Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti akkużata bi ksur tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 549.37 - Regolamenti dwar Valutazzjoni u Maniġġjar ta' Ħsejjes fl-Ambjent? Jekk kien il-każ, jista’ l-Ministru jipprovdi d-dati flimkien mal-akkużi u l-lok ta' fejn seħħ il-każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Vetturi fi stat ħażin li jridu jinġabru mill-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hawn fit-triq li trid tinġabar mill-Pulizija minħabba l-istat li qiegħda fih, iżda għadha ma nġabritx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi matul is-sena 2023 il-Korp tal-Pulizija neħħa 717 vetturi mit-toroq Maltin u Għawdxin li ttieħdu ġewwa ta' Kandja għal diversi raġunijiet. Fl-istess perjodu l-aġenzija LESA għamlet towing ta' 1663 vettura minħabba diversi raġunijiet. Infurmat ukoll illi skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.13 Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Vetturi bil-mutur u Oġġetti ta' Ingombru, hemm awtoritajiet, entitajiet oħrajn u Kunsilli Lokali li għandhom din ir-responsabbiltà.
Jista' l-Ministru jgħid u jindika l-postijiet fejn il-vetturi li jinġabru mill-Pulizija qegħdin jitpoġġew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f’Malta l-vetturi li jinġabru mill-Pulizija jitpoġġew ġewwa ta’ Kandja. Rigward Għawdex vetturi li jiġu miġbura mill-pulizija fuq investigazzjonijiet jinżammu fil-garaxx prinċipali tar-Rabat Għawdex, u f’każ ta’ vetturi żgħar u muturi fil-garaxx fl-għassa tal-Munxar. Meta l-ispazju ma jippermettix aktar, dawn jintbagħtu u jitpoġġew ukoll ġewwa ta’ Kandja.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. Jekk il-grupp ta' suldati mibgħuta mill-Forzi Armati ġewwa l-Lebanon jinsabux f'sitwazzjoni sikura issa li nħolqot aktar tensjoni bejn l-Iżrael u l-Hizbollah?
b. Jekk il-ħlas li qed jirċievu hux qed jirrifletti fid-dawl tas-sitwazzjoni perikoluża li nħolqot issa u li qiegħda kull ma tmur tinbidel?
c. Jekk hux qegħdin jitħallsu bl-istess mod kif qed jitħallsu suldati li ġejjin minn pajjiżi oħra, partikolarment bħal dawk tal-Irlanda li qegħdin fl-istess grupp magħhom?
d. Jekk dawn hux qed jiġu mħallsa min-Nazzjonijiet Magħquda bħal bqija tal-pajjiżi kkonċernati?
e. Jekk fl-affermattiv, hux qegħdin jingħataw kollha b'mod dirett lis-suldati dawn il-pagamenti?
f. X’inhuma ċ-ċifri li qed jiġu mħallsa għal dawn is-servizzi u kif dawn qed jiġu mqassma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-preżenza tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-fruntiera bejn il-Libanu u Iżrael permezz tal-missjoni UNIFIL (United Nations Interim Force in Lebanon) hija mmirata proprju biex titnaqqas it-tensjoni f'dawn it-tip ta’ ċirkustanzi. Infurmat li l-Forzi Armati ta’ Malta jżommu kuntatt dirett u kontinwu mas-suldati Maltin, kuntatt dirett u kontinwu mal-kmand ġenerali tal-Forzi Armati Irlandiżi li s-suldati Maltin jagħmlu parti minnu, u kif ukoll mar-rappreżentanza Maltija lejn in-Nazzjonijiet Uniti fi New York. Kull prekawzjoni sabiex fiċ-ċirkostanzi, tiġi ssalvagwardjata l-ħajja u s-saħħa tas-suldati taż-żamma tal-paċi qegħdin jiġu meħuda kemm mill-kmand ġenerali tal-missjoni UNIFIL, kif ukoll mill-kmand tal-kontinġent Irlandiż li s-suldati Maltin jagħmlu parti minnu. Dawn il-miżuri jinkludu monitoraġġ u assessjar kontinwu tas-sitwazzjoni, linji ta’ komunikazzjoni bejn il-kmand tal-missjoni UNIFIL u l-armata Iżraeljana, tibdiliet temporanji fl-operat tal-missjoni skont is-sitwazzjoni, kif ukoll miżuri fiżiċi ta’ protezzjoni bħal shelters li jservu ta’ kenn f'każ li jkun hemm xi periklu minn rockets u artillerija. L-Uffiċjali u s-suldati Maltin huma mħarrġa, addestrati, u ta’ livell biex jaħdmu u joperaw f’dawn iċ-ċirkostanzi. Apparti dan, qabel dawn l-uffiċjali u s-suldati Maltin jitilgħu għal din il-missjoni, jagħmlu żmien ta’ taħriġ intensiv flimkien mal-Irlandiżi sabiex jiġi assigurat li ż-żewġ forzi jilħqu l-livell neċessarju. Kull uffiċjal u suldat li jipparteċipa f’din il-missjoni jieħu sehem fuq bażi voluntarja u sal-ġurnata tal-lum l-ebda suldat Malti ma talab sabiex jinżel lura Malta. Ukoll infurmat li l-ħlas li jirċievu s-suldati Maltin huwa bbażat fuq linji ta’ policies interni tal-Forzi Armati dwar servizz barra minn xtutna filwaqt li l-ħlas tas-suldati taż-żamma tal-paċi li jservu man-Nazzjonijiet Uniti, hija kwistjoni ta' politika interna tal-pajjiżi kontribwenti, individwalment. Kull pajjiż jimxi u jħaddan il-proċeduri u mekkaniżmi ta’ ħlas interni. Kwalunkwe ħlas minn Nazzjonijiet Uniti isir dirett lis-suldati Maltin fil-Libanu.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Nefqa fuq rigali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi fond mill-baġit ministerjali jew minn xi entità li taqa’ taħtu li minnhom jixtri rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mhemmx fond mill-baġit ministerjali li minnhom jinxtraw rigali tat-tiġijiet u/jew rigali oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk intefqux flus pubbliċi biex is-sit tal-Eks Malta Shipbuilding jiġi preparat biex jospita konferenzi u fieri? Jekk iva, jista’ jipprovdi elenku tal-ammonti kollha li ntefqu, u f'kull nefqa jispeċifika u jgħid jekk din ingħatatx b'tender, direct order, jew mod ieħor?
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista bid-dettalji tad-direct orders li ħarġu l-entitajiet jew l-awtoritajiet li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu fil-perjodu bejn Novembru 2022 u Novembru 2023, maqsuma skont l-awtorità jew l-entità u għal kull direct order separatament jgħid meta ngħatat, kemm kien l-ammont, lil min tħallas, lil min ingħatat id-direct order u x'servizz kien ġie ingaġġat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Position of Trust – Salarji
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13242, liema tweġiba ma tweġibx dak li ġie mistoqsi, jista' l-Minsitru jagħti ċ-ċifra mitluba u ċjoè kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Appendiċi li hemm fil-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni mhux Maltin li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija matul is-sena 2023 maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kif kienu maqsuma dawn iċ-ċittadinanzi ġodda bejn ċittadini naturali, persuni li xtraw iċ-ċittadinanza Maltija, dawk li ngħataw iċ-ċittadinanza a bażi tal-mertu jew għal xi raġuni oħra, matul is-sena 2023, maqsuma xahar b'xahar u liema kienet iċ-ċittadinanza ta' dawn il-persuni qabel ħadu dik Maltija, pajjiż, pajjiż?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188), persuni, ovvjament dawn ma jkunux Maltin għaliex kieku m’għandhomx għalfejn japplikaw biex issiru Maltin, jistgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija wara li ssir l-applikazzjoni skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att. F’dan ir-rigward nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tabella murija hawn taħt li turi n-numru ta’ persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza, matul il-perjodu mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Ġunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Diċembru
Total
266
214
298
243
275
170
157
219
121
206
252
90
2511
AFM – Żona SAR — Operazzjonijiet ta’ salvataġġ fis-sena 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvaġġ ta’ immigranti għamlet l-Armata matul is-sena 2023 fis-SAR ta’ pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-2023 ġew salvati 380 immigrant irregolari filwaqt li ġew irritornati lejn pajjiżhom 315 immigrant irregolari. Fl-istess perjodu wkoll ġew rilokati 159 immigrant irregolari lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-riżultati jfissru li fl-2023 kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna.
Ma’ dawn kien hemm ukoll 1,391 ċittadini ta’ pajjiż terz oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtoriżżati li joqgħodu.
Din il-ħidma ma bdietx fl-2023 u saret għaliex il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar.
Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna.
Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew salvati immigranti mill-Armata matul is-sena 2023 u fejn jinsabu dawn l-immigranti llum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-2023 ġew salvati 380 immigrant irregolari filwaqt li ġew irritornati lejn pajjiżhom 315 immigrant irregolari. Fl-istess perjodu wkoll ġew rilokati 159 immigrant irregolari lejn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-riżultati jfissru li fl-2023 kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna.
Ma’ dawn kien hemm ukoll 1,391 ċittadini ta’ pajjiż terz oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtoriżżati li joqgħodu.
Din il-ħidma ma bdietx fl-2023 u saret għaliex il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar.
Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna.
Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija.
Bastiment P71 — Spiża għax xiri tad-diesel għal-generator
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża għax-xiri tad-diesel tal-generator li qed jintuża għall-bastiment P71 għas-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Forzi Armati ta' Malta għaddejja bil-proċess biex tkun installata shore to ship permezz ta’ substation, u li din għandha titlesta fi ftit ġimgħat oħra. Infurmat li fejn irri¿ulta dewmien mill-kuntrattur, il-FAM weħlitu l-penali. L-ispiża ta’ diesel li ntefqet matul is-sena 2023 kienet ta’ Euro 262,909.34. Dan l-ammont huwa simili għal dak li ser ikun jintefaq bl-introduzzjoni tas-shore to ship. Shore to ship ser jkun aktar sostenibli b'inqas tniġġiż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-sena 2023 li fihom weġġgħu n-nies? Kemm minn dawn l-inċidenti kellhom konsegwenzi fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fis-sena 2023 u li fihom weġġgħu n-nies kienu ta’ elf, tlett mija u disa’ u tmenin (1,389). Dan l-ammont jinkludi kemm ġrieħi ħfief, u anke ġrieħi serji. Min dawn kien hemm tlettax (13) -il inċident fatali, li fihom kien hemm erbatax (14) -il vittma.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14212 u jgħid kemm rapporti saru lill-Pulizija bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b'sena minn ġenituri li allegatament ġew abbużati minn uliedhom jew wieħed jew waħda minn uliedhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn il-ġenituri kellhom 60 sena u aktar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi informazzjoni relatata mal-mistoqsija tal-Onorevoli Membru hija disponibbli mis-sena 2021 u tikkonsisti fin-numru ta’ vittmi, f’każi fejn kien hemm vjolenza domestika minn ulied kontra il-ġenituri tagħhom u għalhekk rapport jista’ jkun li jinkludi iktar minn vittma waħda. Mis-sena 2021 sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 fis-sistema tal Pulizija hemm irreġistrati ħames mija u tmienja u sittin (568) rapport li jinvolvu sitt mija u tletin (630) persuna li huma ġenituri vittmi ta’ vjolenza domestika minn uliedhom. Min dawn, mitejn u ħamsa u għoxrin (225) persuna kienu missirijiet u erba’ mija u ħamsa (405) kienu ommijiet. Mija u ħamsa u sittin (165) mill-ommijiet u mija u ħamsin (150) mill-missirijiet kellhom sittin sena jew aktar. F’kull każ fejn kien hemm evidenza tar-reat irrapurtat, ittieħdu passi kriminali fil-Qorti kontra l-allegat aggressuri, tant li f’dan il-perjodu ttieħdet azzjoni kontra il-persuni nvoluti f’ erbgħa mija u wieħed u sittin (461) każ, mir-rapporti irreġistrati fis-sistema elettronika tal-Pulizija.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kwestjonijiet li qiegħed jindirizza bħalissa d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali ta’ dan id-Direttorat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-ħidma tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem hija bbażata fuq l-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni li ġew imfassla u mnedija matul is-snin. Dawn huma:
1. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza u l-Integrazzjoni (Mainstreaming) tal-ġeneru (GEMSAP) 2022 – 2027
2. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza LGBTIQ+ 2023 – 2027
3. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Migranti 2017-2020. Bħalissa d-Direttorat qiegħed jipprepara għat-tieni strateġija f’dan il-qasam: il-konsultazzjoni pubblika ġiet varata f’Mejju ta’ din is-sena
4. Strateġija Nazzjonali kontra r-Razziżmu 2021 – 2023. Id-Direttorat beda l-preparamenti għat-tieni strateġija f’dan il-qasam b’konsultazzjoni ma’ msieħba varji.
Qegħdin isiru preparamenti mid-Direttorat, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u esperti mill-Kunsill tal-Ewropa, sabiex Malta jkollha l-ewwel Strateġija Nazzjonali kontra t-traffikar tal-bniedem.
Id-Direttorat kontinawment jipprovdi sessjonijiet ta' taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u diversi entitajiet governattivi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10765 dwar policy fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF) dwar priġunieri transgender, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istandards internazzjonali li qiegħed jirreferi għalihom fl-istess tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi dan li ġej:
1.Blanc, J. (2018). Towards the Effective Protection of LGBTI Persons Deprived of Liberty: A Monitoring Guide. Association for the Prevention of Torture.
2.Council of Europe (2010) Recommendation CM/Rec(2010)5 of the Committee of Ministers to member states on measures to combat discrimination on grounds of sexual orientation or gender identity (Adopted by the Committee of Ministers on 31 March 2010 at the 1081st meeting of the Ministers’ Deputies)
3.Council of Europe (2015) Protecting Human Rights of Transgender Persons: A short guide to legal gender recognition.
4.HM Prison and Probation Service (2023) The Care and Management of Individuals who are transgender.
5.HM Prison and Probation Service (2023) The Care and Management of Individuals who are Transgender: Operational Guidance.
6.International Commission of Jurists (ICJ) (2017) , The Yogyakarta Principles Plus 10 - Additional Principles and State Obligation on the Application of International Human Rights Law in Relation to Sexual Orientation, Gender Expression and Sex Characteristics to Complement the Yogyakarta Principles.
7.Lynch, S., & Bartels, L. (2017). Transgender prisoners in Australia: An examination of the issues, law and policy. Flinders LJ, 19, 185.
8.McCall-Smith, K. (2016). United Nations standard minimum rules for the treatment of prisoners (Nelson Mandela Rules). International Legal Materials, 55(6), 1180-1205.
9.NSW Government: Community and Justice. (2021) Classification and Placement of Transgender and Intersex Inmates.
10.Principles, Y. (2007). Yogyakarta Principles on the application of international human rights law in relation to sexual orientation and gender identity. Yogyakarta, Indonesia. Retrieved January, 31, 2013.
11.Steering Committee for Human Rights (CDDH) May 2013. Report on the implementation of Recommendation CM/Rec(2010)5 of the Committee of Ministers to member States on measures to combat discrimination on grounds of sexual orientation or gender identity. CM(2013)36-add2
12.UNDP (2020). Mapping of Good Practices for the Management of Transgender Prisoners. Bangkok.
13.UNODC (2022) Technical Brief: Transgender People and HIV In Prisons and Other Closed Settings.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10765 jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-policy aġġornata dwar persuni transgender fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (CCF)? Jista’ jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-policy aġġornat dwar persuni transgender illi l-ewwel abbozz jinsab lest u jinsab għal konsultazzjoni interna.