Legislature:
Category:
Reset
Active:

Benefiċċji Soċjali — Persuni li jirċievu benefiċċji f’isem ħaddiehor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx istanzi fejn hemm persuni li jirċievu l-benefiċċji soċjali f’isem jew f’kontijiet ta’ persuni qraba tagħhom u mhux f’isem il-persuna li hi eliġibbli għal għajnuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Gżira — Triq Manoel De Vilhena - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed jsiru fi Triq Manoel De Vilhena, il-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva, jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaddiema mhux tal-UE — Livell edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12230 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mhux tal-Unjoni Ewropea li għandhom: - Edukazzjoni Primarja; - Edukazzjoni Sekondarja; - Edukazzjoni Postsekondarja; u - Edukazzjoni Terzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12229.

First-time buyers – Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għall-first-time buyers mis-sena 2014 sa l-aħħar ta’ Settembru 2023 kien skont it-tabella t’hawn taħt: Sena Flus iffrankati 2014 €9,238,958.81 2015 €9,778,480.13 2016 €8,543,088.25 2017 €9,262,552.50 2018 €9,141,655.81 2019 €10,544,578.99 2020 €12,604,972.05 2021 €22,464,094.75 2022 €20,441,667.48 2023 €9,766,624.49

Second-time buyers – Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għas-second-time buyers mis-sena tat-tnedija tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għas-second-time buyers mis-sena tat-tnedija tagħha sal-aħħar ta’ Settembru 2023 kien kif ġej: Sena Flus iffrankati 2018 € 685,813.34 2019 € 877,364.01 2020 € 666,073.76 2021 € 237,353 2022 € 175,325 2023 € 273,157

UCA — Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fuq proprjetà f’Urban Conservation Area (UCA) mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fuq proprjetà f’Urban Conservation Area (UCA) mis-sena li ġiet imnedija sal-aħħar ta’ Settemru 2023 huwa kif ġej: Sena Flus iffrankati 2016 € 2,787,485.01 2017 € 1,805,265.67 2018 € 2,735,642.78 2019 € 3,292,805.46 2020 € 1,167,873.71 2021 € 762,477.50 2022 € 12,206,634.18 2023 € 11,817,051

Proprjetà f’Għawdex — Flus li ġew iffrankati mill-ħlas ta’ taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għal min xtara proprjetà ġewwa Għawdex mis-sena li ġiet imnedija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-flus li ġew iffrankati mit-tnaqqis tal-ħlas tat-taxxa tal-boll għal min xtara proprjetà ġewwa Għawdex mis-sena li ġiet imnedija sal-ahhar ta’ Settembru 2023 huwa kif ġej: Sena Flus iffrankati 2016 € 249,615.35 2017 € 2,376,223.41 2018 € 4,203,845.01 2019 € 5,508,182.34 2020 € 5,403,673.84 2021 € 8,437,117.50 2022 € 10,819,612.19 2023 € 5,564,816

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – politika dwar is-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu għandux politika għas-saħħa mentali biex is-saħħa mentali tiġi integrata fit-tfassil ta’ kull politika mill-istess Ministeru? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-pjan li titfassal u tiġi adottata din il-politika (mental health policy)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-Ministeru, bħala parti mis-Servizz Pubbliku, huwa marbut mill-politika ċentrali fuq is-saħħa mentali. Minbarra hekk tajjeb li jingħad ukoll li fil-Ministeru tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċċjali jistgħu jirrikorru f’kaz ta’ diffikultà ulterjuri.

Ċittadini mhux tal-UE – Permessi ta’ xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-permessi tax-xogħol lil ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea qed jinħarġu u jiġu vverifikati b'kollaborazzjoni mas-sett ta' ħiliet li huwa meħtieġ fid-dinja tax-xogħol u s-setturi tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ilu jsir dan u x'inizjattivi qed isiru biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa meħtieġa f'Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hija r-responsabilità ta’ kull min iħaddem li jara li l-ħaddiema kollha tiegħu – kemm Maltin u kemm barranin – ikunu qed jagħmlu xogħol li huma kwalifikati u/jew imħarrġa għalih. Għaldaqstant Jobsplus tesiġi li għal kull ħaddiem barrani li min iħaddem jimpjega, irid jiffirma dikjarazzjoni fejn jgħid li l-ħaddiem hu kompetenti biex jagħmel ix-xogħol indikat fil-Permess tax-Xogħol u li hu jikkonferma dan fuq bażi ta’; · Ċertifikati Akkademiċi · Ittri ta’ Riferenzi provduti jew · B’komunikazzjoni diretta mal-impjegat prospettiv. Min iħaddem irrid jiddikjara wkoll li hu qed jassumi responsabbilità ta’ din id-dikjarazzjoni u lest li jissostanzja dan kollu meta jkun mitlub jagħmel hekk. Fost l-inizjattivi li Malta għandha biex tattira ħaddiema tas-sengħa b’ħiliet ta’ livell għoli, hemm il-Key Employee Initiative u d-Direttiva tal-Blue Card, li huma t-tnejn amministrati minn Identità.

Persuni — sidien ta’ darhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn nies f’pajjiżna li huma sidien ta’ darhom? Kemm minnhom għadhom iħallsu l-loan tal-bank?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont Statistika maħruġa miċ-Ċensiment tal-2021, in-numru ta’ sidien ta’ djarhom huwa stmat li kien ta’ 161,045. Ir-rata ta’ persuni li għadhom qed iħallsu l-loan tal-bank kif ikkalkulata mill-Istatistika dwar id-Dħul u Kundizzjonijiet tal-Ħajja (EU-SILC) hi ta’ 27%.

Persuni reġistrati bħala NEET

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training) sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ persuni li huma meqjusa bħala NEET matul is-sena 2022 kien ta’ 3,471. Il-miżuri li wettaq dan il-Gvern juru biċ-ċar li ħallew riżultat tajjeb hekk kif bi programmi bħal Youth Guarantee għenu biex in-numru ta’ NEET naqas b’mod konsiderevoli meta mqabbel mal-2012 fejn kien hemm 5,926 żagħżugħ li mhumiex f’edukazzjoni jew impjieg. Din l-istima tirreferi għal dawk il-persuni NEET li għandhom bejn il-15 u l-24 sena u tiġi maħduma mil-Labour Force Survey.

Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali — impjegati barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (bolol) li tħallas mill-impjegati barranin li jaħdmu Malta fis-sena 2022 u fis-sena 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li tħallas minn min iħaddem (l-employers) għal dawn l-impjegati barranin li kienu jaħdmu Malta għal dan il-perjodu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li huma kkreditati lil impjegati barranin li ħadmu f’Malta għas-sena 2022 huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt: Employer Impjegati 120,412,453 120,438,601 L-informazzjoni għas-sena 2023 tkun tista’ tingħata s-sena d-dieħla wara li l-formoli tal-Final Settlement System jiġu pproċessati.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Remunerazzoni ta’ individwi

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-individwi fi ħdan il-Ministeru tiegħu, inkluż dawk f’awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għandhom pakkett finanzjarju ikbar mill-Ministru nnifsu? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-pakkett annwali, inkluż perkaċċi u bonuses?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12090.

Ħaddiema full-time mhux tal-UE – Ħlas ta’ taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema full-time mhux tal-Unjoni Ewropea u jgħid ukoll jekk iħallsux: - Ebda Taxxa - 15% taxxa; - 25% taxxa; u - 35% taxxa?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt is-sistema tal-Final Settlement System, employers irrapportaw li għas-sena 2022 kien hemm 52,106 ħaddiem full-time mhux mill-Unjoni Ewropea. Meta d-dħul ta’ dawn il-ħaddiema jinqasam skont ir-rati tat-taxxa jirriżulta li kien hemm: 19,297 li jaqgħu fil-bracket ta’ 0%; 14,303 li jaqgħu fil-bracket ta’ 15%; 17,744 li jaqgħu fil-bracket ta’ 25%; u 762 li jaqgħu fil-bracket ta’ 35%

Ħaddiema mhux tal-UE – Livell edukattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema mhux tal-Unjoni Ewropea li għandhom: - Edukazzjoni Primarja; - Edukazzjoni Sekondarja; - Edukazzjoni Postsekondarja; - Edukazzjoni Terzjarja?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus m’għandhiex din id-data. Għalkemm min iħaddem huwa mitlub jimla l-livell ta’ edukazzjoni fil-formola ta’ bidu ta’ impjieg, dan ir-rekwizit mhuwiex mandatorju. Barra minn hekk, Jobsplus mhijiex l-entità li tivverifika l-kwalifiċi u min iħaddem mhuwiex bobligat li jinforma lill-Jobsplus jekk ħaddiem biddilx il-livell ta’ edukazzjoni.

Għotjiet bħala għajnuna lill-kumpaniji — Valur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw għotjiet bħala għajnuna finanzjarja lill-kumpaniji matul l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma kumpaniji Maltin u kemm minnhom huma barranin, maqsuma wkoll skont il-valur tal-għotjiet u l-valur totali ta’ kemm minnhom ġejjin minn fondi nazzjonali u kemm minnhom minn fondi Ewropej?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema għajnuna finanzjarja qed jirreferi għaliha.

Air Malta — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11454 u jelenka min huma l-konsulenti kollha li għandha l-Air Malta? Jista’ jgħid x’tip ta’ konsulenza qed tagħti kull persuna u/jew entità li ġiet inkarigata biex tipprovdi dan is-servizz? Jista’ wkoll, għal kull każ, jgħid minn meta bdiet il-konsulenza u kemm hu l-ħlas għal kull konsulenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Air Malta — Kuntratt ma’ kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11455 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li għandha l-Air Malta mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma s-servizzi li din il-kumpanija qed tagħti lill-istess Air Malta, kemm hu l-valur ta’ dan il-kuntratt u għal kemm żmien?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Knighthood Global hija ditta internazzjonali ewlenija ta’ konsulenza fil-qasam speċjalizzat tal-avjazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li l-Air Malta għandha ma’ din id-ditta liema kuntratt jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2023. Is-servizzi li din il-kumpanija qiegħda tagħti lill-Air Malta jinkludu pariri ta’ natura finanzjarji u strateġiċi, qed jgħinu lill-management biex tiġi mplimentata l-Business Plan il-ġdida tal-linja tal-ajru l-ġdida, u qed jipprovdu persuna finanzjarja b’esperjenza fil-qasam tal-avjazzjoni f’rwol temporanju.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fejn hemm defibrillator?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella hawn taħt: MINISTERU/DIPARTIMENT/ENTITANUMRU TA DEFIBRILLATORS Air Malta13 Contracts1 FIAU1 Jobsplus2 MFSA3 NSO/MSA1 Treasury1

Attività li matulha tnieda d-dokument ta' qabel il-Budget 2024 — Rendikont

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ u dettaljat tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività li matulha tnieda d-dokument ta' qabel il-Budget 2024 u li saret nhar l-Erbgħa 27 ta' Settembru 2023? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.