Legislature:
Category:
Reset
Active:

VAT - Stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31456, 31999, 32549 u 33412 u jgħid kemm inġabru flus mill-VAT fuq l-istabbilimenti tal-ikel fl-2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni taħt l-40 sena li xtraw proprjetà waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor bejn l-2020 u l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz medju?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: SENA Xtraw Waħedhom Xtraw ma xi ħadd TOTAL Prezz Medju (etajiet bejn 18 u 40 sena) 2020 3,256 5,244 8,500 €163,560 2021 4,383 6,797 11,180 €181,380 2022 4,369 6,273 10,642 €190,561 2023 3,753 5,231 8,984 €212,139 2024 3,870 5,010 8,880 €226,128 2025 3,567 5,804 9,371 €237,749

Taxxa fuq il-kera – Dħul tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-kera minn meta ġiet introdotta l-liġi tal-kera u l-obbligu ta’ reġistrazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa ta’ 15% mħallsa fuq kirjiet permezz tal-formola TA24 hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Sena ta’ Stima Ammont Imħallas 2019 €50,515,420 2020 €59,101,285 2021 €63,121,469 2022 €74,143,943 2023 €93,313,627 2024 €110,980,763 2025 €123,242,432

Distribuzzjoni tal-pagi skont il-grupp ta’ ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella dettaljata li tindika n-numru ta’ ħaddiema full-time li jaqilgħu pagi gross bejn it-€12,000 u l-€150,000, maqsuma f’inkrementi ta’ €1,000 (eż. €12,000 - €13,000; €13,000 - €14,000; u hekk sal-€150,000), u li ħallsu sena sħiħa kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni separatament għal: i.  ċittadini Maltin; ii. ċittadini minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u iii. ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs)? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li tinkludi kolonna separata għal kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ ħaddiema?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Green Jobs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi ġodda li huma kklassifikati bħala ‘Green Jobs’ mis-sena 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll jagħti break down ta’ dawn l-impjiegi skont is-settur ekonomiku?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Finanzi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34153 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Port il-Kbir – Riġenerazzjoni - Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-konċessjonijiet kollha li ġew iffirmati mill-Gvern fiż-żona tal-Port il-Kbir (Grand Harbour)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirrferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

NSO - Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33894 u permezz tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33693 u jgħid kemm hawn żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħaddieħor, f’dawn l-aħħar ħames snin u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena, sas-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Din l-informazzjoni ma tinġabarx mill-NSO iżda tinġabar mill-MTCA. Età 18-35 2020 2021 2022 2023 2024 TOTAL Xtraw waħedhom 2650 3601 3545 3019 3070 15885 Xtraw ma' xi ħadd 3428 4399 3919 3146 2946 17838

Żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt il-35 sena li xtraw il-proprjetà tagħhom waħedhom jew ma’ xi ħadd ieħor, bejn l-2008 u l-2012, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella t’hawn taħt. Eta - 18 - 35 2008 2009 2010 2011 2012 TOTAL Xtraw waħedhom 1916 2003 2023 1990 1900 9832 Xtraw ma' xi ħadd 3650 3587 3610 3314 2983 17144

Ministeru għall-Finanzi - Impjegati b’diżabilità - Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm parkeġġi riservati għall-impjegati b’diżabilità fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, hemm parkeġġ wieħed fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu li hu riservat għal parkeġġ ta’ mpjegat b’diżabilita.

Unjoni Ewropea - Direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li dawk id-Direttivi li jaqgħu taħt il-Ministru għall-Finanzi u li d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħhom taħbat fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2026 huma s-segwenti: Direttiva Skadenza Direttiva (UE) 2024/1619 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza 10/01/2026 Direttiva (UE) 2023/2864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew 10/01/2026 Direttiva (UE) 2024/927 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li temenda d-Direttivi 2011/61/UE u 2009/65/KE fir-rigward tal-arranġamenti ta’ delega, il-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità, ir-rapportar superviżorju, il-forniment ta’ servizzi depożitarji u ta’ kustodja u l-oriġinazzjoni tas-self minn fondi ta’ investiment alternattivi 16/04/2026 Direttiva (UE) 2024/2811 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE 05/06/2026 Direttiva (UE) 2024/2994 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2013/36/UE u (UE) 2019/2034 fir-rigward tat-trattament tar-riskju ta’ konċentrazzjoni li jirriżulta minn skoperturi għal kontropartijiet ċentrali u tar-riskju tal-kontroparti fi tranżazzjonijiet ta’ derivattivi kklerjati ċentralment 25/06/2026 Dawn id-Direttivi għadhom ma ġewx trasposti fil-liġi nazzjonali u għalhekk għadhom kollha pendenti.

Att kontra Money Laundering – Profil ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet ġodda fil-profil tal-persuni akkużati taħt l-Att dwar Money Laundering, Kap. 373 li huma ta’ tħassib għall-awtoritajiet fiskali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Klassifikazzjoni ta’ persuni akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti klassifikazzjoni tal-età tal-akkużati fuq ħasil ta’ flus, fejn possibbli, għall-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – asset recovery orders u freezing orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ każijiet fejn ġew infurzati asset recovery orders jew freezing orders fil-każijiet ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Certified Public Accountants – Warrants

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta tqassmu l-aħħar warrants lis-Certified Public Accountants mill-Ministeru tiegħu, wara li ngħata parir biex jagħmel dan mill-Bord of Accountancy? Peress li għaddew numru ta’ snin minn meta tqassmu ċ-ċertifikati ta’ dawn il-warrants bir-riżultat li l-accountants għadhom ma rċevewx tali ċertifikati skont il-prassi, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-accountants jirċievu ċ-ċertifikati tagħhom fil-futur qarib?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar darba li tqassmu l-warrants tas-Certified Public Accountants kien f’Novembru 2024. Qed isiru t-tħejjijiet sabiex fil-ġimgħat li ġejjin tiġi organizzata ċerimonja oħra ta’ tqassim tal-warrants.

Money Laundering – Ordni ta’ kumpens

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet fejn ġie ordnat kumpens lill-Istat jew lill-vittmi bħala parti mill-proċess kriminali ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Persuni taħt inkjesti maġisterjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx statistika dwar in-numru ta’ akkużati li kienu wkoll taħt inkjesti maġisterjali relatati ma’ każi ta’ ħasil ta’ flus?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Money Laundering – Predicate Offences – Skemi u riformi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti skemi jew riformi fiskali biex ir-riskju li l-offiżi fiskali jsiru predicate offences għall-ħasil ta’ flus, jitnaqqas?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-reati fiskali kollha għadhom jitqiesu predicate offences għall-ħasil ta’ flus u kull min, fir-rwol tiegħu, jiltaqa’ ma reati fiskali li kwalifikaw bħala predicate offence, għandu jirrapporta dan lill-awtoritajiet kompetenti sabiex tali reati jiġu investigati. Iżda, tramite l-Att Nru XXX tal-2025, li jemenda Diversi Liġijiet dwar it-Taxxa, ġie leġiżlat li persuna investigata jew mixlija b’reat/i fiskali (predicate offence/s) u ksur konness, tista’ tagħmel ftehim mal-Kummissarju tat-Taxxa u d-Dwana sabiex minflok jittieħdu jew jitkomplew proċeduri kriminali kontra tagħha, tħallas penali addizzjonali li tista’ titla sa miljun (1,000.000) euro.

Money Laundering – Impatt finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx valutazzjoni dwar l-impatt finanzjarju fuq l-ekonomija minn reati relatati ma’ ħasil ta’ flus identifikati fl-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA tikkonferma li m’hemm l-ebda studju dwar dan is-suġġett u qatt ma rċeviet jew ġabret data dwar reati ta’ ħasil ta’ flus.