ħames (5) membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom sentenza sospiża.

Korp tal-Pulizija – rapporti ta’ fake news

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm irċieva rapporti l-Korp tal-Pulizija dwar fake news sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar ‘fake news’.

Korp tal-Pulizija – Passi kontra pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tella’ video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal “aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dan il-każ ġie rriferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – regoli interni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’regoli interni japplikaw fil-Korp tal-Pulizija u x’passi jistgħu jittieħdu f’każ bħal dak tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li tella’ video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal “aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ tal-Pulizija, il-provedimenti tat-Tieni Skeda tal-Kap. 164 Att dwar il-Pulizija jiġu applikati meta jkun hemm ksur ta’ xi reat dixxiplinarju.

Korp tal-Pulizija – passi kontra l-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li għandhom jittieħdu passi fil-konfront tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separtament li tella’ video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal “aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj”?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi kif diġà ġie mwieġeb fil-mistoqsija 9217 li saret ukoll mill-Onor. Interpellant, dan il-każ ġie rriferut għall-investigazzjoni mill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.

Korp tal-Pulizija – pulizija li ddaħħal lura fil-korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Pulizija li tella’ video post fuq Facebook (link qed jingħata separatament) bi kliem partiġġjan fejn fost l-oħrajn jgħid kliem bħal “aħna l-Laburisti, aħna s-suldati tal-azzar, aħna li żammejna l-Partit Laburista ħaj” u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, meta ddaħħal lura fil-korp, f’liema grad iddaħħal u kemm kien ilu barra mis-servizz?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-uffiċjal inkwistjoni ddaħħal lura fil-Korp fis-27 ta’ Lulju 2016 fil-grad ta’ Surġent wara li l-Grievances Unit sab li l-istess persuna sofriet għadd ta’ inġustizzji taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Hu kien ilu barra mill-Korp mis-26 ta’ Ottubru 2005.