Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħondoq ir-Rummien — Water Services Corporation

Question

Jista il-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li fit-8 ta' Frar 2019 saret spezzjoni mill-Uffiċjali tal-Water Services Corporation fin-niżla li twassal għal bajja ta' Ħondoq ir-Rummien?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma taf bl-ebda spezzjoni li saret nhar it-8 ta’ Frar 2019.

REWS – ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9889, jista’ l-Ministru jikkonsidra li l-Artiklu 6(7) tal-Att Dwar ir-Regolator għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (Kap. 545) hawn riprodott: (7) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u l-kapijiet tad-Direttorati, Dipartimenti, Diviżjonijiet u Sezzjonijiet għandhom jinħatru mir-Regolatur għall-perjodu stabbilit mir-Regolatur li fl-ebda każ m’għandu jkun anqas minn tliet snin: Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru’. jiġi emendat biex jiġi ċċarat min fil-fatt jaħtar l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-REWS u dan peress li kif tinqara hemm ambigwita f’min fil-fatt jaħtar l-uffiċjal eżekuttiv peress li meta taqra l-artikolu 6(7) tal-Kap.545 kien hemm żvista meta nkitbet il-liġi u tħalliet barra l-kelma ‘l-ewwel’ fil-provision li tgħid ‘Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru.’ ?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Nadur Għawdex – Għelieqi f’Ta’ San Blas – ħruġ ta’ drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex kull darba li tagħmel xita qawwija ma jibqax joħroġ drenaġġ fl-għelieqi magħrufa bħala 'Ta’ San Blas' fil-limiti tan-Nadur, Għawdex? Jista' jgħid x'sar sa issa u x'qed jiġi ppjanat biex din il-problema tiġi solvuta? Qed jikkunsidra kumpens lill-bdiewa li r-raba' tagħhom safa mgħarraq bid-drenaġġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li r-rappreżentanti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma diġà marru fuq il-post wara l-aħħar xita qawwija u tkellmu mal-bdiewa konċernati fejn ġie evalwat x’qiegħed jiġri. Instab li t-triq u r-raba' qegħdin jiċċaqalqu b’rata qawwija bil-konsegwenza li diversi katusi ġew spostjati. Qegħdin isiru l-preparazzjonijiet meħtieġa sabiex ammont ta’ katusi jiġu mibdula f’dan is-sajf li ġej, biex issir mill-inqas ħsara possibbli lill-wiċċ tar-raba. Kwalunkwe talba għall-kumpens tiġi evalwata mill-assikurazzjoni tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

REWS – membri tal-Bord — ħatra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru attwali tal-membri tal-Bord tar-REWS, għal kemm żmien hi l-ħatra ta’ kull membru u jekk il-ħatra hiex fuq bażi ta’ full-time jew part-time? Jista’ jgħid ukoll x’kienu l-kriterji li fuqhom intgħażlu dawn il-membri u jindika jekk u meta l-ħatra ta’ kull membru dehret fil-Gazzetta tal-Gvern?

Response (MIZZI, JOE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3003, ninfurmah li l-ħatra tal-Bord hija fuq bażi part-time.

REWS – ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux ir-Regolatur jew il-Ministru li hu responsabli għal ħatra ta’ Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS tenut kont ta’ kif inhu mitkub l-artikolu 6(7) tal-Kap. 545?

Response (MIZZI, JOE)

Il-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni tar-REWS issir skont artikolu 6(7) tal-Kap. 545.

Ħal Farruġ – Triq Ħal Farruġ- tankijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ser ikun l-użu ta' żewg tankijiet kbar li ġew installati fil-perimetru tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta li jidhru hekk kif tgħaddi minn Triq Ħal Farruġ, Ħal Farruġ? X' tip ta' materjal / likwidu ser ikun maħżun f'dawn it-tankijiet? Saru l-assessments neċessarji biex ikun assigurat li tali ħażna ma tkunx ta' periklu kemm għal kull min jgħaddi minn din it-triq kif ukoll għar-residenti tal-viċinanzi, b'mod speċjali dawk ta' Ħal Farruġ?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-tankijiet għall-ħażna tal-JET A1 qed jinbnew bil-permessi kollha meħtieġa wara li saru l-istudji kollha neċessarji inkluż dawk tal-Health & Safety u filfatt huma konformi mal-COMAH sites regulations u anke SEVESO II. Bħala parti mill-proċess tal-approvazzjoni tal-applikazzjoni li saret (PA/02900/17), saret ukoll konsultazzjoni pubblika fejn il-kunsilli lokali tan-naħa t’isfel ta’ Malta kienu kollha mitluba jagħmlu l-kummenti u l-oġġezzjonijiet tagħhom, kif ukoll il-pubbliku kien imħeġġeġ jissottometti kummenti/oġġezzjonijiet fuq is-sit tal- Planning Authority . Dan sar skont il-liġi u kien hemm żmien biżżejjed biex wieħed jara l-pjanti fid-dettall flimkien mal-istudji. It-tankijiet il-ġodda qed jinbnew minflok it-tankijiet antiki li ġew żarmati. Id-distanza bejn il-ħażna u r-residenti ġiet ikkunsidrata u hija konformi mar-regoli għal inċidenti kbar skont SEVESO II . Mir-rapport joħroġ li anke jekk ikun hemm inċident, dawn ir-residenti m’huma qatt f’periklu. It-teknoloġija li qed tintuża għal din il-ħażna hija “ state of the art ” li lanqas fl-ajruport ta’ Heathrow m’għandhom bħala, b’sistema kompjuteriżżata li tagħmel “ continous monitoring ” tal-proċessi biex jekk ikun hemm l-iċken riskju ta’ tixrid ta’ fjuwil, isir “ shutdown ” awtomatiku tal-impjant kollu filwaqt li tidħol fis-seħħ proċedura awtomatika ta’ emerġenza. Ir-residenti jistgħu jserħu rashom li l-proġett il-ġdid huwa aktar sigur mit-tagħmir ta’ ħażna li konna nużaw qabel.

Ċilindri tal-Gass

Question

Jista' l-Ministru jgħid, wara n-numru ta' każijiet riċevuti fejn kien hemm inċidenti serji ta' nirien, li wkoll kellhom vittmi, x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex jassigura aktar sigurezza fl-użu ta' ċilindri tal-gass?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal każ imsemmi fejn kien hemm vittma, infakkar li dwar dan il-każ għaddejja inkjesta maġisterjali. Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9356.

Rapporti ta' inċidenti ta' nirien minn ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru wara l-inċidenti tan-nar kawża tal-gass li ħareġ minn ċilindri tal-gass? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx irtirati ċilindri tal-gass mis-suq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel każ (dak ta’ Raħal Ġdid) irriżulta li l-problema ġiet ikkawżata mill-użu ta’ appliance tal-kċina. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq. Minkejja li l-problema ma kinitx ikkawżatha miċ-ċilindru nnifsu dan xorta ġie ttestjat u ma nstablu xejn ħażin. In-nar fil-każ l-ieħor (Qawra) jirrriżulta li ġie kkawżat minn pajp tar- rubber li kien iddeterjora u li kien hemm leak żgħira li x’aktarx ikkawżat fjamma li ħadet billi l-pajp kien jinsab qrib sors tal-elettriku. Iċ-ċilindru ġie ttestjat u nstab li kien fi stat tajjeb u li ma kellux ħruġ ta’ gass minnu. Billi ċ-ċilindru ma kienx il-kawża tal-inċident, ma kienx hemm ħtieġa li ċ-ċilindru jiġi rtirat mis-suq. Ta’ min jgħid ukoll li fl-ebda każ minn dawn imsemmija ma kien hemm il-ħtieġa li ssir inkjesta mill-Maġistrat. Għar-rigward tat-tielet każ riċenti, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 9635. Dan il-każ qiegħed jiġi investigat mill-Maġistrat.

Qala Għawdex – triq li tagħti għal-Ħondoq ir-Rummien – perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq it-triq li tagħti għal Ħondoq ir-Rummien ġewwa l-Qala Għawdex? Tista' tgħid kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'din it-triq? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar f'din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet tista' tagħti r-raġuni għala ma sarux?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema xogħol qiegħed jirreferi għalih.

Irranġar ta’ slabs tad-drenaġġ quddiem residenza

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-slabs tad-drenaġġ quddiem id-dar li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jissewwew għax qed ikunu ta' periklu kemm għar-residenti kif ukoll problema għal persuna b'diżabilità fl-istess inħawi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-kaptelli huma fuq sufun privat li ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Grievances Boards

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8310 u 8853 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema kienu l-Grievances Boards li twaqqfu fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma u fi ħdan l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid min kienu l-membri ta' kull wieħed mill-imsemmija bordijiet u x'remunerazzjoni rċevew l-imsemmija membri? Jista' jgħid kemm tressqu każijiet quddiem kull bord u x'kienet id-deċiżjoni li ngħatat dwar kull każ li kellu quddiemu l-istess bord u dan mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji tal-persuni involuti? Jista' jgħid x'kien l-ammont li tħallas bħala kumpens dwar kull każ li tressaq quddiem l-imsemmija bordijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8890.

Ħondoq ir-Rummien — likwidu griż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għal diversi drabi f'dawn l-aħħar ġranet, qed joħroġ likwidu griż u qed jispiċċa fil-baħar minn ġewwa l-bini fejn hemm ippjanat li jsir ir-RO Plant ġewwa Ħondoq ir-Rummien fil-Qala Għawdex? Jista’ jgħid x'azzjoni qed tittieħed mill- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Jista’ jgħid jekk hux ser isiru xi testijiet fuq l-ilma tal-Bajja ta' Ħondoq ir-Rummien biex iserraħ moħħ in-nies li jiffrekwentaw din il-bajja?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-likwidu li qed issir referenza għalih huwa ilma baħar imħallat bir-ramel maħruġ mill-post stess li rriżulta b’mod naturali f’każi iżolati mit-tħaffir tal-bjar tal-ilma baħar. Dan ix-xogħol tlesta u b’kollox tħaffru sitt bjar ta’ mitt metru fond il-wieħed. Minn dawn il-bjar li jinsabu ġo l-impjant se jkun qed jinġibed l-ilma baħar li ser ikun qed jiġi msoffi biex Għawdex jirċievi ilma ta’ kwalità għolja. Ta’ min wieħed iffakkar kif l-investiment li qed isir f’Għawdex f’dan is-settur hu bla ebda preċedent.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul l-2018 u s’issa fl-2019 sabiex fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, il-binjiet li minnhom joperaw, ikunu aktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2026.

Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) u għalkemm żmien hi l-ħatra tar-Regolatur attwali?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3003.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — miri tal-Horizon 2020

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9282 u b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9279, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u jgħid: a) jekk dawn il-miri hux ser jintlaħqu sa ftit xhur oħra; b) kemm aħna ‘l bogħod minn dawn il-miri; u ċ) u x’qed isir mill-Ministeru tiegħu sabiex jintlaħqu l-miri t’hawn fuq? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ ta': a) nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni; u b) nisa fuq advisory board?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9458.

Fleur-de-Lys, l-arkati tal-akwedott u Ġnejna — dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara li Triq Notabile bejn Triq Ħal Qormi u Triq l-Indjana, fi Fleur-de-Lys, Birkirkara li ilha fi dlam ċappa għal ħafna ġranet, flimkien mal-arkati tal-Akwedott, u l-Ġnejna, jiġu mixgħula mill-ġdid mill-aktar fis?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Green Leaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, jekk hemm, Green Leaders fid-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Green Initiatives huma parti ntegrali mill-politika tal-Gvern.Il-miżuri favur l-ambjent ma jistriħux fuq il-persuna, iżda fuq l-inizjattivi li jieħu l-Gvern.Fost il-miżuri favur l-ambjent li ttieħdu f’dawn l-aħħar snin kien hemm: tisħiħ tal- Green Public Procurement; introduzzjoni tal- Online Government , li qed iwassal biex inqas nies ikollhom għalxiex jinqalgħu minn djarhom u jużaw il-karozzi; installazzjoni tal-pannelli; Il-flessibilità mogħtija lill-ħaddiema fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Enemed — flus mill-Air Malta għall-fuel

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' dak li għandha tieħu l-Enemed mingħand l-Air Malta għall-prezz tal-fuel? Jista' jindika x'qed isir sabiex dawn l-ammonti jiġu rkuprati? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u jindika meta dawn l-ammonti ġew dovuti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva għal Kumpanija Enemed.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — nisa f'pożizzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9099 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8842 jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa minn skala 1 sa skala 5 fl-istess Ministeru u fis-servizz pubbliku kollu fl-2012? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk f'dan is-settur hemmx miri għall-Horizon 2020 u jekk iva, kemm huma dawn il-miri u jekk humiex se jintlaħqu?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 9103.