Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella li tindika n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
skont il-livell edukattiv tagħhom, jiġifieri:
edukazzjoni sekondarja;
edukazzjoni post-sekondarja; u
edukazzjoni terzjarja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġiba parlamentari 32827, filwaqt li nirreferih ukoll għal miżura mħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla dik li jinġħoloq Reġistru Nazzjonali ta’ Talent, għall-istudju dettaljat li ġie ppubblikat fil-Malta Labour Migration Policy u r-rapport anwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra mill-Prim Ministru Robert Abela P.L. 6111.
Jobsplus u Aġenziji ta’ Xogħol - Reġistrazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’:
ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs);
ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u
ċittadini Maltin,
li huma attwalment reġistrati għax-xogħol ma’ Jobsplus u kemm minnhom huma reġistrati ma’ aġenziji tal-impjiegi, u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella separata? Jista’ wkoll jippreżenta tabella b’kemm TCNs, ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi fis-setturi li ġejjin:
Ospitalità;
Kostruzzjoni;
Sigurtà;
Domestic cleaning;
Office cleaning;
Carers;
Nurses;
Edukazzjoni;
LSEs;
Cleansing u manutenzjoni tal-lokalitajiet;
Marittimu;
Avjazzjoni;
Bejgħ bl-imnut (retail);
Xogħol ta’ uffiċċju;
Call centres;
Managers u amministraturi;
Enforcement tat-traffiku;
Settur pubbliku u ċivili?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li
t-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta’ persuni minn pajjiżi terzi, minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u Maltin li kienu f’impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 (l-aħħar ċifri ppubblikati) maqsumin jekk jaħdmux fis-settur privat, fis-settur pubbliku u ċivili.
San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema – Żieda ta’ Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta’ pulizija li jaqdu d-dmirijiet tagħhom fil-lokalitajiet fejn hemm attività kummerċjali u turistika iktar minn postijiet oħra, bħal San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema, fost oħrajn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija dejjem jara li l-compliment tal-pulizija jkun skont l-esiġenzi tas-servizz u l-intelligence li jkollu l-Korp tal-Pulizija, li jkun ibbażat fuq fatti u esperjenza. Ma’ dan jittieħdu diversi inizjattivi oħra ta’ prevenzjoni u f’dan kollu jkunu involuti diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija u mhux biss dawk allokati fil-lokalità. Dan wassal biex pajjiżna jikseb riżultati bla preċedent fit-tnaqqis ta’ kriminalita fl-ahhar snin u anke Malta ġiet ikklassifikata fit-tnax-il post fid-dinja għall-livell ta’ ordni u sigurtà, skont l-Indiċi tas-Saltna tad-Dritt tal-World Justice Project.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet parlamentari, 32603 u 32261 li huma fost diversi mistoqsijiet parlamentari li weġibt u li jispjegaw il-ħidma kbira u ffokata li għaddejja mill-korp u r-riżultati li qed jinkisbu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30635 fejn intqal li matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-15 ta’ Ottubru 2025, kien hemm 12-il persuna li ġiet ipprivata miċ-ċittadinanza Maltija, jista’ l-Ministru jiċċara jekk kienx hemm persuni li b’riżultat ta’ dan spiċċaw bla ebda ċittadinanza (stateless)?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Minn fejn kienu oriġinarjament dawn il-persuni?
ii. Kemm minnhom kisbu ċ-ċittadinanza permezz ta’ proċess ta’ naturalizzazzjoni jew reġistrazzjoni?
iii. Kemm minnhom kisbu din iċ-ċittadinanza permezz tal-iskema tal-passaporti?
B’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet li ttiħditilhom iċ-ċittadinanza Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dispożizzjonijiet tal-artikolu 14 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) li jirrigwardaw il-privazzjoni taċ-ċittadinanza Maltija jipprovdu ċ-ċirkostanzi fejn jista’ jirriżulta li l-persuna tista’ tispiċċa apolidi (stateless) bit-tali privazzjoni. Qabel persuni jiġu pprivati miċ-ċittadinanza dawn iċ-ċirkostanzi jiġu kkunsidrati. Ninsab infurmat li skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Sussidjarja Nru 188.07 it-tagħrif pubblikat huma biss l-ismijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Parole Officers preżentement u kemm hi l-workload tagħhom, jiġifieri kemm hemm Parole Officers assenjati ma’ kull parolee?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li, skont il-Liġijiet ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole jimpjega Uffiċjala tal-Probation li jaħdmu wkoll xogħol konness mas-sistema tal-Parole.
Fil-preżent, id-Dipartiment jħaddem total ta’ 25 Uffiċjal u l-każijiet ta Parole huma assenjati b’mod li kull
parolee
ikollu uffiċjal wieħed li jsegwih. Il-każijiet huma assenjati b’mod ekwu skont kif maqbul fil-ftehim settorjali tal-klassi tal-
Probation and Parole
.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin - Residenti li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qegħdin jiskontaw sentenza twila ta’ priġunerija u qegħdin fuq parole mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ pulizija li ddeċidew li jħallu x-xogħol tagħhom bħala pulizija, f’kull livell, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li ħallew is-servizz qabel il-25 sena servizz kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċittadinanza Maltija - Applikazzjonijiet li ġew rifjutati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30708 fejn intqal li fl-aħħar ħames snin ġew irrifjutati 2,752 applikazzjoni għaċ-ċittadinanza, filwaqt li l-Ministru juża d-diskrezzjoni tiegħu fl-għoti taċ-ċittadinanza Maltija, jista’ l-Ministru jgħid xi jkunu normalment ir-raġunijiet jew l-evidenza li jinfurmaw din id-diskrezzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal l-Artikolu 19 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188).
Ċittadinanza Maltija - Applikazzjonijiet li ġew rifjutati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30708 fejn intqal matul dawn l-aħħar ħames snin ġew irrifjutati 2,752 applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet/applikanti kienu ilhom Malta iktar minn 15-il sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li tali rifjut isir skont kif provdut tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188). Infurmat li Informazzjoni b'Distinzjoni kif mitlub mill-Onorevoli interprellant ma tinżammx.
CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31693 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31278 rigward is-sejħa CfT: CT2108/2021 - Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services, jista’ l-Ministru jgħid ma’ liema Ministeru huma assenjati d-991 ħaddiem ġewwa Għawdex u Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-ħaddiema huma mqassma fil-Ministeri u d-Direttorati, Dipartimenti, Entitajiet, Kunsilli Lokali u Skejjel kif indikat fit-tabella:
MAFA
MHAL
MEEC
MEYR
MFIN
MGP
MHSE
MIV
MSAA
MSPC
Office of the President
Department
2
5
7
7
0
25
1
2
Directorate
12
1
301
Entity
5
4
14
10
1
2
4
1
Local Council
313
State School
193
Infurmat ukoll li hemm 81 ħaddiem li jagħtu s-servizz tagħhom mal-entitajiet mhux governattivi.
Jista' l-Ministru jispjega s-sorsi differenti ta' ilma u foam użat għat-tifi tan-nar u jispeċifika jekk il-maġġoranza tal-ilma użat huwiex ilma ħelu? Jekk iva, jista' jgħid xi prekawzjonijiet jittieħdu biex il-provvista tal-ilma għal inċidenti kbar (bħal dak li rajna fl-iscrapyard tal-Marsa) tkun assigurata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li li l-ilma li jintuża mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa ilma ħelu, u jittieħed minn fire hydrants installati apposta jew minn lokazzjonijiet indikati mill-WSC sabiex ikun żgurat li ma titnaqqasx il-provista lejn il-pubbliku. F'okkażjonijiet ta' inċidenti industrijali liema siti huma biswit il-baħar jista jintuża ilma tal-baħar imma wara l-operazzjoni irid jinħasel it-tagħmir, pompi, vetturi u manek għaliex il-melħ huwa ta’ detriment kbir għat-tagħmir.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32262, jista’ l-Ministru jipprovdi l-lista tal-lokalitajiet li fihom jinsabu l-Community Police u jgħid kemm-il uffiċjal hemm assenjat f’shift wieħed f’kull lokalità? Jista’ wkoll jipprovdi l-ħinijiet ta' shift wieħed u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qatt f’pajjiżna, qabel dan il-Gvern, ma l-Pulizija kienu viċin tal-komunita daqs kemm huma llum. Dan fost oħrajn bl-introduzzjoni tal-Community Police li ninforma lill-Onorevoli membru li dan is-servizz huwa provdut fil-lokalitajiet kollha ta’ madwar Malta u Għawdex u issa wkoll l-Police Patrol and Community Support Officers li wara li tħarġu issa qegħdin narawhom iterqu fit-toroq tagħna. Dan jinghaqad max-xoghol iehor li jsir fil-komunitajiet primarjament mill-Pulizija tad-Distrett flimkien ma skwadri ohra fostom ir-Rapid Intervention Unit. Ninsab infurmat li l-ħinijiet tal-Community police huma mis-7:30 ta’ filgħodu sad-9.30 ta’ filgħaxija fix-xhur tax-Xitwa u bejn April u Settembru joperaw sal-11:30 ta’ billejl. Huma jkunu assenjati skont il-ħtieġa biex iċ-ċittadini tagħna jingħataw l-aqwa servizz
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32261, fejn il-Ministru wieġeb li hemm “881 Pulizija tad-Distrett imqassma f’Malta u f’Għawdex ikkumplimentati mill-ħidma ta’ 132 Community Police u 34 Police Patrol and Community Support Officers”, jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm uffiċjali f’kull shift, separatament għall-uffiċjali tal-uffiċċju, għall-Community Police u għall-uffiċjali fl-għases, maqsuma għassa għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onov. Interpellant għat-tweġiba dettaljata tal-mistoqsija Parlamentari 32261 fejn gie provdut li l-Korp tal-Pulizija qatt ma’ kellu uffiċjali daqs kemm għandu llum u dan hu riżultat, fost oħrajn, tal-aqwa kundizzjonijiet li qatt kellhom. Għalhekk, mhux ta’ b’xejn li mhux talli iktar qed jagħżlu din il-karriera, mhux talli iżjed qegħdin jestendu servizz tagħhom, talli għandek ukoll uffiċjali li daħlu lura. Uffiċjali dedikati li ħidmithom qegħda tħalli l-frott biex pajjiżna llum mhux biss hu t-tnax l-aktar sigur fid-dinja imma għandu wkoll tnaqqas fir-rata ta kriminalità minn 46 għal 1000 persuna fis-sena 2004 għal 30 fis-sena 2024.
Illum ukoll, l-uffiċjali tagħna jistgħu verament jiffukaw fuq il-core police duties, anke għaliex introduċejna taqsimiet speċjalizzati fil-Korp tal-Pulizija. Għandek iżjed uffiċjali jterqu fit-toroq bl-introduzzjoni tal-Community Police u Police Patrol and Community Support Officers, il-vjolenza domestika llum għandha żewġ hubs u se jkollha ieħor f’qasir żmien speċjalizzati mħaddma mill-Gender Based and Domestic Violence Unit li qatt qabel dan il-Gvern ma’ kellu l-pajjiż. Dan filwaqt li komplejna insaħħu taqsimiet oħra tal-Korp - tad-Distrett, Rapid Intervention Unit u diversi taqsimiet oħra li per eżempju jiffokaw fuq l-isfidi tal-lum fosthom il-kriminalita onlajn fost oħrajn. Dan apparti li llum il-Korp tal-Pulizija joffri remote services li ser inkomplu anke ninvestu fihom kif ħabbarna fil-Budget għas-sena d-dieħla.
Dawn mhux riżultati b’kumbinazzjoni, huma riżultati ta’ Gvern li jemmen u jinvesti fil-Korpi Dixxiplinati anke fir-riżorsi li jużaw u huwa wkoll riżultat ta’ Korp tal-Pulizija li wettaq transformation strategy li issa qed tkompli tibni fuqha l-corporate strategy. Spiċċa ż-żmien li l-isfidi kienu jitpoġġew taħt it-tapit, fosthom li anqas jitħallsu tas-sigħat li jaħdmu l-uffiċjali, talli llum mhux biss qegħdin insaħħu l-Korp tal-ġurnata imma anke nassiguraw li naħsbu għall-futur. Xhieda ta’ dan huwa l-mod ġdid ta’ kif qiegħed isir ir-reklutaġġ - illum saħansitra għandna 51 rekluta li qegħdin jattendu Pre-Tertiary Certificate in Professional Policing Studies, l-Universita ta’ Malta.
Ninsab infurmat ukoll li għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, illum għandna 881 Pulizija tad-Distrett imqassma f’Malta u f’Għawdex ikkumplimentati mill-ħidma ta’ 132 Community Police u 34 Police Patrol and Community Support Officers. B’ħidmet dawn l-uffiċjali hija kkumplimentata minn mijiet ta’ uffiċjali oħra f’taqsimiet differenti fosthom ir-Rapid Intervention Unit, il-Gender Based and Domestic Violence Unit, taqsima tal-immigrazzjoni u dik kontra d-droga, u bosta taqsimiet speċjalizzati oħra li llum qegħdin joffru l-aqwa servizz lill-familji, bil-fiduċja fihom mill-pubbliku tiċċertifika dan.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tad-Distrett għall-ewwel darba jista’ jiffoka fuq ix-xogħol speċifiku tiegħu, u dawk li nsejħulhom core police duties, għaliex bil-viżjoni, investiment u deċiżjonijiet li ħadna llum il-Korp tal-Pulizija għandu sezzjonijiet oħra li jagħmlu ħidma speċifika fosthom il-Community Police, il-Police Patrol and Community Support Officers u skwadri ohra bhal ma huma Roads Policing u Gender Based and Doemstic Violence Unit. Infurmat li s-shift tal-Pulizija tad-Distrett huwa day, night, rest, off. Il-ħinijiet tad-day huma mis-6:00am sas-18:00pm u tan-Night mis-18:00pm sas-6:00am. Dan minbarra diversi servizzi sew jekk hux ta’ overtime jew inkella ta’ extra duty li huma joffru, u ovjament illum, ghaliex fi zminijiet ohra ma kienx hekk, jithallsu ghalihom u jithallsu fil-hin. Huma jkunu assenjati skont il-ħtiġijiet tal-pajjiż, biex il-pubbliku jingħata l-aqwa servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kien l-ammont ta’ persuni f’kull każ? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga bejn Jannar u sa nofs Novembru 2025 kienu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, il-Gżira u l-Marsa rispettivament kif jidher fit-tabella.
Lokalita
Numru ta’ persuni arrestati
San Ġiljan/Paceville
45
Gżira
20
Marsa
12
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga matul is-sena 2024 u kemm kien l-ammont f’kull każ? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi t-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga fis-sena 2024 kienu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, San Pawl il-Baħar u l- Marsa rispettivament, kif jidher fit-tabella hawn taħt.
Lokalita
Numru ta’ persuni arrestati
San Ġiljan/Paceville
24
San Pawl il-Baħar
15
Marsa
11
Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) Unit f’dawn l-aħħar tlett snin, kienet persuna ta’ tlieta u disgħin sena.
Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-iżgħar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tlett snin l-età tal-iżgħar persuna li kienet vittma ta’ vjolenza domestika u li dwarha sar rapport fid-Domestic Violence (DV) Unit, kienet dwar minuri ta’ sittax il-jum. Kif jaf l-Onorevoli Membru, fejn inċident jinvolvi minuri, ir-rapport isir fil-preżenza tal-ġenitur, gwardjan legali, jew persuna oħra li tkun qed takkumpanja lill-vittma.
L-Unjoni Ewropea – Direttivi UE 2022/2555 u UE 2022/2557 – Implimentazzjoni
Question
Fid-dawl li d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea UE 2022/2555 u UE 2022/2557 li kellhom jiġu implimentati f’Ottubru tal-2024 ma ġewx trasposti f’waqthom, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi proċeduri kontra Malta da parti tal-Unjoni Ewropea?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm pendenti proċeduri marbuta mad‑Direttiva (UE) 2022/2557.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31637, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-A.L 71 tal-2025 ġiex fis-seħħ? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie fis-seħħ? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ma ġiex fis-seħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Avviż Legali 71 tas-sena 2025 kien pubblikat fil-gazzetta tal-Gvern tat-8 t' April 2025. Qed inpoġġi kopja tal-gazzetta fuq il-mejda tal-Kamra.