Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — impejgati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f’kull skala tas-salarju provdut fil-gradi ta’ salarji għas-servizz pubbliku u jgħid kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi ghat-twegiba tal- PQ 19253

Torri tal-Qbajjar

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17183, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi rigward it-Torri tal-Qbajjar f’Marsalforn, Għawdex li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweħiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17183 fuq l-istess suġġett

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19465 u 19207 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Iż-żewġ krenijiet il-ġodda ser jeħlu minflok żewġ krenijiet qodma li hemm fuq Terminal 1. Dawn il-krenijiet huma magħmmra b’sensors biex meta jitniżżel container, u joqrob biex jiġi ppostjat fuq it-trakk, jinżel eżatt u ma jikkawżax storbju żejjed. Huma magħmmrin bil-white noise sabiex filgħaxija ma jkunux t’inkonvenjent għar-residenti. Huma magħmmra bl-aħħar teknoloġija għal dak li għandu x’jaqsam bħala emissjonijiet u ħsejjes u għalhekk ser jonqos dan l-inkonvenjent. Dan it-tibdil qed isir wara li saret applikazzjoni lil-ERA u ġie żgurat li l-inkonvenjent għar-residenti ser jonqos meta komparat ma dak preżenti. Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dawk il-krenijiet ser jibdlu dawk qodma li għandhom il-fuq minn 20 sena.

Wage Supplement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie approvat Wage Supplement bejn Marzu u Ġunju 2020? Kemm kienu l-kumpaniji li utilizzaw dan il-fond? Kemm impjegati? Kemm damu bil-wage supplement? X’kienu l-kundizzjonijiet li ngħata bihom il-wage supplement? Kemm kien hemm talbiet għal wage supplement li ma ntlaqgħux u għaliex ma ntlaqgħux?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16460 u 18618 jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda ħlas ta’kwalunkwe forma lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mis-sena 2014 sal-lum.

Investimenti f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn rrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-tieni fibre optic cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-tieni fibre optic cable bejn il-gżejjer?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — proġetti mill-fondi tal-EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’proġetti saru mill-fondi tal-EU 2014-2021?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Port Ħieles — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19055 u jgħid meta se jibda u jitlesta l-proġett tal-parking biswit il-Port Ħieles? Kemm se jkun jesa karozzi u kemm minnhom se jkunu riservati għar-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari bin-numru 17426 u ngħarrfu lix-xogħol ta kostruzzjoni mistenni li jibda għal April ta’din is-sena u mistenni jieħu sentejn minn meta jibda. Il-Parking biswit il-Port Hieles se jkun jesa 450 karozza u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia dwar parkeġġi riservati għar-residenti.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — persuni maħtura bħala membru ta’ bord jew entità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija maħtura mill-Ministeru bħala membru ta’ bord jew entità oħra li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, liema huma dawn il-ħatriet, kemm minnhom huma nisa jew irġiel u jindika l-kariga li għaliha ġew maħtura?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fl-Imarfa u Binja li tinkludi l-Batterija ta' Wied Musa — proċess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol/proċcess dwar it-trasferiment tal-Palazz l-Aħmar fil-Marfa u li din il-binja tinkludi wkoll il-Batterija ta’ Wied Musa? Fuq l-istess binja, jista’ l-Ministru jindika x'inhuma/ jew x’kienu l-pjanijiet ghal din il-binja storika anke jekk minn entitajiet privati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Ir-razzett tax-Xjaten - sitwazzjoni dwar it-titlu

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’inhi s-sitwazzjoni aġġornata dwar it-titlu (li tinkludi wkoll meta l-iskadenza ) tar-Razzett tax-Xjaten li jinsab fil-limiti tal-Mellieħa u fl-istess waqt jgħid jekk hemmx talbiet pendenti mingħand għaqdiet mhux governattivi/ kunsill lokali dwar devoluzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi huwa mikri lil terzi bi qbiela. Kien hemm zewg applikazzjonijiet ghal din il-propjeta, u t-tnejn saru minn Ambjent Malta.

Proprjetà kummerċjali — Fidi ta’ ċnus temporanji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux maħsub li sidien ta' ċnus temporanji ta' proprjetà kummerċjali hux ser jingħataw l-opportunità li jifdu tali ċnus bħalma qed jingħataw ċans sidien ta' proprjetà residenzjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skemi fuq propjeta kummercjali jithabbru fil-mument opportun.

Port Ħieles – twaħħil ta’ żewġ krejnijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19207 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19045, peress li ż-żewġ krejnijiet ġodda ser joperaw fuq l-akbar vapuri li jidħlu l-Freeport u peress li Terminal 1, fejn hu maħsub li jitwaħħlu huwa l-aktar qrib tar-residenti, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li tali krejnijiet jitwaħħlu f’Terminal aktar ‘l barra mir-residenti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.

Port Ħieles — parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19056 u jgħid min se jkun qed jamministra l-parkeġġ biswit il-Port Ħieles? Dan il-parkeġġ se jkun bi ħlas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia.

Port Ħieles – Shore to ship power supply – fondi mill-EU

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19072 li oriġinarjament saret lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk ġewx approvati fondi tal-EU biex jiġi stallat shore to ship power supply fil-Port Ħieles? Jista’ jgħid kemm huma l-fondi approvati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhal issa l-Unjoni Ewropeja ghadha ma hargitx il-programmi ta’ fondi li ser ikunu disponibli ghall-istati membri.

Ċentru Ċiviku tal-Mosta – responsabilitajiet tal-manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19195, 18951 u 18392 u jgħid kif tinqasam ir-responsabilità tal-manutenzjoni - upkeep - taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta bejn l-entitajiet kollha li qed jagħmlu użu minn din il-binja? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: a. il-kuntratt li l-Lands għandha mal-Kunsill Lokali tal-Mosta; b. il-kuntratt tal-Lands mal-Pulizija; c. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Saħħa; d. il-kuntratt tal-Lands mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali; u e. jekk hemm xi kuntratt ieħor ma' xi entità oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Art mgħoddija lura lis-sidien

Question

B'referenza għal każ Mifsud & others vs Malta Ref: 38770/17, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għaddiex l-art lura lis-sidien tagħha wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) u jekk sar dan, meta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tinsab f’taħdidiet mal-Ministeru ghall-Enerġija dwar ir-rilaxx ta’ din l-art.

Lands Authority – art ta’ Forti Salvatur il-Kalkara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għand min għaddiet l-art ta’ Forti Salvatur fil-konfini tal-Kalkara l-Awtorità tal-Artijiet u meta sar il-kuntratt ta’ trasferiment? Jekk hemm kuntratt, jista’ l-Ministru jgħid jistax jiġi ppublikat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — talbiet skont il-Freedom of Information Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm kien hemm talbiet skont il-Freedom of Information Act? Kemm minnhom ġew rifjutati?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet tal-PQs numru 2517, 11382 u 16607, ninforma lill-Onorevoli interpellanta li minn Ottubru sa 23 ta’ Frar li għadda daħlu 165 talba simili, li minnhom ġew irrifjutati 70.

Freeport – skemi għar-residenti ta’ Birżebbuġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Freeport hux ser joħroġ xi skemi oħra, apparti l-iskema tad-double glazing, biex tittaffa t-tbatija tar-residenti ta' Birżebbuġa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta u jekk ikun hemm mizuri jithabbru fil-mument opportun.