Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lil Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21138, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma għandux idea ta’ kif intnefqu l-fondi pubbliċi li jammontaw għal madwar €26,000?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mistoqsijiet li għamlet dwar is-suġġett kienu diġa sodisfaċentament imwieġba.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — persons of trust u positions of trust
Question
Tista’ l-Ministru tindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tagħha, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Position of Trust
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtha? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 19902.
Tista’ l-Ministru tgħid hemmx xi pjanijiet biex jiġi rinovat il-ġnien li jinsab f’Santa Liena Bormla?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejin diskussjonijiet bejn il-Parks Malta u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla biex jitfassal pjan għar-riġenerazzjoni u kif ukoll manutenzjoni tal-ġnien indikat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21100, tista’ l-Ministru tgħid:
1. f’liema postijiet rurali twaħħlu arbli tad-dawl (lighting poles) ġodda, fejn qabel ma kenux installati? u
2. l-2790 arblu li twaħħlu, kemm koprew kilometri?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru tgħid min għandu r-responsabbiltà jiddeċiedi x'persentaġġi ta' enerġija tintuża mill-Enemalta kuljum mis-sorsi disponibbli, ċjoè, l-Electrogas, l-Interconnector u l-impjant tax-Shangai Electric? Jeżisti kumitat għal dan il-għan, u jekk iva, minn min hu kompost?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskeda, għal kull siegħa ta’ kull ġurnata tas-sena, ta’ kif titqassam id-domanda bejn is-sorsi t’enerġija disponibbli, tiġi determinata mill-ġurnata ta’ qabel mill-impjegati tal-Enemalta fis-sezzjoni tal-Energy Trading, filwaqt li l-iskeda nnifisha tiġi implementata mill-impjegati fis-sezzjoni tad-Dispatch. Minħabba n-natura, speċjaliżżata, kumplessa, u varjabbli ta’ dan ix-xogħol, dan ma jistax jiġi eżegwit minn xi forma ta’ kumitat.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-linji gwida li tintuża mill-Enemalta biex tiddetermina l-bilanċ f'persentaġġi ta' kemm tixtri elettriku mill-impjanti tal-Electrogas, l-Interconnector u x-Shangai Electric?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji li normalment jintużaw mill-Enemalta sabiex jiġi determinat l-ammont t’enerġija li għandha tinxtara kull siegħa tal-ġurnata rispettivament mill-impjanti tal-ElectroGas, ta’ Shanghai Electric u kif ukoll mis-suq Taljan jinkludu; d-domanda totali, il-ġenerazzjoni tal-panelli fotovoltajċi, il-kapaċita’ ta’ kull element għad-dispożizzjoni tal-Enemalta, u kunsiderazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi.
Kuntratt għal xiri tal-enerġija mill-interconnector
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta jiskadi l-kuntratt mal-Enel Trade li hemm fis-seħħ bħalissa, bħala l-aġent responsabbli għax-xiri tal-enerġija mill-interconnector?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt li kellha l-Enemalta mal-kumpanija msemmija għax-xiri tal-enerġija mis-suq Taljan, skada fil-31 ta’ Marzu 2021.
Tista' l-Ministru tgħid jekk Shanghai Electric tramite l-ishma li għandha fl-Enemalta, għandhiex sehem ukoll fl-interconnector?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Interconnector huwa propjeta' ta' Enemalta plc. Shanghai Electric Power Malta għandha terz tal-ishma ta' Enemalta plc
Electrogas u Shanghai Electic – persentaġġ tal-kapaċità massima
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21097 dwar il-persentaġġ tal-użu tal-kapaċità massima tal-interconnector, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għall-impjant tal-Electrogas, minn mindu bdiet topera, u x-Shanghai Electric minn mindu nbiegħet, għal kull ġurnata, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
ARMS – persuni li għandhom solar panels — kalkulazzjoni tal-kontijiet tal-konsum tal-elettriku
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20287, tista' l-Ministru tgħid kif aġġustat l-operat tagħha biex kollox sar konformi? Qabel ma daħal l-Avviż Legali 61 tal-2021 kif kien qed jiġi kkalkulat il-kosum tal-elettriku ta' persuni li għandhom is-solar panels? Se jingħataw xi forma ta' kumpens?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-metodoloġija li biha jinħadmu l-kontijiet ta’ persuni li għandhom il-pannelli solari hija b’konformita mal- Electricity Supply Regulations u il-Feed-in Tariffs Regulations.
Min skadielu l-kuntratt qabel daħal fis-seħħ l-avviz legali u kien qed jitħallas bil ‘
proxy of the market price’
applikabbli, mill-25 ta’ Frar ta’ din is-sena ġie aġġornat għal l-orħos tariffa residenzjali. Dawk il-kuntratti li se jiskadu aktar ‘il-quddiem jibdew jitħalsu bl-istess rata msemmija mill-għada li jiskadilhom il-kuntratt.
Peress li qed nagħtu garanzija ta’ perjodu estiż ta’ għoxrin sena ta’ feed-in tariff, m’hemmx lok ta’ kumpens ulterjuri.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Kuntratti, direct orders, donations jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20907, peress li l-mistoqsija u r-risposta oriġinali 16509 ma jagħtux rendikont ta' kif intnefqu l-fondi pubbliċi indikati fil-mistoqsija, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20907 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16509, tista’ l-Ministru tgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Water Services Corporation (€20,255) u mill-Enemed (€5,665) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix aktar x’inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 16509. .
Għawdex – bdil ta’ mains tad-drenaġġ u ilma f’kull lokalità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm u fejn inbidlu mains ta’ drenaġġ u ilma raħal b'raħal ġewwa Għawdex minn Novembru 2019 sal-lum? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża globali u x’pjanijiet hemm għall-bdil ta’ mains tad-drenaġġ u ilma raħal b'raħal ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni rigward bdil ta’ mains tinsab hawn taħt.
Lokalita
Triq
Xagħra
Triq Ta’ Gajdoru
Kerċem
Ġojjin Street and P/O Summien Street
Xewkija
Triq il-Magna tal-Ħalib
Għasri
It-Tamar, Trejqet San Pupulju, u Trejqet Dun Ġużepp Cassar
Munxar
Triq il-Munxar
Victoria
Pjazza San Franġisk
Sannat
Triq Sannat
Qala
Wardija
Xewkija
Tal-Ħofra Industrial Estate
Xagħra
Triq Masri
Kerċem
Triq Ta’ Doti u P/O Triq Qasam San Pawl
Xewkija
Triq Santa Eliżabetta
Marsalforn
Marsalfron Promenade
Sannat
Triq Dun Lazzru Camilleri
Xewkija
Triq il-Kbira
L-ispiża totali kienet dik ta €648,549.44
Matul is-sena 2021, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija tkompli tbiddel xi mains f’diversi rħula madwar Għawdex fosthom l-Għarb, is-Sannat, il-Qala, San Lawrenz, in-Nadur, ix-Xagħra, ix-Xewkija, u Victoria.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra xogħol qiegħed isir f’Triq iż-Żafran Wied il-Għajn?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata għaddej proġett ta’ xogħol estensiv fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ser jipprovdu ilma ġdid għal-użu agrikolu. Ix-xogħolijiet fuq il-mejnijiet il-ġodda tlesta u bħalissa għaddejin it-testijiet neċessarji.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20946 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il substation ġiet ikkummissjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-rekords tal-Enemalta PLC, fil-perjodu ta’ kważi 26 sena, bejn Mejju tal-1987 u Marzu tal-2013, tlestew u bdew jaħdmu mat-836 substation madwar Malta u Għawdex.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20947 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il Distribution Centre ġiet ikkummisjonata (tlestiet u tiffunzjona) mill-Enemalta, f'Malta u Għawdex, fil-perjodu bejn Mejju 1987 u Marzu 2013?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq medda ta’ kważi 26 sena, bejn Mejju tal-1987 u Marzu tal-2013, l-Enemalta kkummissjonat 15-il ċentru ta` distribuzzjoni tal-elettriku, madwar il-gżejjer Maltin u Għawdxin.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 20936 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20726, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-persentaġġ tal-kapaċità massima tal-interconnector li ntuża f'kull ġurnata mill-ġurnata fi xħin beda jopera sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.