Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju f'Malta sabiex jkun investigat jekk is-sistema tal-antenni tal-5G jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-bniedem? Jekk le, x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jittieħdu s-salvagwardji neċessarji?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11078, 11540, 11780 u 12227 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni fid-Dipartiment tal-Kuntratti minn Ġunju 2017 sal-lum? F'liema gradi ġew impjegati? Saret sejħa pubblika għal kull post?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ġunju 2017 sal-lum ġew impjegati 16-il impjegat fuq bazi “full-time”, b’dawn il-gradi:
1 x Officer in charge of minor staff (1 transferred)
6 x Procurement Officer (1 transferred, 5 public call)
5 x Procurement Manager (5 Public Call)
1 x Procurement Support Officer (1 Public Call)
1 x Manager II (public call)
2 x Assistant Director (1 transferred, 1 public call)
Ta’ min jinnota li tul l-istess zmien, 17-il imjegat ma baqgħux jaħdmu mad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Jista' l-Ministru jagħtina rendikont ta' kemm-il student/a bbenifika/t mill-inizjattiva dwar it-Tax Exemption Scheme mħabbra f'Mejju tal-2018 għal dawk li jagħmlu Masters, PhD jew programmi ekwivalenti fil-livelli 7 u 8?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel talbiet għall-iskema li tagħti kreditu ta’ taxxa lil dawk il-persuni li jagħmlu Masters jew PhD għandhom isiru kontra d-dħul li dawn il-persuni kellhom fis-sena bazika fl-2019. Għalhekk dawn it-talbiet jibdew jidħlu mal-formoli tat-taxxa sena stima 2020.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – għamara mixtrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ għamara li nxtrat minn Ġunju 2017 sal-lum fil-Ministeru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-valur ta’ għamara li nxtrat minn Ġunju 2017 sal-lum fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji kien ta’ €42,187.