Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — aċċessibilità fl-uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru f'dawn l-aħħar sitt xhur f'kull ufficċju tal-Ministeru u d-diaprtiimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtu biex ikun aċċessbbli għall-persuni b'diżabilità kemm fiżika u kif ukoll dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ u nuqqas ta' dawl?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36750 u 36573 u jgħid kemm intefqu flus fuq xogħlijiet fuq toroq arterjali u distributorji matul din is-sena sal-lum, kull triq separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Rabat — Xogħlijiet fi Vjal il-Ħaddiem u Triq Dingli

Question

Jista' l-Ministru jinforma għala ma bdewx ix-xogħlijiet fi Vjal il-Ħaddiem u Triq Dingli fir-Rabat Malta? Jista' jara li x-xogħlijiet jibdew qabel ix-xitwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Infakkar lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol fuq Vjal il-Ħaddiem kellu jsir mill-Kunsill Lokali tar-Rabat imma billi dan naqas milli jagħmel ix-xogħol, minkejja li ngħata l-flus biex isewwi t-toroq, kellha tidħol Transport Malta biex tagħmel ix-xogħol. Sadanittant, ninsab infurmat li bħalissa l-periti ta' Transport Malta għaddejjin bil-proċess ta' koordinazzjoni mal-entitajiet kollha. Sadanittant saru laqgħat mal-kuntrattur biex jiġi finalizzat it-traffic management tax-xogħol. Il-mira tal-bidu tax-xogħol fuq dawn it-toroq hija għal bidu ta' Diċembru.

Malta FreePort — xogħol ta' dragging

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xogħol ta' dragging sar mill-2010 sal-lum biswit il-Malta FreePort? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti għar-rigward tax-xogħlijiet li ġew imwettqa, inkluż dak li għaddej illum?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2010 sal-lum sar xogħol ta' tħammil tas-South Quay ta' Terminal 2 u n-North Quay ta' Terminal 1. Bħal issa qed isir it-tħammil tal-fairway biswit il-Malta Freeport. Ix-xogħol qed isir mill-operatur privat Malta Freeport Terminals Ltd u għandu l-permessi meħtieġa mill-MEPA.

vacancies appuntati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36552, jista' l-Ministru jgħid min jieħu d-deċiżjonijiet finali mill-bord tal-interviews fi Transport Malta u kif jiġu appuntati l-pożizzjonijiet meta jinħarġu l-vacancies?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-evalwazzjoni tal-kandidati li japplikaw għall-pożizzjonijiet issir mill-Interviewing Panel fuq bażi global tal-marki li kull wieħed ikun ta lill-kandidati rispettivi. Għalhekk ħadd minnhom ma jieħu deċiżjoni finali. Il-pożizzjonijiet jsiru a bażi tal-ħtiġijiet tal-Awtorita’ skont l-esiġenzi tagħha.

persuni li marru għal konfernza 5+5

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36843, peress li l-Ministru ddikjara li ħadd minn Transport Malta m'attenda s-summit tal-5+5, jista' l-Ministru jgħid jekk mhux minnu li kien hemm persuna li ġiet eżentata mix-xogħol waqt dan il-perjodu? Jista' jgħid għaliex seħħet din eżenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm persuna minn Transport Malta li kienet rilaxxata għal ċerti ħinijiet waqt is-Summit tal-5 + 5 fuq talba tal-organiżżaturi, mhux biex tattendi s-Summit iżda biex tassisti fl-organiżżazzjoni.

Transport Malta — Dipartiment tal-Quality Control Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-2010 kienx għadu fis-seħħ id-Dipartiment tal-Quality Control Unit fi Transport Malta? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid meta dan id-dipartiment kien ġie tterminat? Jista' jipprovdi l-lista ta' dawk il-persuni flimkien mal-pożizzjoni u l-grad tagħhom li kienu jaħdmu f'din is-sezzjoni tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura? Jista' jkun speċifiku u jgħid x'tip ta' xogħol kien jesegwixxi kull persuna?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 36840.

informazzjoni dwar vapur li daħal Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36839, jista' l-Ministru jgħid mil-liema pajjiż bdew il-vjaġġ tagħhom il-containers li kellhom ir-radioactive material qabel ġew mgħobbija mill-port ta' La Havre? Jista' jgħid kemm huwa l-perjodu li CMA CGM MAGELLAN jagħmel il-vjaġġ tiegħu lejn Malta u jekk kull darba li jagħmel dan il-vjaġġ ikollux dan il-materjal abbord?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-containers imsemmija bdew il-vjaġġ tagħhom mill-Kazakhstan. Il-perjodu li jieħu l-vapur biex jasal min Le Havre għal-Malta huwa ta' ħamest'ijiem, dan jiddependi mill-kundizzjonijiet tal-baħar. Mhux kull darba li l-vapur CMA CGM Magellan jagħmel il-vjaġġ lejn Malta ikollu dan it-tip ta' materjal abbord.

tneħħija ta' postijiet ta' parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36307 u 35939 u jgħid minn sena ilu 'l hawn kemm tneħħew postijiet ta' parkeġġ minn l-awtoritajiet kkonċernati f'kull lokal?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kalkara — xogħlijiet fi Triq Patri Mattew Sultana

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hi mistennija li ssir Triq Parti Mattew Sultana fil-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat ill peress li l-kuntrattur li ngħata l-kuntratt biex jagħmel ix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ma ffirmax dan l-istess kuntratt, Transport Malta kellha tirtiralhu l-kuntratt. Dan ifisser li trid tinħareġ sejħa oħra għall-offerti u allura s'issa ma' nistax ngħid meta dan ix-xoghol se jsir.

Omas Pass

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika liema huma l-istanzi li fihom persuna li jkollha l-OMAS pass għax taħdem f'post tax-xogħol li tirrikjediha tidħol fl-ajruport titlef id-dritt li tibqa' żżomm dan l-OMAS pass? Fi kliem ieħor liema huma l-istanzi li minħabba fihom jista' jittieħed jew jiġi rtirat l-OMAS pass mill-awtorità kompetenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Fgura — Triq Carapecchia u Triq Sigismondu Savona - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ilmenti rigward xogħol ħażin li sar minn Transport Malta ġewwa Triq Carapecchia fil-Fgura, li minħabba dan qed jergħqu r-residenti u l-garaxxijiet ta' Triq Sigismondu Savona fil-Fgura? Jista' jgħid xi pjanijiet hemm għal dawn iż-żewġ toroq u meta se jsir ix-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sezzjoni Ħaddiema tax-Xatt — xogħol li ngħata lill-privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li kienu jagħmlu impjegati ta' Transport Malta mas-sezzjoni ħaddiema tax-Xatt (Port Work Scheme) ingħata lill-privat u qed jiswa lill-poplu eluf kbar ta' Euros meta kien hemm u għad hemm min hu kapaċi jagħmlu? Jista' jgħid jekk din il-manuvra saritx biex tingħata tender lill-persuna li diġà għandha monopolju ġewwa l-Freeport?

Response (GATT, AUSTIN)

Kif spjegajt fir-risposta għal-mistoqsija Parlamentari parlamentari nru. 37217, Transport Malta preżentament għandha arranġament mal-Malta Dockers Union li qegħda tipprovdi kuljum tlett ħaddiema tal-port liċenzjati biex jassistu għall-funzjoni ta' Roster Keeping. Dan biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm impatt fuq l-attivita` fil-portijiet Maltin. Ninsab infurmat li Transport Malta qegħdha tevalwa xi soluzzjonijiet fit-tul għal din is-sitwazzjoni u fosthom hemm il-possibilta` li dan ix-xogħol jiġi kuntrattat lil terzi wara li ssir sejħa pubblika għall-offerti. Ma hemm l-ebda manuvri fis-sens li qed jallega l-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni — salarju ta' ħaddiema li ġie rivedut darbtejn

Question

Jista' l-Ministru, għal kull dekasteru, jipprovdi lista ta' nies li s-salarju (jeskludi l-performance bonus) tagħhom ġie revedut mill-anqas darbtejn mis-sena 2007 sal-lum? Jista' jinkludi ż-żieda fis-salarju, il-pożizzjoni l-ġdida, id-data ta' meta dan seħħ, min kienu dawk il-persuna/persuni li approvaw u kienu parti minn dan il-proċess filwaqt li jindika jekk kienx hemm call for application?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Rigward il-MITA ninsab infurmat li kull sentejn isir eżerċizzju fejn is-salarji tal-impjegati kollha jiġu evalwati mill-Management u jingħataw rakkomandazzjonijiet rispettivi lill-Kap Eżekuttiv tal-MITA u l-Bord tad-Diretturi. Dawn ir-rakomandazzjonijiet jirriflettu iċ-ċaqlieq fil-pagi fl-industrija tal-ICT, tibdil li jkun meħtieg fid-dmirijiet marbuta mall-pożizzjonijiet rispettivi, kif wkoll l-esperjenza tal-impjegati fuq livel individwali.

Siġġiewi — trejqa li għandha bżonn manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta għadha ma ħaditx azzjoni dwar il-periklu li hemm fit-trejqa fl-area magħrufa bħala ta' Parak fil-limiti tas-Siġġiewi, liema trejqa saritilha ħsarat kbar bil-maltemp ta' dan l-aħħar, iżda aktar u aktar minħabba vettura li waqqgħet il-ħajt li jżomm din l-istess trejqa u li minkejja li residenti ġibdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, l-istess uffiċjali tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, infurmaw lil dawn ir-residenti li hija Transport Malta, fir-responsabilità li tieħu l-azzjoni għat-tiswijiet urġenti li jinħtieġu jsiru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Fleur-de-Lys — pelican lights ħdejn roundabout mhux mixewgħla

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pelican lights ħdejn ir-roundabout ta' Fleur-de-Lys għadhom ma nxtelgħux? Jekk jilħqu jinxtegħlu sakemm tkun imwieġba din il-mistoqsija, jista' jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li min-naħa ta’ Transport Malta sar ix-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex din il-pelican crossing titħaddem, pero' jonqos xi trinek li jridu jsiru minn enti oħra biex jitwassal l-elettriku fuq il-post. Peress li l-enti konċernata ma' taqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Merchant Shipping — board room - sett ta' siġġijiet mibdula

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36292, jista' l-Ministru jgħid min kien dak in-negozju jew kuntrattur li esegwixxa x-xogħol ta' manutenzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi fil-mistoqsija tiegħu Nru. 36292 hu ried ikun jaf in-nefqa sabiex ġie mixtri sett ġdid u dak li jien irrispondejt. Ninsab infurmat li ma sar l-ebda xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-siġġijiet minn negozju jew kuntrattur. Dawn is-siġġijiet ttieħdu mill-maintenance department sabiex jiġu merufgħa u wżati f’uffiċini oħra.

Transport Malta — bord tal-evalwazzjoni tat-tenders

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36553, jista' l-Ministru jgħid, stante l-fatt illi Transport Malta mhux qed issegwi l-proċeduri maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti, fuq liema bażi u/jew kriterji jiġu magħżula l-individwi biex jagħmlu parti mill-bord tal-evalwazzjoni tat-tenders fi Transport Malta u x'inhu l-inqas grad tal-impjegat li hu kkunsidrat sabiex jintagħżel biex jagħmel parti minn dan il-bord?

Response (GATT, AUSTIN)

Għal kuntrarju ta' dak li qed jgħid l-Onor. Inerpellant, ninsab infurmat li Transport Malta ssegwi l-iStandard Operating Procedures / Guidelines maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti. Il-persuni li huma magħżula biex jiffurmaw parti mill-evaluation committee jikkonsistu f’Chairman, segretarju/a u tliet evalwaturi. Ic-Chairman u l-evalwaturi għandhom ikunu fi grad manġerjali filwaqt li segretarji jistgħu jkunu fi gradi inqas. L-evalwaturi jinkludu individwi li għandhom tagħrif ġenerali adegwat u li hu assoċċjat mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi inklużi fit-tender. Is-segretarju/a jkun individwu li huwa familjari ma’ proċeduri ta’ procurement u dan dejjem skond il-proċeduri msemmija li ma jindikawx ħtieġa li l-persuna jrid ikollha xi grad minimu.