Legislature:
Category:
Reset
Active:

Immigranti Illegali rilokati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed isservu sentenza minħabba użu u traffikar ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm persuni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li qed iservu sentenza minħabba użu ta' droga? Jista' jgħid kemm hemm persuni fil-preżent fl-istess faċilità li qed iservu sentenza minħabba sentenza fuq traffikar ta' droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-prezent hemm 100 persuni li qed isservu sentenza minħabba użu u traffikar ta’ droga. Hemm 34 minnhom li qed iservu sentenza minħabba konspirazzjoni ma’ persuni oħra fit-traffikar tad-droga, 2 fuq kultivazzjoni ta’ drogi, 10 fuq importazzjoni ta’ drogi, 28 fuq pussess u traffikar ta’ drogi, 11 fuq pussess ta’ drogi u 15 fuq pussess ta’ drogi bl-intenzjoni li jissupplixxi.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – spiża rikorrenti u kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża rikorrenti u kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-lum? Jista' jgħid kemm huwa n-numru totali ta' persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità Maltija u kemm minnhom huma ta' xi nazzjonalità oħra? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li tiswa lill-Istat kull persuna f'din il-faċilità għal kull ġurnata li tkun fil-faċilità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ispiża rikorrenti u kapitali fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sena b'sena, mis-sena 2010 sal-lum hi kif murija fit-tabella t’hawn taht. ACTUAL EXPENDITURE Year Recurrent Expenditure Capital Expenditure Total Expenditure 2010 8,979,526 185,000 9,164,683 2011 9,135,006 184,999 9,319,903 2012 8,974,218 309,322 9,283,569 2013 9,421,774 244,764 9,666,538 2014 10,131,609 183,501 10,315,110 2015 10,864,122 177,114 11,041,235 2016 11,171,815 294,147 11,465,962 2017 12,180,820 190,285 12,371,105 2018 14,231,257 999,608 15,230,865 2019 16,992,598 1,199,864 18,192,462 2020 22,301,657 1,656,809 23,958,466 In-numru totali ta' persuni li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huwa 736. Minn dawn 320 huma ta' nazzjonalità Maltija, u 416 huma ta' xi nazzjonalità oħra. Huwa stmat li n-nefqa hi ta’ circa €100 kuljum fuq kull persuna.

Forzi Armati ta’ Malta – Maġġur — paga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-paga li jirċievi Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-paga bażika ta’ Maġġur hija skala 5 tal-pagi taċ-Ċivil. Ma’ din hemm allowances oħra varji applikabbli fil-FAM u skont il-kariga li wieħed ikun qed jokkupa. Dan wara snin twal, għall-ewwel darba kien iffirmat ftehim settorjali li minnu bbenifikaw l-Uffiċċjali tal-FAM.

Forzi Armati ta’ Malta – Lieutenant Colonel — pagi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-paga ta’ Lieutenant Colonel fil-Forzi Armati ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-paga bażika ta’ Lieutenant Colonel hija skala 4 tal-pagi taċ-Ċivil. Ma’ din hemm allowances oħra varji applikabbli fil-FAM. Dan wara li fl-aħħar snin kienu anke mtejba l-kundizzjonijiet ta' dawn l-Uffiċċjali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — Position of Trust - salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji għal persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 20988.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 20988.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħlas lil ditta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk, mill-2013 sal-lum, x’entità fi ħdanu ħallset lid-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew ġietx mitluba ħlas għal xi servizzi kwalsiasi mill-istess ditta? Jekk iva, jistax jagħti d-dettalji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li le.

Rilokazzjoni tad-Dgħajjes tal-Forzi Armati ta’ Malta minħabba l-Fast Ferry Services

Question

Peress li fil-ġimgħat li ġejjin se jibda jopera l-Fast Ferry Service bejn Għawdex u Malta, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn il-Forzi Armati ta’ Malta, Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Ministeru għal Għawdex għar-rilokazzjoni tal-komponent marittimu fi ħdan l-AFM ġewwa Għawdex? Peress li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fil-Port tal-Imġarr reletat mal-Fast Ferry, jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew rilokati d-dgħajjes tal-AFM u kemm ser idumu f'dan il-post?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-laneċ ġew temporanjament rilokati b’circa ħamsin metru minn fejn kienu. Infurmat ukoll li sar qbil fil-prinċipju bejn il-Forzi Armati ta Malta, Transport Malta u l-Ministeru għal Għawdex dwar il-post ta’ irmiġġ kif ukoll għal bini alternattiv li ser jospita l-ekwipaġġ u l-laneċ b’mod permanenti.

Ħruġ ta’ Red Notice fil-konfront ta’ individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba li saret lill-Korp tal-Pulizija sabiex permezz tal-Interpol jinħareġ Red Notice fil-konfront tal-konsulent finanzjarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Korp tal-Pulizija jinvestiga kwalunkwe allegati reati, inkluż dawk li ingħataw separatament.

Korp tal-Pulizija – passi kontra individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa jew beħsiebu jieħu l-Korp tal-Pulizija, dwar allegati reati mwettqa mill-konsulent finanzjarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-Korp tal-Pulizija jinvestiga kwalunkwe allegati reati, inkluż dawk li ingħataw separatament.

Protezzjoni Ċivili ta' Għawdex u Kemmuna — vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura għandom il-Protezzjoni Civili ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid kull vettura x'marka hi u ta' liema sena hi? Liema minnhom bħalissa mhux qed jintużaw minħabba ħsara? Jista’ jgħid xi ħsara għandha kull vettura li mhux qed tintuża u meta hu maħsub li kull vettura li hija wieqfa, terġa’ tibda tintuża?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li ġewwa Kemmuna qatt ma kien hemm vetturi u f’Għawdex hemm 12 -il vettura. Dawn huma 1996 Scout Iveco 40:40WM tal-1996, Falcon lVECO New Daily tal-1997, Ranger IVECO New Daily 4x4 tal-1998, RV4 IVECO New Daily 4x4 tal-1998, IVECO Eurocargo Turntable Ladder tal-1998, MAN TGM Fire engine tal-2006, Hyundai i20 tal-2013, Scout Iveco New Daily tal-2015, Ranger IVECO tal-2017, Falco IVECO New Daily tal-2017, Peugeot tal-2019 u HAWK Mitsubishi Fuso tal-2020. Bħalissa apparti dawn il-vetturi hemm żewġ (2) vetturi li jinsabu bil-ħsara, waħda Land Rover li qegħda għat-tiswija minħabba ic-chassis filwaqt li vettura tal-għamla IVECO Eurocargo qed jiġu kwantifikati l-ħsarat. Infurmat ukoll li ma’ dawn il-vetturi, fil-jiem li ġejjin se jiżdiedu tlett (3) vetturi oħra ġewwa għawdex, Mitsubishi PHEV SUV tal-2020, Iveco Daily Logistics van tal-2021 kif ukoll MAN TGM tanker tal-2009 li jesa’ mal-20,000 litru ta’ ilma.

Raħal Ġdid – Triq San Ġorġ – vetturi tal-Protezzjoni Ċivili

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk investigax id-diffikultà li hemm f'Triq San Ġorġ Raħal Ġdid sabiex vetturi tal-Protezzjoni Ċivili jkunu jistgħu jgħaddu billi jidher evidenti li ma jistgħux?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jinvestigax toroq u dan għaliex huwa evidenti li pajjiżna fih toroq li ma jidħlux karozzi jew trakkijiet. Infurmat iżda fit-triq imsemmija jgħaddu minna l-iżgħar vetturi tal-Protezzjoni Ċivili.

Pajjiżi li għandhom bżonn visa — arranġamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 21427 li oriġinarjament sart lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li Malta poġġiet lil ċertu pajjiżi fuq green light, fosthom hemm xi pajjiżi li għandhom bżonn visa biex jidħlu, jista’ l-Ministru jgħid x’arranġamenti hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Il-ħtieġa ta' viża sabiex tiġi Malta hija regolata minn Regulation (EU) 2018/1806. Persuni li qegħdin fuq listi maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u li ġejjin minn dawk il-pajjiżi li qegħdin elenkati f'annex 1 ta' dan ir-regolament għandhom bżonn viża.

Raħal Ġdid – Ġnien il-Mediterran — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar laqgħa mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid dwar Ġnien il-Mediterran u jista’ jgħid jekk intlaħaqx ftehim dwar kif ser ikun hemm għajnuna mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi żżomm kuntatt kontinwu mal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid biex tara kif tkun tista' tgħin u tassisti fosthom b’ diskussjonijiet biex l-Aġenzija tkun tista' trodd xi ħaġa lill-komunità.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infruzar tal-Liġi — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-karozza ministerjali li taqa’ fil-portafoll tal-Ministeru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi hi Mercedes Benz E220 filwaqt li tas-Segretarjat Parlamentari hija BMW 520D. Dawn il- karozzi jinkrew bi prezz ta’ €28 u €33.20 kull jum b’mod rispettiv.