Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24093.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar allokazjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mil-line item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummerċ ġdid

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20982 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġie kummerċ ġdid f'dawn l-aħħar sentejn u x'tip? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-investiment globali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 23695.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Kif weġibt f'diversi istanzi, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Xiri ta’ MacBooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-istaff fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu li nxtralhom MacBook minn fondi pubbliċi? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jiswa kull MacBook u jgħid jekk il-MITA oġġezzjonatx għall-użu ta’ dawn il-MacBooks għax teknikament ma tagħtix support għalihom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li nxtara MacBook wieħed mill-bidu tal-leġiżlatura s’issa. Infurmat ukoll illi l-MITA mhux talli ma toġġezzjonax għax-xiri ta’ dan l-apparat, talli qiegħda f’diskussjoni biex tara li jkun offrut servizz ta’ sapport ċentrali għal dan it-tip ta’ apparat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Impjegati li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg fuq kuntratt definit, jew fuq service contracts, u meta ġew ingaġġati u f'liema grad? Jista’ jgħid ukoll jekk saritx sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21449.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru wara l-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda wara Mejju tal-2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22282.

Malta Crafts Foundation – Membri tal-Bord tal-Amministraturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Crafts Foundation, x’inhi l-kariga tagħhom u kemm ilhom membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Deputati tal-Gvern

Question

Peress li l-mistoqsija parlamentari 14837 ma kinetx imwieġba għax l-informazzjoni kienet għadha qeda tinġabar, issa li għaddew għaxar xhur, jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, l-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom inklużi perkaċċi oħra bħal fuel vouchers, car allowances, expertise allowance, shift allowance, disturbance allowance, communication allowance, overtime u kull allowance ieħor? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom u/jew sal-ġurnata li fiha tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistqosija parlamentari 23435.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrarpiża u l-Proġetti Strateġiċi — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Novembru 2024?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22560.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19986, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninsab informat illi t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19986 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapri¿a u proġetti strateġiċi.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriżi u l-Proġetti Strateġiċi — Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12039 u 18965 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-Advisory Cost. Ninforma ukoll lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri kemm għall-funerali kif ukoll għal okkażjonijiet oħra hija koperta mill-kategorija Operational and Maintenance Expenses fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi li kopja tiegħu tpoġġjiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22256.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Santa Venera — Inċident f’warehouse

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-warehouse fi Triq Antonio Miruzzi, Santa Venera, fejn ġara inċident nhar it-Tnejn, 11 ta' Novembru 2024, hix fuq art tal-INDIS Malta Ltd? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li r-risposta hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direttivi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18546, ngħarrfu illi l-Artikolu 28 ġie wkoll traspost fil-liġi nazzjonali u għaldaqstant, il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi m’għad għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 li hija pendenti.