Jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun qiegħda tintuża l-medda ta’ art li qed tiġi trasferita mill-Arkivji Nazzjonali lura lill-Awtorità tal-Artijiet sabiex tintuża bħala parti mill-Proġett tal-Park Nazzjonali Ta’ Qali?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab infurmat li parti mill-art mogħtija lill-Arkivji Nazzjonali (circa 10,543m²) ġiet mitluba mill-Public Works Department sabiex tintuza għall-Proġett tal-Park Nazzjonali f’Ta' Qali. Għalhekk tajjeb li tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu multi l-Malta Business Registry (MBR), xahar b'xahar, mill-2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u kemm tħallsu xahar b'xahar għall-istess perjodu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8993 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8626 dwar bejgħ ta' proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru, għal kull każ, jinforma lill-Kamra bin-numru/referenza tat-tender kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan għal kull każ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-isponsorships kollha li tat l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA) minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid lil min ingħataw (isem tal-kumpanija jew individwu), u kemm kien l-ammont?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinstab fit-tabella hawn taħt.
PQ 9488 - Sponsorships 1 ta Jannar 2021 - 31 ta Mejju 2023
Sena
Ammont Incl. VAT
Beneficjarju
Projett / Inizjattiva
2021
€885.00
ISACA
ISACA Malta Chapter Sponsorship
2021
€2,500.00
Institute of Maltese Journalists (igm)
Silver Sponsorship Package - Malta Journalism Awards
2021
€2,500.00
SportMalta
SportMalta Awards 2021 Sponsorship
2021
€5,500.00
University of Malta
Sponsor for a series of lectures on Game Theory
2021
€1,770.00
Malta Information Technology Agency
Sponsorship towards Cyber Security Webinar
2022
€11,800.00
Ernst & Young
Malta Attractivess Survey
2022
€1,000.00
University of Malta Student Futsal Team
Sponsorship agreement for the Campus Tech Summit event
2022
€450.00
University of Malta
Gold Sponsorship Package for UoM Annual Accountancy Conference 2022
2022
€944.00
ISACA
ISACA Malta Chapter Sponsorship
2023
€1,416.00
ISACA
ISACA Malta Chapter Sponsorship
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarjat Parlamentari — entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mis-Segretarjat Parlamentari
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 512 u 8047 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkumpensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta se jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li informazzjoni ta’ dan it-tip ma tistax tingħata. Minbarra hekk, għandu jkun jaf li, fil-maġġoranza tal-każi, il-valur ta’ tali kumpens jiġi stabbilit fiż-żmien li jkun se jsir il-ħlas, għax ikun skont deċiżjoni tal-Qorti jew għax ikun marbut ma’ akkwisti li jkun neċessarju li jingħalqu bil-ħlas u b’kuntratt ta’xiri.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li l-Gvern Malti kien għamel ma' investituri barranin fis-snin tmenin dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet infurmatni li m’għandha l-ebda kuntratt tax-xorta msemmija, datat fis-snin tmenin u relatat mal-proprjetà inkwistjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Donazzjonijiet lil Fondazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-Ministeru u/jew l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – kuntratti ma’ influencers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru u/jew kwalunkwe awtoritajiet/aġenziji li jaqgħu taħtu għandhomx kuntratti ma’ influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali? Jekk iva, jista’ għal kull kuntratt jgħid kemm intefqu flus fi promozzjonijiet sa mill-bidu tal-ftehim?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet m’hemmx influencers biex jippromwovu l-ħidma tal-istess Ministeru u/jew aġenziji lill-udjenza tagħhom fuq pjattaformi tal-media soċjali.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Ħaddiema tal-Kuntrattur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu ħaddiema mal-kuntrattur fid-dekasteru tiegħu, u f’liema rwoli?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet hemm 60 ħaddiem li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8626 dwar bejgħ ta' proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru, għal kull każ, jinforma lill-Kamra bin-numru/referenza tat-tender kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan għal kull każ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14301 li ngħatat fis-27 ta' Mejju 2020 dwar il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Qlugħ fix-Xewkija, Għawdex, fejn kien ġie mwieġeb li "wara li tlesta l-proċess tas-sejħa għall-offerti mill-Ministeru għal Għawdex (CT2075/2019), saret konsultazzjoni mal-istess Ministeru u l-Malta Industrial Parks Ltd u entitajiet oħrajn b'rabta mas-servizzi, fejn ġew mitluba pjanti eżistenti tas-servizzi kif inbnew fiż-żona. Wara dan il-proċess, Malta Industrial Parks Ltd ġew informati li l-kuntrattur għandu jibda x-xogħol fil-jiem li ġejjin" , jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Qlugħ fix-Xewkija, Għawdex, li kellha tinqala’ u tinbena mill-ġdid matul is-sena 2019 sarx ix-xogħol fuqha u tlestietx u jekk le, x'inhuma r-raġunijiet li ma bediex u ma tlestiex ix-xogħol fuq l-imsemmija triq issa li għaddew tliet snin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur qatt ma beda x-xogħol kif kienet ġiet infurmata l-INDIS. Għalhekk dan ix-xogħol issa ser tieħu ħsiebu l-INDIS.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jidħol fis-seħħ il-Programm għall-Iżvilupp Rurali? Jista’ jgħid jekk l-aħħar programm kienx dak għas-sena 2014 sas-sena 2020?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni 2023-2027 daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. Il-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 ġie estiż b’sentejn. B’hekk il-programm ikopri s-snin 2014-2022.
Proprjetajiet/artijiet li ngħataw b’konċessjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proprjetajiet/artijiet li ngħataw b'konċessjonijiet jew saret estensjoni tal-konċessjoni mit-8 ta' Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż lil min ingħataw, fejn ingħataw (indirizz sħiħ), għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu, ġewwa Għawdex u Kemmuna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Kuntratti ta’ konċessjonijiet mogħtija għal Triq ix-Xatt u Qui-Si-Sana f’Tas-Sliema
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8210 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti ta’ konċessjonijiet li ngħataw mill-Awtorità tal-Artijiet fi Triq ix-Xatt u Qui Si Sana, Tas-Sliema, u li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati ġodda f'awtoritajiet u entitajiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8494, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati minn kull waħda mil-lokalitajiet imsemmija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Infurmat li fid-diversi awtoritajiet u entitajiet fi ħdan il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, ġew impjegati 145 ħaddiema minn Marzu 2022 sal-lum. Dawn l-impjegati ġejjin minn 41 lokalità f’Malta u Għawdex li huma sostitwiti ma' impjegati li telqu u dawn jinkludu wkoll ftuħ ta’ hub ġdid. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella tal-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarju Parlamentari – spiża fuq servizzi ta’ fotografija
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, jgħid jekk ingaġġax persuni full-time jew part-time, u kemm persuni ingaġġa, biex joffru servizzi ta' fotografija matul l-2022? Jista' jgħid l-ammont ta' flus li s-Segretarjat Parlamentari kkonċernat nefaq fuq servizzi ta' fotografija matul l-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari ma ingaġġa l-ebda persuna bħala fotografu, la full-time u lanqas part-time.
Minn żmien għal żmien is-Segretarjat Parlamentari jagħmel użu minn numru ta’ servizzi medjatiċi relatati ma’ attivitajiet li jiġu organizzati biex jippromwovu l-ħidma li ssir u diversi servizzi li minnhom igawdi l-poplu u li parti żgħira minn dawn jinkludu wkoll il-fotografija.
Għal servizzi ta’ fotografija l-ispiża totali għas-sena 2022 kienet ta' €5,885.
Belt Valletta – konċessjonijiet permezz ta’ encroachment
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' konċessjonijiet ġodda li ngħataw permezz ta’ encroachment ġewwa l-Belt Valletta, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn is-sena 2013 – Awwissu 2020, l-applikazzjonijiet ma kinux għadhom online. Għaldaqstant sabiex tiġi kkumpilata d-data mitluba, din tieħu ammont ta’ ħin sostanzjali minħabba l-element manwali involut.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ artijiet pubbliċi li nbiegħu jew inkrew lil terzi mill-Awtorità tal-Artijiet mill-1 ta’ Jannar tal-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jindika għal kull art jekk inkrietx jew inbigħetx, permezz ta’ liema proċess sar il-kiri jew il-bejgħ u lil min ingħataw, għall-artijiet li nkrew jgħid kemm hija l-kirja li titħallas fis-sena, u għall-artijiet li nbiegħu jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern irċieva għal tali bejgħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.