Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12999, jista' l-Ministru jgħid kemm hi kbira l-flotta tal-karozzi tal-Ministeru u tal-entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi g]at-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 12999.

Persuni b’diżabilità li qed jieħdu benefiċċju u qed jaħdmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li qed jieħdu l-benefiċċju u jaħdmu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ammont ta’ persuni b’diżabilità li jirċievu Assistenza mid-Dipartiment u fl-istess ħin jaħdmu huwa ta’ 1,394.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — kuntratti mogħtija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata mill-Ministeru, aġenzija jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, sa mill-1 ta’ Marzu 2020? Jista’ jgħid lil min ingħata kull kuntratt, jindika l-iskop tiegħu, jekk ingħatax wara sejħa jew le, u l-valur tal-kuntratt?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellat li, l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi/kuntratti minn kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatatx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

COVID-19 — Applikazzjonijiiet għal għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ applikazzjonijiet li rċieva l-Ministeru tiegħu b’rabta mal-iskemi ta’ għajnuna tal-COVID-19 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skont l-iskemi rispettivi sad-data tal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ġew miċħuda u kemm għad fadal pendenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu, kif aġġornata fid-29 ta’ April 2020, hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Isem tal-Benefiċċju (Covid-19) Talbiet li daħlu Talbiet maħduma Talbiet Imħallsa Talbiet pendenti Benefiċċju ta Ġenitur 5,548 5,444 3,881 104 Benefiċċju ta’ Persuna b’Diżabilita’ 494 463 334 31 Benefiċċju Addizzjonali tal-Qgħad u Benefiċċju tal-Qgħad Kontributorju 1,166 1,166 992 0 Benefiċċju Mediku 1,887 1,720 1,239 167 Total 9,095 8,793 6,446* 302 * In-numru ta’ talbiet imħallsa ma jinkludix 249 persuna li kienu qed jitħallsu xi wieħed mill-benefiċċji u waqfuh għaliex irritornaw għax-xogħol jew bdew jirċievu l-għajnuna minn għand l-imgħallem tagħhom permezz tal-iskemi tal-Malta Enterprise, inkluż 88 li kienu qed jirċievu l-benefiċċju tal-qgħad. Għalhekk in-numru ta’ benefiċjarji li kellhom l-applikazzjoni tagħhom milqugħa kien ta’ 6,695 u n-numru ta’ talbiet mhux milqugħa 2,098.

Vittmi ta’ vjolenza domestika – għajnuna legali

Question

In vista tal-aħbar sabiħa li vittmi ta’ vjolenza domestika se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna legali, jista’ l-Ministru jispjega jekk saritx konsultazzjoni mal-Aġenzija jew mal-avukati tal-għajnuna legali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.

Vjolenza domestika

Question

Peress li minħabba l-imxija tal-COVID-19 ħafna nies qed jibqgħu d-dar allura jista’ jkun hemm żieda fl-abbuż relatat ma’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed sabiex persuni li għaddejjin minn vjolenza domestika jirrappurtaw l-abbużi li għaddejjin minnhom anke waqt il-COVID-19? Hemm il-ħsieb ta’ helpline apposta għalihom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, peress li huwa meħtieġ li nqabblu l-istatistika għall-ewwel 4 xhur ta’ din is-sena ma’ dik tas-sena l-oħra sabiex inkunu nistgħu nagħtu tweġiba sħiħa u korretta, qed nimpenjaw ruħna li din l-interpellanza tkun mwieġba sas-seduta tat-Tnejn 18 ta’ Mejju, 2020.

Imwiet minn abbuż ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet mill-abbuż tad-droga mill-2013 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu, jinsab fil-pubblikazzjoni tar-Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni tad-Droga f’Malta 2019, ippubblikat mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. L-informazzjoni mitluba minnu tista’ tiġi aċċessata f’paġna 19 ta’ dan ir-rapport. It-tabella preżentata f’dan ir-rapport, fil-paġna imsemmija, turi l-imwiet kollha sena b’ sena mill-2005 ’l hawn. Nikwota parti mir-rapport, fejn jgħid li, “r-rata tal-mortalità kkawżata mid-droga stmata fost l-adulti (bejn il-15 u l-64 sena) kienet ta’ 16-il mewta kull miljun fl-2017, li hija ftit aktar baxxa mill-medja Ewropea l-aktar riċenti ta’ 22 mewt kull miljun.” Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tar-rapport imsemmi.

Persuni riferuti għall-programmi relatati mat-teħid tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti persuni għall-programmi relatati mat-teħid tad-droga mill-2013 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa aċċessibli mis-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx Hawnhekk, l-Onor. Interpellant jista’ jaċċessa ir-Rapporti Annwali sal-2018, kif ukoll ir-Rapporti Statistiċi ta’ kull aġenzija sal-2019. It-tagħrif mitlub minnu jinsab fir-rapport statistiku annwali tal-Aġenzija Sedqa.

Children’s Allowance – tfal reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13379 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13169 jista' l-Ministru jgħid kemm mill-ammont indikat huma wlied li twieldu tul is-sena 2019 u kemm kienu mwielda qabel imma kkwalifikaw issa għall-benefiċċju taċ-Children’s Allowance?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-tweġiba ser tkun qiegħda tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema li ħadu l-Early Retirement — xogħol

Question

In vista tal-fatt ta’ ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni, u peress li ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor fil-frattemp, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, informazzjoni fir-rigward ta’ drittijiet li għandu jkollha persuna jekk tistax taħdem jew le qabel l-eta’ tal-irtirar, ma toħroġx mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali i¿da mill-Att dwar Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol. L-Att dwar is-Sigurtá Soċjali jirregola biss iċ-ċrkostanza msemmija ta’ xi ħadd li jkun talab il-pensjoni tas-sigurtà soċjali fl-età ta’ 61 sena jew wara, sakemm jilħaq l-età tal-irtirar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — safar, fuel u hospitality - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12292 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12103, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, għall-perijodu indikar, sa Jannar 2020, hija kif indikat hawn taħt: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali Fuel €26,678 Ospitalità €40,366 Safar €195,891 Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali Fuel €5,221 Ospitalità Nil Safar €33,393 Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Fuel €197,485 Ospitalità €6,909 Safar €216,220.20 Faċilita’ għal kura fit-Tul San Vinċenz de Paule Fuel €26,500,05 Ospitalità Nil Safar Nil Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ Fuel €6,822 Ospitalità €8,300 Safar Nil Aġenzija SAPPORT Fuel €138,890 Ospitalità €2,198.50 Safar €43,379 Social Care Standards Authority Fuel €4,645 Ospitalità €5,589 Safar €45,762 Kumissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ Fuel €4,585.47 Ospitalità Nil Safar €14,811.66 Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal Fuel €692.77 Ospitalità Nil Safar €15,000

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Rapporti ta' serqiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12636, jista’ l-Ministru jgħid f’kull każ: 1. X’insteraq? 2. X’kien il-valur tas-serqa? u 3. X’passi ttieħdu kontra min seraq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Rapporti ta' serqiet X'insteraq ValurX'Passi ittieħdu MELLIEĦA HOME 2018 €150 €150 Il-pulizija ġew jinvestigaw u sar rapport, ħadd ma ġie mixli bis-serqa 2019 Kartiera bil-flus Mhux mgħaruf Il-kartiera instabet fl-investa tar-resident 2019 Flus kontanti €20 Il-pulizija ġew jinvestigaw u sar rapport, ħadd ma ġie mixli bis-serqa 2019 Flus kontanti €20 Il-pulizija ġew jinvestigaw u ma setax isir rapport peress li r-resident ma kienx ċert meta u fi x'ħin insterqu u kien ftakar ukoll li kien ħareġ jixtri. 2019 Affarijiet ta' metal isfar Mhux mgħaruf Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Waħda mill-qraba wkoll kienet taħt suspett, peress li kienet l-unika waħda minn ħutha li kienet taf b'dawn l-affarijiet ta' metal isfar. FLORIANA HOME 2018 Flus kontanti €30 Ir-resident ma ridx li l-każ jiġi rrapurtat lill-pulizija MTARFA HOME 2019 Flus kontanti €200 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa MOSTA HOME 2019 Deheb Mhux magħruf Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €500 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. MSIDA HOME 2017 Flus kontanti €80 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2017 Flus kontanti Mhux magħruf - Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2017 Flus kontanti Mhux magħruf - Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €50 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €10 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa. 2019 Flus kontanti €60 Il-pulizija ġew infurmati u sar rapport. Ħadd ma ġie mixli bis-serqa.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12950 u 12600 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta se tkun qed tingħata fis-seduta li jmiss.

Aġenzija Appoġġ — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet quddiem l-Aġenzija Appoġġ? Kemm hemm każijiet ġodda u kemm referuti bil-179?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aktar statistika reċenti disponibbli hija dik sal-aħħar tas-sena 2019. It-tagħrif mitlub minnu jinsab fir-Rapport Statistku Annwali tal-2019. Dan ir-rapport huwa ppublikat fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni, fil-link pprovduta hawn taħt: https://fsws.gov.mt/en/fsws/Pages/FSWS-Publications.aspx F’ din il-paġna, l-Onor. jista’ jsib kemm ir-Rapporti Annwali sal-2018 kif ukoll ir-Rapporti Statistiċi għal kull aġenzija, sal-2019. It-tagħrif mitlub minnu huwa aċċessibli mir-rapport statistiku annwali tal-Aġenzija Appoġġ.

Programm LEAP: Familji megħjuna mill-Mentors

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 22525 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji li qed jiġu preżentament megħjuna mill-Mentors f’kull Ċentru ta’ Riżorsi u jekk dawn il-familji/individwi għandhomx pjan ta’ kura dwar kif jistgħu jiġu megħjuna mill-Programm LEAP? Jekk iva, kopja ta’ din il-pjan ta’ kura qiegħda tingħata lil dawn il-familji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor Interpellant li ċ-Ċentri li qed jirreferi għalihom ma jaqgħux taħt l-Aġenzija Appoġġ imma taħt l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Kommunità (ACTS – Agency for Community and Therapeutic Services). Fil-preżent n-numru ta’ familji, jew individwi li qed jiġu mgħejjuna mill-mentors f’kull Ċentru tal-Familja fil-Komunità tal-ACTS huwa kif indikat hawn taħt: Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, l-Qawra 20 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, l-Imsida 40 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, l-Belt Valletta 14 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, Ħal-Qormi 26 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, l-Birgu 32 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, Sta Luċija 14 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, Ħal-Kirkop 49 Ċentru tal-Familja fil-Komunita’, Marsaskala 33 Total: 228 individwu Kull persuna li tingħata is-servizz ta’ mentoring isirilha pjan ta’ kura. Dan il-pjan jsir bi qbil bejn il-klijent u l-professjonisti, u jitfassal wara li jsir assesjar mibni fuq 8 aspetti importanti li jinkludu: 1. Sanita’ Emozzjonali (Emotional Health), 2. Trobbija tal-Ulied u Żvilupp, 3. Relazzjonijiet 4. Support Soċjali, 5. Għarfien Finanzjarju u Stabbiltà, 6. Motivazzjoni għax-Xogħol u 7. għall-Istudju Matul il-Ħajja, 8. Akkomodazjoni u Stabbiltà fid-Dar. L-assesjar iservi wkoll biex jidentifika liema’ professjonisti l-aħjar li jaħdmu mal-familja jew l-individwu. Il-mentors jaħdmu fuq 4 aspetti prinċipali li jgħinu lil familji u individwi permezz ta’: (1) għarfien ta’ kif jieħdu ħsieb flushom u jakkwistaw stabilta’ fid-dħul tagħħom, (2) entużjażmu u ħeġġa lejn ix-xogħol u lejn studju matul il-Ħajja, (3) ħiliet li jwasslu għall-akkomodazjoni u stabbiltà fid-dar u (4) trawwim ta’ ħiliet fit-trobbjia tal-ulied, billi jiġu mħajjra jattendu għal wieħed mill-programmi ta’ trobbija li għandha Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali. Il-pjan ta’ kura jkun iffirmat mill-klijent u l-professjonisti, u jkun marbut b’data ta’ tlestija. Kopja tal-pjan tingħata lil klijent. Fiċ-cirkustanzi preżenti, minħabba l-imxija tal-Covid-19, is-servizz tal-mentoring qed isir biss f’każ li hemm mezz diġitali minn naħa tal-klijent li fuqu jista’ jintbgħat u jiġi kkomunikat il-pjan.